Titqies bħala vittma ta’ reat, “parti leża”, jekk ikun rikonoxxut li għandek dritt legali li huwa protett mil-liġi kriminali li nkiser b’att li jikkostitwixxi reat skont il-liġi nazzjonali, jiġifieri li tkun sofrejt id-dannu li huwa parti essenzjali mill-att kriminali.
Tkun sofrejt dannu skont il-liġi ċivili bħala riżultat ta’ reat meta ssofri ħsara (materjali jew mhux materjali, madankollu, f’kull każ, dannu li jista’ jiġi stmat f’termini finanzjarji) li tkun ir-riżultat ta’ att kriminali. Normalment, il-parti leża fil-liġi kriminali u l-parti li sofriet id-dannu fil-liġi ċivili jkunu l-istess, ħlief pereżempju f’każ ta’ omiċidju, fejn il-vittma tkun il-persuna maqtula, filwaqt li l-membri tal-familja tagħha jkunu l-parti li sofriet dannu u għandhom id-dritt li jitilgħu l-qorti u jiksbu kumpens għad-dannu li jkunu sofrew.
Il-liġi kriminali u l-liġi ċivili jagħtu lill-vittma diversi drittijiet individwali qabel il-proċedimenti, matul u warajhom.
Fl-Italja, il-proċedimenti kriminali jibdew bl-inkjesti preliminari. Il-pulizija u l-prosekutur pubbliku jinvestigaw il-każ. Fi tmiem dawn l-inkjesti, il-prosekutur pubbliku jista’ jressaq akkużi jew jitlob lill-imħallef li jkollu f’idejħ l-inkjesti sabiex jagħlaq il-każ. Għal xi reati kriminali l-proċedimenti jistgħu jibdew biss jekk int, bħala l-vittma, tippreżenta kwerela lill-pulizija jew lis-servizz tal-prosekuzzjoni.
Matul il-proċess il-qorti teżamina l-evidenza miġbura u tistabbilixxi jekk l-akkużat huwiex ħati. Il-proċedimenti jintemmu meta l-akkużat tinqatagħlu s-sentenza jew jiġi lliberat mill-qorti, bil-possibilità li jsir appell lil qorti superjuri.
Bħala vittma, jista’ jkollok parti importanti fil-proċedimenti kriminali u għaldaqstant hemm għadd ta’ drittijiet li tista’ teżerċita. Tista’ tipparteċipa bħala vittma (il-parti leża) mingħajr status legali speċifiku, jew jista’ jkollok rwol aktar attiv billi offiċjalment tiftaħ rikors ċivili kontra l-awtur tar-reat.
Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt sabiex issib it-tagħrif li teħtieġ
5 Iddrittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza
[mt] 2 Denuncia di un reato; miei diritti durante le indagini o il processo