Skip to main content

Suċċessjonijiet

Il-Kroazja
Il-Kroazja
Flag of Croatia

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Croatia
Il-Liġi tal-Familja - materji ta' suċċessjoni
* mandatory input

L-Artikolu 78 (a) - l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti b'ġuriżdizzjoni biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà skont l-Artikolu 45(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 50(2)

L-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati muniċipali kompetenti jinsabu fil-bażi tad-dejta tal-qrati li hija disponibbli fuq il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika.

L-Artikolu 78 (b) - il-proċeduri ta’ biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 51

Appell kontra deċiżjoni ta’ qorti tal-prim’istanza dwar oġġezzjoni għal deċiżjoni ta’ nutar pubbliku għandu jiġi ppreżentat fi żmien 15-il jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni fil-prim’istanza. Oġġezzjoni għandha ssir quddiem in-nutar pubbliku li jkun ħareġ id-deċiżjoni dwar is-suċċessjoni fi żmien 8 ijiem mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni lill-partijiet.

Skont l-appell ippreżentat, il-qorti tal-prim’istanza tista’ ex officio tbiddel id-deċiżjoni kontestata billi tagħti deċiżjoni ġdida. Jekk il-qorti tal-prim’istanza ma tbiddilx id-deċiżjoni tagħha stess, hija għandha tirreferi l-appell lil qorti tat-tieni istanza (li tista’ anke tisma’ appell tardiv jekk ma jkunx hemm ksur sussegwenti tad-drittijiet tal-partijiet l-oħra).

Dak li jiġi ddeterminat mid-deċiżjoni finali dwar is-suċċessjoni jista’ jiġi kkontestat biss minn xi ħadd li, skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar is-Suċċessjoni (Zakon o nasljeđivanju), mhuwiex marbut bil-finalità tad-deċiżjoni dwar is-suċċessjoni. Dak li jkun jista’ jikkontestaha biss permezz ta’ azzjoni ċivili mal-persuni li jibbenefikaw mill-konstatazzjoni li qed jikkontestaw il-veraċità tagħha (l-Artikolu 232(2) tal-Att dwar is-Suċċessjoni).

L-Artikolu 78 (c) - informazzjoni rilevanti rigward l-awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċ-Ċertifikat skont l-Artikolu 64

F’konformità mal-Artikolu 6 tal-Att li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 650/2012, huma l-qrati muniċipali u n-nutara pubbliċi bħala uffiċjali tal-qorti li jistgħu joħorġu Ċertifikati Ewropej tas-Suċċessjoni.

L-Artikolu 78 (d) - il-proċeduri ta’ rimedju msemmija fl-Artikolu 72

L-Artikolu 7 tal-Att li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 650/2012 jippermetti li ssir oġġezzjoni kontra Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (minn hawn 'il quddiem “Ċertifikat”) maħruġ minn nutar pubbliku. L-oġġezzjoni tiġi deċiża minn qorti muniċipali. L-Artikolu jippermetti wkoll li jsir appell minn Ċertifikat maħruġ minn qorti muniċipali jew kontra deċiżjoni ta’ qorti muniċipali li awtorizzat jew ċaħdet il-ħruġ ta’ Ċertifikat. L-appell jiġi deċiż minn qorti tal-kontea.

Ċertifikat jista’ jiġi rettifikat, emendat jew imħassar mill-qorti muniċipali jew in-nutar pubbliku li jkun ħarġu ċ-Ċertifikat, ex officio jew fuq talba tal-partijiet li għandhom interess leġittimu. L-Artikolu 9 tal-Att li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 650/2012 jippermetti li ssir oġġezzjoni kontra deċiżjoni ta’ nutar pubbliku li jirrettifika, jemenda jew iħassar Ċertifikat. L-oġġezzjoni tiġi deċiża minn qorti muniċipali. L-istess Artikolu jippermetti li jsir appell kontra deċiżjoni ta’ qorti muniċipali li tirrettifika, temenda jew tħassar Ċertifikat. L-appell jiġi deċiż minn qorti tal-kontea.

Rikors għas-sospensjoni tal-effetti ta’ Ċertifikat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 73(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 jiġi deċiż mill-qorti muniċipali jew min-nutar pubbliku li quddiemha/u tinsab pendenti l-emenda jew tħassir taċ-Ċertifikat. Tista’ ssir oġġezzjoni kontra deċiżjoni ta’ nutar pubbliku li tissospendi l-effetti ta’ Ċertifikat, li tiġi deċiża minn qorti muniċipali. Jista’ jsir appell kontra deċiżjoni ta’ qorti muniċipali li tissospendi l-effetti ta’ Ċertifikat, li jiġi deċiż minn qorti tal-kontea.

Fil-każijiet kollha msemmija hawn fuq, id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Suċċessjoni li jirregolaw il-proċedimenti u d-deċiżjonijiet dwar l-oġġezzjonijiet għal deċiżjonijiet dwar is-suċċessjoni japplikaw mutatis mutandis għal proċedimenti u deċiżjonijiet dwar oġġezzjonijiet għal deċiżjonijiet ta’ nutar pubbliku u dwar appelli kontra deċiżjonijiet ta’ qorti muniċipali.

Skont l-Att dwar is-Suċċessjoni, oġġezzjoni għal deċiżjoni adottata min nutar pubbliku bħala uffiċjali tal-qorti fi proċedimenti dwar is-suċċessjoni tista’ tiġi ppreżentata fi żmien tmint ijiem mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni lill-partijiet. L-oġġezzjoni għandha ssir quddiem nutar pubbliku, li għandu l-obbligu li jippreżentaha lill-qorti muniċipali kompetenti mingħajr dewmien, flimkien mal-fajl rilevanti. Id-deċiżjoni dwar l-oġġezzjoni tittieħed minn imħallef wieħed. Kull oġġezzjoni li tasal tard, jew mhux kompluta jew inammissibbli tiġi miċħuda mill-qorti. Meta qorti tiddeċiedi dwar oġġezzjoni fuq deċiżjoni adottata min nutar pubbliku, hija tista’ tilqa’ d-deċiżjoni kollha jew parti minnha jew ticħadha. Il-qorti tista’ tiddeċiedi ex officio liema parti tad-deċiżjoni se tilqa’ jew ticħad. Ma jistax isir appell individwali minn deċiżjoni tal-qorti li tħassar id-deċiżjoni notarili kompletament jew parti minnha.

L-Att dwar is-Suċċessjoni jippermetti li jsir appell kontra deċiżjoni tal-qorti tal-prim’istanza. L-appell irid jiġi ppreżentat quddiem qorti tal-prim’istanza fi żmien ħmistax-il jum mid data ta’ notifika tad-deċiżjoni tal-qorti tal-prim’istanza. Fuq il-bażi ta’ appell ippreżentat fil-ħin, il-qorti tal-prim’istanza tista’ ex officio temenda d-deċiżjoni kuntestata billi toħroġ deċiżjoni ġdida, jekk dan ma jiksirx id-drittijiet tal-partijiet l-oħra bbażati fuq id-deċiżjoni. Jekk il-qorti tal-prim’istanza ma tbiddilx id-deċiżjoni tagħha stess, hija għandha tirreferi l-appell lil qorti tat-tieni istanza, anke jekk l-appell ma kienx ġie ppreżentat fiż-żmien statutorju. Bħala regola ġenerali, il-qorti tat-tieni istanza taqta’ biss appelli li jkunu ġew ippreżentati fil-ħin. Hija tista’, madankollu, tikkunsidra wkoll appelli li jkunu ġew ippreżentati tard, jekk dan ma jiksirx id-drittijiet tal-partijiet l-oħra bbażati fuq id-deċiżjoni kontestata.

L-Artikolu 79 - Stabbiliment u emendar sussegwenti tal-list li fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2)

Fil-Kroazja, minbarra l-qrati muniċipali kompetenti, in-nutara pubbliċ (193.6 KB - PDF) HRi bħala uffiċjali tal-qorti jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji jew jaġixxu skont delega ta’ setgħat minn awtorità ġudizzjarja jew taħt il-kontroll tagħha, f’konformità mal-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna