Skip to main content

Drittijiet tal-vittmi - skont il-pajjiż

Polonja
Il-kontenut ipprovdut minn
Polonja
Flag of Poland

Int titqies bħala vittma ta’ reat jekk tkun sfajt vittma bħala riżultat ta’ reat li skont il-liġi kriminali għandu penali; pereżempju, jekk tkun sofrejt korriment jew jekk titlef il-proprjetà tiegħek minħabba ħsarat jew serq. Bħala vittma ta’ reat, int għandek ċerti obbliġi legali kemm matul il-proċedimenti legali kif ukoll warajhom. Tista’ tirċievi wkoll diversi forom ta’ assistenza u sostenn kif ukoll kumpens jew indennizz biex jagħmlu tajjeb għar-reat.

Fil-Polonja, il-proċedimenti kriminali jikkonsistu minn investigazzjoni preliminari u minn proċeduri tal-qorti. L-investigazzjonijiet preliminari jitwettqu waqt il-proċeduri tal-qorti. L-iskop tagħhom huwa sabiex jiġu ddeterminati l-fatti tar-reat mwettaq u sabiex jiġu identifikati l-awturi tar-reat. Il-pulizija u s-servizz tal-prosekuzzjoni jiġbru l-evidenza. Jekk l-evidenza li jiġbru tkun suffiċjenti, l-awturi tar-reat jiġu akkużati. Jekk le, il-każ jaqa’. L-akkuża tas-servizzi ta’ prosekuzzjoni tiġi eżaminata mill-qorti.

Matul il-proċess, il-qorti teżamina l-evidenza miġbura sabiex tistabbilixxi jekk l-akkużat huwiex ħati. Jekk l-akkużat jinstab ħati skont kif akkużat, huwa jew hija jkunu suġġetti għall-penali kif previst mill-liġi. Jekk le, huwa jew hija jiġu liberati mill-akkużi kollha.

Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt sabiex issib it-tagħrif li teħtieġ:

1  Drittijieti bħala vittma ta' reat

2  Irrappurtar ta’ reat u ddrittijiet tiegħi waqt linvestigazzjoni jew ilproċess

3  Iddrittijiet tiegħi wara lproċess

4  Kumpens

5  Iddrittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza

 

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna