Inti titqies bħala vittma ta’ reat jekk kont vittma ta’ att jew ommissjoni li jikkostitwixxi reat skont il-liġi Finlandiża. Bħala vittma ta’ reat, għandek ċerti drittijiet qabel, waqt u wara l-proċedimenti tal-qorti.
Il-proċedimenti kriminali fil-Finlandja jibdew b’investigazzjoni ta’ qabel il-proċess, ġeneralment imwettqa mill-pulizija. Matul dan l-istadju, jiġi stabbilit jekk fil-fatt twettaqx reat jew le, taħt liema ċirkostanzi seħħ u l-identità tal-partijiet ikkonċernati. Il-grad tad-dannu jew tal-ħsara kkawżat mir-reat u t-talbiet tiegħek bħala vittma jiġu eżaminati wkoll.
Jekk ikun hemm provi biżżejjed li twettaq att kriminali, il-prosekutur jippreżenta l-akkużi u jressaq il-każ quddiem il-qorti. Matul il-proċess, il-qorti teżamina l-provi u tikkundanna lill-allegat trażgressur jew inkella ssibu mhux ħati. Il-proċedimenti kriminali jistgħu jkomplu jekk waħda mill-partijiet tressaq appell quddiem qorti superjuri.
Il-links li ġejjin jipprovdulek informazzjoni relevanti.
1 Drittijieti bħala vittma ta' reat
2 Irrappurtar ta’ reat u ddrittijiet tiegħi waqt linvestigazzjoni jew ilproċess
3 Iddrittijiet tiegħi wara lproċess
5 Iddrittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza