Skip to main content

Suċċessjonijiet

Ġermanja
Ġermanja
Flag of Germany

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Germany
Il-Liġi tal-Familja - materji ta' suċċessjoni
* input mandatarju

L-Artikolu 78 (a) - l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti b'ġuriżdizzjoni biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà skont l-Artikolu 45(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 50(2)

- il-Qorti Reġjonali (Landgericht)

- il-Qorti Reġjonali Superjuri (Oberlandesgericht)

L-Artikolu 78 (b) - il-proċeduri ta’ biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 51

Appell ulterjuri

- il-Qorti Federali tal-Ġustizzja [Bundesgerichtshof - BGH]

L-Artikolu 78 (c) - informazzjoni rilevanti rigward l-awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċ-Ċertifikat skont l-Artikolu 64

  • Il-qorti lokali (“Amtsgericht”)
  • Baden-Wurttemberg: Amtsnotariat

L-Artikolu 78 (d) - il-proċeduri ta’ rimedju msemmija fl-Artikolu 72

- il-Qorti Reġjonali Superjuri (Oberlandesgericht)

L-appell irid jitressaq fi żmien xahar mid-data li fiha l-persuna li għandha jedd ta’ appell tiġi mgħarrfa bid-deċiżjoni.

Jekk din il-persuna jkollha r-residenza abitwali tagħha barra l-pajjiż, il-perjodu jiġi estiż għal xahrejn.

L-appell irid jiġi ppreżentat bil-miktub jew f’għamla ta’ dikjarazzjoni bil-fomm irreġistrata bil-miktub fil-qorti, u jista’ jqajjem punti kemm ta’ liġi u kemm ta’ fatt.

L-appell jingħadda awtomatikament lill-Qorti Reġjonali Superjuri.

Il-Qorti Reġjonali Superjuri tista’ tiddeċiedi l-kawża hi stess jew tirrinvijaha lura lill-qorti inferjuri, filwaqt li tiddireġiha biex tiddeċiedi fid-dawl tal-opinjoni tal-Qorti Reġjonali Superjuri.

L-Artikolu 79 - Stabbiliment u emendar sussegwenti tal-list li fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2)

Mhux applikabbli

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna