Int titqies vittma ta’ reat jekk tiġi leż permezz ta’ att li skont il-liġi Ungeriża jitqies bħala reat, pereżempju jekk issofri korriment jew jekk il-proprjetà tiegħek issirilha l-ħsara jew tinsteraq. Bħala vittma ta’ reat, bil-liġi Ungeriża għandek diversi drittijiet, qabel, matul u wara l-proċeduri tal-qorti (il-proċess). Inti tista’ titlob informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi tiegħek fi proċedimenti kriminali mingħand l-awtorità tal-investigazzjoni, mingħand l-avukat ġenerali jew mingħand il-qorti, skont l-istadju tal-proċedimenti.
Il-proċedimenti kriminali Ungeriżi jibdew b’investigazzjoni. L-investigazzjoni ġeneralment titwettaq mill-pulizija, taħt is-superviżjoni tal-avukat ġenerali. Ġaladarba l-investigazzjoni titlesta, jew l-avukat ġenerali jiddeċiedi li jressaq l-akkużi u l-każ jitressaq quddiem il-qorti, jew inkella l-każ jingħalaq fil-fażi tal-investigazzjoni minħabba nuqqas ta’ evidenza jew minħabba li r-responsabbilità penali hija prekluża jew għax ma għadhiex tapplika.
Jekk il-każ jitressaq quddiem il-qorti, il-qorti teżamina l-evidenza miġbura u tiddeċiedi jekk l-akkużat huwiex ħati jew le. Fi proċedimenti kriminali Ungeriżi (ħlief għal xi forom ta’ proċedimenti), il-qorti tista’ tiġbor l-evidenza direttament waqt seduta pubblika, għalhekk int tista’ titressaq għas-seduta tal-qorti u tiġi eżaminat bħala xhud. L-akkużat, jekk jinstab ħati, jiġi kkundannat u jingħata s-sentenza. Jekk l-akkużat ma jinstabx ħati, jiġi liberat.
Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt sabiex issib it-tagħrif li teħtieġ:
1 Drittijieti bħala vittma ta' reat
2 Irrappurtar ta’ reat u ddrittijiet tiegħi waqt linvestigazzjoni jew ilproċess
3 Iddrittijiet tiegħi wara lproċess
5 Iddrittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza