Skip to main content

Drittijiet tal-vittmi - skont il-pajjiż

Belġju
Il-kontenut ipprovdut minn
Belġju
Flag of Belgium

Inti tiġi kkunsidrat bħala vittma tal-kriminalità jekk ġarrabt ħsara, pereżempju ġejt ferut jew il-proprjetà tiegħek saritilha ħsara jew insterqet, minħabba inċident, li jikkostitwixxi delitt skont id-dritt nazzjonali. Bħala vittma tal-kriminalità, il-liġi tagħtik ċerti drittijiet individwali qabel, waqt u wara l-proċeduri fil-qorti.

Il-proċeduri kriminali fil-Belġju jikkonsistu fl-investigazzjoni u fil-proċess quddiem il-qorti kriminali. Fil-parti l-kbira tal-każijiet l-investigazzjoni titmexxa mill-prosekutur pubbliku jew – f’ċerti każijiet iktar ikkumplikati – minn imħallef inkwirenti. Waqt l-investigazzjoni, jinġabru l-provi sabiex ikun stabbilit jekk ikunx twettaq delitt u minn min.

Wara l-investigazzjoni, każ jingħalaq jew jitressaq quddiem il-qorti. Waqt il-proċess il-qorti teżamina l-provi miġbura sabiex tiddeċiedi jekk l-imputat huwiex ħati jew le. Jekk l-imputat jinstab ħati, huwa jiġi kkundannat u jingħata piena. Alternattivament, il-qorti tista’ ssib lill-imputat mhux ħati u tilliberah.

Bħala vittma għandek numru ta' drittijiet fl-istadji kollha tal-proċeduri kriminali Jekk trid tieħu sehem aktar attiv fil-proċeduri, tista' titlob li tiġi rreġistrat bħala vittma jew tista' tressaq ilment bħala parti ċivili fi proċedimenti kriminali. Fi wħud mill-każijiet, inti tista’ tagħti bidu għall-proċeduri inti stess billi ttella’ lill-persuna li allegatament tkun wettqet id-delitt direttament il-qorti jew billi tressaq kwerela quddiem l-imħallef inkwirenti u fl-istess ħin tapplika biex titqies bħala parti ċivili. Bħala parti ċivili tista' titlob id-danni mingħand il-persuna li tkun wettqet id-delitt. Meta jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet (pereżempju, tkun sfajt vittma ta’ delitt vjolenti u l-ħsara ma tkunx tista’ tiġi rrimedjata b’mod adegwat mill-persuna li tkun wettqet id-delitt u lanqas permezz ta’ assigurazzjoni), inti għandek id-dritt għal kumpens mingħand l-Istat.

L-iskedi informattivi li ġejjin jispjegaw il-fażijiet differenti li jgħaddi minnhom il-każ tiegħek u jiddeskrivu d-drittijiet tiegħek, 1  IDDRITTIJIET TIEGĦI WAQT LINVESTIGAZZJONI TA’ DELITT2  IDDRITTIJIET TIEGĦI WAQT ILPROĊESS QUDDIEM ILQORTI KRIMINALI3  IDDRITTIJIET TIEGĦI WARA L(EWWEL)PROĊESS QUDDIEM ILQORTI KRIMINALI. Barra minn hekk, tista’ taqra iktar dwar l-appoġġ u 4  LGĦAJNUNA U LAPPOĠĠ GĦALLVITTMI TADDELITTI

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna