Skip to main content

Drittijiet tal-vittmi - skont il-pajjiż

L-Estonja
Il-kontenut ipprovdut minn
L-Estonja
Flag of Estonia

Inti titqies vittma ta' reat (parti li ġarrbet il-ħsara) jekk iġġarrab xi dannu dirett fiżiku, materjali u morali b’riżultat ta’ att illegali, pereżempju tkun korrejt jew il-proprjetà tiegħek tkun ikkawżatila ħsara jew ġiet misruqa, eċċ. bħala riżultat ta' inċident li jikkostitwixxi reat skont il-liġi nazzjonali. Bħala vittma ta' reat, il-liġi tagħtik ċerti drittijiet qabel, waqt u wara l-proċedimenti tal-qorti (proċess).

Il-proċedimenti kriminali fl-Estonja jibdew bi proċedimenti ta’ qabel il-proċess, li ġeneralment huma mwettqa mill-pulizija u l-prosekutur u matulhom tinġabar l-evidenza dwar ir-reat imwettaq u t-trasgressur allegat. Jekk ikun hemm biżżejjed evidenza, il-każ jgħaddi għal proċess. Il-proċess jispiċċa bil-qorti jew tikkundanna jew tillibera l-akkużat. Fil-każ ta' kundanna, il-qorti tirregola wkoll dwar l-azzjoni ċivili mressqa quddiem il-qorti, iżda f'każ ta' liberazzjoni l-azzjoni tkun imwarrba. F’dan il-każ huwa possibbli li jiġi mitlub kumpens fi proċedimenti ċivili. Il-qorti tista' tiddeċiedi li tissodisfa b'mod sħiħ jew parzjalment l-azzjoni ċivili, mhux tissodisfa l-azzjoni jew twarraba. Jekk ma taqbilx mas-sentenza, tista' tappella l-kawża lil qorti iktar għolja.

Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt sabiex issib it-tagħrif li teħtieġ

1  Drittijieti bħala vittma ta' reat

2  Irrappurtar ta’ reat u ddrittijiet tiegħi waqt linvestigazzjoni jew ilproċess

3  Iddrittijiet tiegħi wara lproċess

4  Kumpens

5  Iddrittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza

 

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna