L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni
Skont l-Artikolu 12 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Kontenzjuża (Civilný sporový poriadok) (l-Att Nru 160/2015) il-qrati kompetenti huma l-qrati distrettwali (okresné súdy) u l-Qorti Municipali ta’ Bratislava IV(Mestský súd Bratislava IV).
L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni
Skont l-Artikolu 29(1)(b) tar-Regolament, skont l-Artikolu 398 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Kontenzjuża wieħed jista’ jfittex rimedju legali straordinarju billi jiftaħ kawża ta’ ritrattazzjoni (žaloba o obnovu konania) quddiem il-qorti kompetenti li tkun tat is-sentenza fl-ewwel istanza, jiġifieri l-qorti distrettwali (okresný súd) jew il-qorti muniċipali (mestský súd).
L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni
Skont l-Artikolu 125 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Kontenzjuża rikors għal ftuħ ta’ kawża tista’ ssir bil-miktub jew elettronikament. Rikors li jsir mingħajr awtorizzazzjoni elettronika jrid jerġa’ jintbagħat fi żmien 10 ijiem fuq karta jew f’format elettroniku awtorizzat, inkella ma jitqiesx. Il-qorti ma titlobx li rikors jerġa’ jintbagħat.
L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati
Għall-fini tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament, il-lingwa aċċettata hija s-Slovakk.