Skip to main content

L-Ordni Ewropea tal-Ħlas

Olanda
Olanda
Flag of Netherlands

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Netherlands
Proċeduri transfruntieri Ewropej - ordni ta' ħlas Ewropea
* input mandatarju

L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

L-Artikolu 2 tal-Att ta’ Implimentazzjoni dwar il-Proċedura ta’ Ordni ta’ Ħlas Ewropea:

Rikorsi għal ordni ta’ ħlas Ewropea kif imsemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 li toħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea (Verordening (EG) Nr. 1896/2006 tot invoering van een Europese betalingsbevelprocedure) għandhom jiġu ppreżentati quddiem il-Qorti Distrettwali ta’ The Hague (rechtbank Den Haag). 

Jekk rikors jintbagħat lil qorti li ma tkunx il-Qorti Distrettwali ta’ The Hague, l-imħallef jiċħad l-ġuriżdizzjoni u jirrinvija l-kawża? lill-Qorti Distrettwali ta’ The Hague. Ir-reġistratur ta’ din il-qorti jibgħat kopja tal-ordni u d-dokumenti relatati lir-reġistratur tal-Qorti Distrettwali tal-Aja.

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

L-Artikolu 9 tal-Liġi li Timplimenta tal-ordni ta' pagament Ewropea:

1. Fil-każ ta' Ordni ta' Ħlas Ewropea li jkun ġie dikjarat eżegwibbli fi ħdan it-tifsira tar-Regolament, il-konvenut jista' jippreżenta rikors għar-reviżjoni quddiem il-qorti li tkun ħarġet l-Ordni ta' Pagament Ewropea fuq il-bażi tar-raġunijiet stabbiliti mill-Artikolu (20)(1) u (2) tar-Regolament.

2. Ir-rikors għandu jsir:

a. fil-każ imsemmi fl-Artikolu 20(1)(a) tar-Regolament, mhux aktar minn erba' ġimgħat wara li l-konvenut ikun ġie mgħarraf bl-Ordni ta' Ħlas eżegwibbli.

b. fil-każ imsemmi fl-Artikolu 20(1)(b) tar-Regolament, mhux iktar minn erba' ġimgħat wara r-raġunijiet previsti fih ma jibqgħx japplikaw.

c. fil-każ imsemmi fl-Artikolu 20(2) tar-Regolament, mhux aktar minn erba' ġimgħat wara li l-konvenut ikun ġie mgħarraf bir-raġuni għar-reviżjoni msemmija fih.

3. Għal rikors li għandu jiġi preżentat għar-reviżjoni m’hemmx għalfejn avukat.

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

Skont id-dritt proċedurali ċivili Olandiż (l-Artikolu 33 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili), is-sottomissjoni elettronika tar-rikorsi għall-Ordni tal-Ħlas Ewropea hija permessa, sakemm dan ikun previst fir-regoli proċedurali tal-qorti. Fil-preżent l-ebda qorti ma tipprevedi għal din il-possibbiltà. Huma biss il-mezzi ta' sottomissjoni li ġejjin li huma possibbli:

- bil-posta

- b' sottomissjoni ppreżentata fil-qorti.

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

F’konformità mal-Artikolu 8(2) tal-Att dwar l-Implimentazzjoni tal-Ordni ta’ Ħlas Ewropea, l-unika lingwa aċċettata hija l-Olandiż. L-ordnijiet ta’ ħlas Ewropej jistgħu jiġu abbozzati bl-Olandiż jew jiġu tradotti għall-Olandiż.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna