Skip to main content

Suċċessjonijiet

Olanda
Olanda
Flag of Netherlands

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Netherlands
Il-Liġi tal-Familja - materji ta' suċċessjoni
* input mandatarju

L-Artikolu 78 (a) - l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti b'ġuriżdizzjoni biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà skont l-Artikolu 45(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 50(2)

  • L-Artikolu 45(1): L-imħallef li jisma’ t-talbiet għal miżuri provviżorji (voorzieningenrechter) fil-qorti distrettwali (rechtbank).
  • L-Artikolu 50(2): il-Qorti distrettwali tal-imħallef li qed jippresjiedi s-seduta ta’ smigħ għal miżuri provviżorji li ddeċidiet dwar ir-rikors għall-eżekuzzjoni (verzoek tot tenuitvoerlegging).

L-Artikolu 78 (b) - il-proċeduri ta’ biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 51

Appell fuq punt tal-liġi (beroep in cassatie) quddiem il-Qorti Suprema (Hoge Raad). Il-Qorti Suprema ma terġax tidħol fil-mertu tal-kawża. Il-Qorti Suprema taħdem fuq il-fatti kif kienu ġew stabbiliti mill-qorti li semgħet l-ewwel appell (f’dan il-każ il-qorti distrettwali). Il-Qorti Suprema tivverifika jekk il-qorti interpretatx u applikatx il-liġi b’mod korrett u jekk is-sentenza kkonċernata hijiex ġustifikata b’mod suffiċjenti u li jinftiehem. Il-proċedura għal appell fuq punt tal-liġi hija maħsuba biex tippromwovi u tiżgura uniformità legali, l-iżvilupp tal-liġi u l-protezzjoni tal-liġi.

L-Artikolu 78 (c) - informazzjoni rilevanti rigward l-awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċ-Ċertifikat skont l-Artikolu 64

Nutar stabbilit fin-Netherlands. Id-dettalji ta’ kuntatt tan-nutara b’esperjenza speċifika jistgħu jinkisbu mill-Assoċjazzjoni Rjali Olandiża tan-Nutara tad-Dritt Ċivili (Koninklijke Notariële Beroepsorganisatie - KNB).

Koninklijke Notariële Beroepsorganisatie (KNB)
Tel. +31 70 3307111
Fax: +31 70 3602861
Email: info@knb.nl
PO Box 16020, 2500 BA The Hague
Indirizz għall-viżitaturi: Spui 184, 2511 BW The Hague

L-Artikolu 78 (d) - il-proċeduri ta’ rimedju msemmija fl-Artikolu 72

L-imħallef subdistrettwali (kantonrechter). Il-proċedura tibda bil-preżentazzjoni ta’ rikors. Il-qorti distrettwali ssejjaħ lil partijiet interessati. Il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw risposta qabel jibdew il-proċedimenti jew, bl-awtorizzazzjoni tal-imħallef, matul il-proċedimenti. Huma jistgħu wkoll jippreżentaw ir-risposta tagħhom kontra r-rikors oralment waqt is-seduta ta’ smigħ. Fl-aħħar tas-seduta, l-imħallef jiffissa d-data għall-għoti tas-sentenza.

L-Artikolu 79 - Stabbiliment u emendar sussegwenti tal-list li fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2)

Fin-Netherlands ma hemmx awtorità tat-tip imsemmi fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna