Skip to main content

Suċċessjonijiet

Latvja
Latvja
Flag of Latvia

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Latvia
Il-Liġi tal-Familja - materji ta' suċċessjoni
* input mandatarju

L-Artikolu 78 (a) - l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti b'ġuriżdizzjoni biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà skont l-Artikolu 45(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 50(2)

Il-proċedura li tirrigwarda d-dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà ta’ sentenza prevista fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 hija soġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 77 tad-Dritt tal-Proċedura Ċivili (Civilprocesa likums) dwar ir-rikonoxximent tad-deċiżjonijiet tal-qrati barranin, sakemm id-dispożizzjonijiet tar-Regolament dan jippermettuh. Il-qorti bil-ġuriżdizzjoni biex tisma’ r-rikorsi għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà f’konformità mal-Artikolu 45(1) hija għaldaqstant il-qorti distrettwali jew tal-belt (rajona (pilsētas) tiesa) tal-post li d-deċiżjoni għandha tiġi eżegwita fih jew il-post tar-residenza ddikjarat tal-konvenut, jew fin-nuqqas ta’ tali post, il-post ta’ residenza effettiv tal-konvenut jew l-uffiċċju rreġistrat effettiv tiegħu (l-Artikolu 638(1) tad-Dritt tal-Proċedura Ċivili).

Dikjarazzjoni mill-qorti tal-prim’istanza dwar ir-rikonoxximent/eżegwibbiltà ta’ deċiżjoni ta’ qorti barranija tista’ tiġi kkontestata billi jiġi ppreżentat ilment lill-qorti reġjonali (apgabaltiesa), u d-deċiżjoni tal-qorti reġjonali tista’ tiġi kkontestata billi jiġi ppreżentat ilment lill-Qorti Suprema (l-Artikolu 641(1) tad-Dritt tal-Proċedura Ċivili). 

Hawnhekk wieħed isib lista tal-qrati distrettwali jew tal-belt u tal-qrati reġjonali:  https://tiesas.lv/tiesas/saraksts

L-Artikolu 78 (b) - il-proċeduri ta’ biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 51

Dikjarazzjoni mill-qorti tal-prim’istanza dwar ir-rikonoxximent/eżegwibbiltà ta’ deċiżjoni ta’ qorti barranija tista’ tiġi kkontestata billi jiġi ppreżentat ilment lill-qorti reġjonali (apgabaltiesa), u d-deċiżjoni tal-qorti reġjonali tista’ tiġi kkontestata billi jiġi ppreżentat ilment lill-Qorti Suprema (l-Artikolu 641(1) tad-Dritt tal-Proċedura Ċivili).

Parti fil-kawża li l-post tar-residenza ddikjarat tagħha jkun fil-Latvja, jew fin-nuqqas ta’ dan, li l-post ta’ residenza effettiv tagħha jew l-uffiċċju rreġistrat effettiv tagħha jkun fil-Latvja, tista’ tippreżenta lment anċillari fi żmien 30 jum minn meta tiġi riċevuta kopja tad-deċiżjoni; parti fil-kawża li l-post tar-residenza ddikjarat tagħha jew il-post ta’ residenza effettiv tagħha jew l-uffiċċju rreġistrat effettiv tagħha ma jkunx fil-Latvja, tista’ tippreżenta lment anċillari fi żmien 60 jum minn meta tiġi riċevuta kopja tad-deċiżjoni (l-Artikolu 641(2) tad-Dritt tal-Proċedura Ċivili).

Kwistjonijiet oħra relatati mal-preżentazzjoni u l-ipproċessar ta’ lment anċillari huma stipulati fil-Kapitolu 55 tad-Dritt tal-Proċedura Ċivili. 

Hawnhekk wieħed isib lista tal-qrati Latvjani: Il-Portal tal-Qrati Nazzjonali

L-Artikolu 78 (c) - informazzjoni rilevanti rigward l-awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċ-Ċertifikat skont l-Artikolu 64

Dment li l-Latvja jkollha ġuriżdizzjoni f’suċċessjoni transfruntiera skont l-Artikoli 4, 7, 10 u 11 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012, jista’ jinħareġ ċertifikat Ewropew ta’ suċċessjoni minn kwalunkwe nutar ġuramentat (zvērināts notārs).

Hawnhekk wieħed isib lista ta’ nutara: Il-paġna ewlenija tan-nutara ġuramentati tal-Latvja

L-Artikolu 78 (d) - il-proċeduri ta’ rimedju msemmija fl-Artikolu 72

Fuq talba ta’ parti interessata, in-nutar iċċertifikat li jkun fassal iċ-ċertifikat Ewropew tas-suċċessjoni jista’ jemenda, jimmodifika jew jirtira ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 u jista’ wkoll jissospendi l-effetti taċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 73 tar-Regolament.

Sabiex jagħmel hekk, in-nutar irid ifassal l-att notarili (notariāls akts) li jemenda, jimmodifika, jirtira jew jissospendi ċ-ċertifikat, u mingħajr dewmien jgħarraf lill-persuni kollha li jkunu nħarġulhom kopji ċċertifikati taċ-ċertifikat jew estratti miċ-ċertifikat.

L-Artikolu 79 - Stabbiliment u emendar sussegwenti tal-list li fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2)

F’konformità mal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni u l-Artikolu 324.1 tad-Dritt tan-nutara (Notariāta likums), nutar li jittratta każ ta’ suċċessjoni transfruntiera għandu japplika d-dispożizzjonijiet tad-Dritt tan-Nutara sakemm il-liġi tal-Unjoni Ewropea applikabbli direttament fil-Latvja dan tkun tippermettih.

Talba ta’ suċċessjoni (mantošanas iesniegums) trid jiġi ppreżentata lil nutar ġuramentat kif imsemmi fl-Artikolu 252 tad-Dritt tan-Nutara, iżda jekk l-aħħar post ta’ residenza ddikjarat tad-deċedut jew il-post fejn ikun jinsab il-patrimonju jew il-biċċa l-kbira tiegħu ma jkunx magħruf, it-talba tista’ tiġi ppreżentata lil kwalunkwe nutar ġuramentat.

Il-proċedura li tirrigwarda d-dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà ta’ sentenza hija r-responsabbiltà tal-qorti distrettwali jew tal-belt.

Hawnhekk wieħed isib lista ta’ nutara ġuramentati: Il-paġna ewlenija tal-Kunsill Latvjan għan-Nutara Ġuramentati.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna