L-Artikolu 78 (a) - l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti b'ġuriżdizzjoni biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà skont l-Artikolu 45(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 50(2)
Il-qrati kompetenti huma l-Qrati Distrettwali.
- Il-Qorti Distrettwali ta’ Nikosija
Indirizz: Charalambou Mouskou, 1405 Nicosia, Cyprus
Tel.: (+357) 22865518
Faks: (+357) 22304212/22805330
Posta elettronika: chief.reg@sc.judicial.gov.cy
- Il-Qorti Distrettwali ta’ Limassol
Indirizz: Leoforos Lordou Vyronos 8, P.O. Box 54619, 3726 Limassol, Cyprus
Tel.: (+357) 25806100/25806128
Faks: (+357) 25305311
Posta elettronika: chief.reg@sc.judicial.gov.cy
- Il-Qorti Distrettwali ta’ Larnaca
Indirizz: Leoforos Artemidos, 6301 Larnaca P.O. Box 40107, Cyprus
Tel.: (+357) 24802721
Faks: (+357) 24802800
Posta elettronika: chief.reg@sc.judicial.gov.cy
- Il-Qorti Distrettwali ta’ Paphos
Indirizz: Corner of Neofytou and Nikou Nikolaïdi, 8100 Paphos, P.O. Box 60007, Cyprus
Tel.: (+357) 26802601
Faks: (+357) 26306395
Posta elettronika: chief.reg@sc.judicial.gov.cy
- Il-Qorti Distrettwali ta’ Famagusta
Indirizz: Sotiras 2, Megaro Tzivani, 5286 Paralimni, Cyprus
Tel.: (+357) 23730950/23742075
Faks: (+357) 23741904
Posta elettronika: chief.reg@sc.judicial.gov.cy
L-Artikolu 78 (b) - il-proċeduri ta’ biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 51
Il-Qorti Suprema (Anótato Dikastírio)
(a) Fuq rinviju mill-Qorti tal-Appell (Efeteío), il-Qorti Suprema tisma’ appelli minn deċiżjonijiet ta’ qrati b’ġuriżdizzjoni ċivili u/jew kriminali, inklużi qrati ta’ ġuriżdizzjoni speċjali, dwar kwistjonijiet ta’ interess pubbliku ewlieni jew ta’ importanza pubblika ġenerali, jew għal raġunijiet ta’ konsistenza tal-liġi dwar deċiżjonijiet konfliġġenti jew kontradittorji tal-Qorti tal-Appell.
(b) Il-Qorti Suprema tiddeċiedi fit-tielet u l-aħħar istanza, abbażi ta’ rikorsi, ladarba hija tkun tat l-awtorizzazzjoni u wara proċedimenti preċedenti dwar kwistjonijiet legali li jirriżultaw minn deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Appell, li huma relatati jew ma’ bidla fil-ġurisprudenza stabbilita jew mal-ħtieġa għal interpretazzjoni korretta ta’ dispożizzjoni sostantiva primarja jew sekondarja tal-liġi, jew ma’ kwistjoni ewlenija ta’ interess pubbliku jew ta’ importanza pubblika ġenerali, jew għal raġunijiet ta’ konsistenza tal-liġi dwar deċiżjonijiet konfliġġenti jew kontradittorji tal-Qorti tal-Appell.
L-Artikolu 78 (c) - informazzjoni rilevanti rigward l-awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċ-Ċertifikat skont l-Artikolu 64
L-awtorità tal-ħruġ għaċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni hija l-Qorti Distrettwali (Eparchiakó Dikastírio) li għandha ġuriżdizzjoni lokali, kif imsemmi aktar il-quddiem f’każ ta’ rikors għal dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà.
L-Artikolu 78 (d) - il-proċeduri ta’ rimedju msemmija fl-Artikolu 72
Il-forma ta’ rimedju disponibbli kontra deċiżjoni meħuda mill-awtorità tal-ħruġ, jiġifieri l-Qorti Distrettwali, fir-rigward tal-ħruġ ta’ Ċertifikat huwa appell quddiem il-Qorti Suprema, skont ir-Regoli tal-Proċedura Ċivili (Thesmoí Politikís Dikonomías).
Bħala eċċezzjoni, il-Qorti Suprema tista’ tawtorizza l-preżentata ta’ talba privileġġjata, fejn imbagħad japplikaw ir-regoli kif imsemmija hawn fuq.
L-Artikolu 79 - Stabbiliment u emendar sussegwenti tal-list li fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2)
L-unika awtorità li teżerċità funzjonijiet ġudizzjarji jew taġixxi skont delega ta' setgħat mingħand awtorità ġudizzjarja jew taġixxi taħt il-kontroll ta’ awtorità ġudizzjarja huwa r-Reġistratur (protokollitís) ta’ kull Qorti Distrettwali, skont l-Artikolu 13 tal-Liġi dwar l-Amministrazzjoni tal-Patrimonju, Kap.189. Madankollu, il-kundizzjonijiet għal dawn il-kompetenzi previsti fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament mhumiex sodisfatti, allura r-Reġistratur ma jitqiesx bħala “qorti” fi ħdan it-tifsira tar-Regolament.
Skont id-definizzjoni tat-terminu “deċiżjoni” fl-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament, l-unika kompetenza tar-Reġistratur li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament hija d-determinazzjoni tal-ispejjeż tar-rikorsi u l-proċedimenti b’mod ġenerali marbuta mas-suċċessjoni, għalhekk meta’ jkun qiegħed jeżerċita dik il-kompetenza r-Reġistratur jaqa’ taħt it-tifsira ta’ “qorti” skont ir-Regolament.