1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?
Iva, għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi rreġistrati fis-CY Login (is-servizz ta’ lloggjar uniku għas-servizzi diġitali fir-Repubblika ta’ Ċipru). L-aċċess għas-servizz isir mill-kompjuters li jkunu jinsabu f’Ċipru.
2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?
Huwa possibbli għall-kawżi fil-qrati speċjalizzati, amministrattivi u tal-proċedura ċivili (bl-eċċezzjoni tal-Qorti Amministrattiva għall-Protezzjoni Internazzjonali). Il-Qorti Kostituzzjonali Suprema, il-Qorti Suprema (fil-ġuriżdizzjoni tat-tielet istanza tagħha) u l-qrati li jeżerċitaw il-ġuriżdizzjoni kriminali huma esklużi.
3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?
Il-faċilità hija disponibbli 24 siegħa kuljum, ħlief meta s-sistema elettronika ma tkunx qed taħdem minħabba manutenzjoni pprogrammata.
4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?
Ċertu dettalji rigward talba, bħad-dettalji tal-partijiet — iżda bl-esklużjoni tal-atti proċedurali — jiddaħħlu fis-sistema elettronika.
5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?
Is-sistema tissodisfa r-rekwiżiti kollha meħtieġa għat-trażmissjoni u l-ħżin tad-data b’mod sigur.
6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?
L-użu ta’ firma elettronika mhuwiex meħtieġ. L-irreġistrar tal-ħin isir b’mod awtomatiku mis-sistema.
7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?
It-tariffi tal-qorti jitħallsu bl-istess mod u ammont bħal fil-proċedimenti mhux elettroniċi.
8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?
Mhuwiex possibbli li talba tiġi rtirata ladarba tkun ġiet irreġistrata, sakemm id-dħul tagħha ma jkunx ġie miċħud mill-uffiċjal tar-reġistrazzjoni kompetenti.
9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?
Iva.
10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?
Il-proċedimenti jinbdew, iseħħu u jitlestew b’mod elettroniku.
11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?
Il-proċedimenti jseħħu bl-istess mod bħal dak tal-proċedimenti mhux elettroniċi. Japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-regolamenti fis-seħħ.
12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?
Iva, huwa possibbli għat-tipi ta’ kawżi msemmija fil-punt (2) hawn fuq.
13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?
Le, jiġu nnotifikati wiċċ imb wiċċ.
14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?
Iva. Id-deċiżjonijiet jiżdiedu mal-fajl elettroniku tal-kawża u l-partijiet ikunu jistgħu jaċċessawhom minn hemmhekk.
15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?
Huwa possibbli li jiġi ppreżentat appell permezz tas-sistema, meta applikabbli. L-appelli jiġu nnotifikati wiċċ imb wiċċ.
16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?
Iva, iżda mhux kompletament u mhux għall-kawżi kollha.
17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?
Iva, billi jingħata aċċess għall-fajl elettroniku tal-qorti li jirrigwardahom.