Il-proċedura tal-Qorti f'Ġibiltà hija rregolata mis-Civil Procedure Rules 1998 (CPR), (ir-Regoli dwar il-Proċedura Ċivili 1998 (CPR)), flimkien mad-Direzzjonijiet Supplimentari. Din l-applikazzjoni tar-Regoli tal-Proċedura Ċivili applikati fl-Ingilterra u Wales (b'emendi) hija prevista fir-Regoli tal-Qorti Suprema tas-sena 2000.
L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni
Il-qorti li se jkollha ġuriżdizzjoni li toħroġ ordni ta’ ħlas Ewropew f'Ġibiltà hija l-Qorti Suprema.
L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni
Applikazzjoni għal reviżjoni taħt l-Artikolu 20 f'Ġibiltà trid issir skont il-Parti 23 tas-Civil Procedure Rules.
L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni
Il-mezz ta' komunikazzjoni aċċettabbli f'Ġibiltà għall-finijiet tal-bidu tal-ordni ta’ ħlas Ewropew għandha tkun il-posta (minħabba l-ħtieġa ta' tariffa tal-qorti marbuta mal-ħruġ tal-proċess).
L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati
Il-lingwa uffiċjali aċċettabli skont l-Artikolu 21(2)(b) hija l-Ingliż.