Skip to main content

Drittijiet tal-vittmi - skont il-pajjiż

Rumanija
Il-kontenut ipprovdut minn
Rumanija
Flag of Romania

Inti titqies bħala l-vittma ta’ reat fil-każ li tkun ġarrabt offiża ta’ kwalunkwe tip, inkluż ħsara fuq il-persuna, dannu mentali, diffikultà emozzjonali jew telf finanzjarju, b’konsegwenza ta’ inċident li jikkostitwixxi reat skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli. Il-membri tal-familja ta’ xi ħadd li jkun miet b’riżultat ta’ reat u li jkunu ġarrbu offiża minħabba l-mewt ta’ dik il-persuna jitqiesu wkoll bħala vittmi ta’ reat.

Bħala vittma ta’ reat, għandek ċerti drittijiet legali, qabel, matul u wara l-proċedimenti kriminali.

L-istadji tal-proċedimenti kriminali fir-Rumanija huma: il-prosekuzzjoni, l-awla preliminari, il-proċess u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet f’materji kriminali li jkunu saru definittivi. Matul l-investigazzjoni kriminali, il-korpi tal-investigazzjoni kriminali, taħt is-superviżjoni tal-prosekutur pubbliku, jinvestigaw il-każ, u jiġbru l-evidenza sabiex isibu lit-trażgressur. Fit-tmiem tal-investigazzjoni kriminali, il-pulizija tirreferi l-każ lill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku, bl-informazzjoni kollha u l-evidenza miġbura fl-atti. Wara li jirċievi l-atti, il-prosekutur tal-każ jeżamina l-każ u jiddeċiedi jekk għandux jipproċedi għall-proċess jew jekk il-każ għandux jingħalaq.

Ladarba l-każ jasal quddiem il-qorti, il-bord tal-imħallfin jeżamina l-fatti u jisma’ lill-persuni involuti sabiex tiġi stabbilita l-ħtija tal-akkużat. Ladarba jiġi stabbilit li l-akkużat ikun ħati, dan jingħata s-sentenza. Fil-każ li l-qorti tikkunsidra li l-akkużat ma jkunx ħati, dan jiġi lliberat.

Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt sabiex issib l-informazzjoni li teħtieġ: 

1  Iddrittijiet tiegħi bħala vittma ta’ reat

2  Irrappurtar ta’ reat u ddrittijiet tiegħi waqt linvestigazzjoni jew ilproċess

3  Iddrittijiet tiegħi wara lproċess

4  Kumpens

5  Iddrittijiet tiegħi għallappoġġ u għallassistenza

 

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna