Skip to main content

Drittijiet tal-vittmi - skont il-pajjiż

Greċja
Il-kontenut ipprovdut minn
Greċja
Flag of Greece

Inti titqies bħala vittma ta’ reat jekk tkun sofrejt dannu, pereż. ġejt ferut jew il-proprjetà tiegħek saritilha l-ħsara jew insterqet, bħala riżultat ta’ inċident li jikkostitwixxi reat skont il-liġi Griega. Bħala vittma ta’ reat, il-liġi tagħtik ċerti drittijiet individwali qabel, waqt u wara l-proċess.

Il-proċedimenti kriminali fil-Greċja jibdew bl-investigazzjoni (dierévnisi) tar-reat. Xi drabi l-investigazzjoni tkun maqsuma f’investigazzjoni preliminari (prokatarktikí exétasi) u investigazzjoni ġudizzjarja (anákrisi). L-għan ta’ investigazzjoni preliminari huwa li tesplora ċ-ċirkustanzi tal-każ u tistabbilixxi jekk għandhomx jinbdew proċedimenti kriminali jew le.

L-investigazzjoni titwettaq mill-pulizija u minn uffiċjali tal-qorti — il-prosekutur pubbliku (eisangeléas), l-imħallef inkwirenti (anakritís), jew it-tnejn. Fit-tmiem tal-investigazzjoni, l-uffiċjal tal-pulizija responsabbli mill-każ jgħaddi l-evidenza kollha miġbura lill-prosekutur. Il-prosekutur imbagħad jeżamina l-ħidma li tkun saret sa dak il-ħin u jgħaddi l-każ lill-qorti flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar kif il-każ għandu jkompli jipproċedi.

Wara li tirrieżamina l-fajl tal-każ u r-rakkomandazzjonijiet tal-prosekutur, il-qorti tordna li jsir proċess jew tagħlaq il-każ.

Fil-proċess, il-qorti tikkunsidra l-evidenza kollha miġbura u tiddeċiedi jekk l-akkużat huwiex ħati jew le. Jekk il-konvenut jinstab ħati, huwa jiġi kkundannat u mogħti s-sentenza. Jekk il-konvenut jinstab mhux ħati, huwa jiġi liberat.

Għal aktar informazzjoni, irreferi għal-links li ġejjin:

1  Drittijieti bħala vittma ta' reat

2  Irrapportar ta’ delitt u ddrittijiet tiegħi waqt linvestigazzjoni jew ilproċess

3  Iddrittijiet tiegħi wara lproċess

4  Kumpens

5  Iddrittijiet tiegħi għallappoġġ u għallassistenza

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna