Skip to main content

L-Ordni Ewropea tal-Ħlas

Franza
Franza
Flag of France

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

France
Proċeduri transfruntieri Ewropej - ordni ta' ħlas Ewropea
* input mandatarju

L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

Il-ġuriżdizzjoni għall-ħruġ ta’ ordnijiet ta’ ħlas Ewropej hija f’idejn l-awla għall-protezzjoni tal-adulti vulnerabbli (juge des contentieux de la protection), il-president tal-qorti ġenerali (tribunal judiciaire), il-qorti lokali (tribunal de proximité) u l-president tal-qorti kummerċjali (tribunal de commerce) fil-limiti tal-kompetenza tal-materji tagħhom.

Meta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġuriżdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali ma jirreferix għall-qrati jew tribunali bil-ġuriżdizzjoni territorjali, iżda għall-qrati ta’ Stat Membru, il-qorti kompetenti tkun dik tal-post tar-residenza tal-konvenut jew ta’ wieħed mill-konvenuti.

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

Ir-regoli li jirregolaw il-proċedura ta' rieżami f'każijiet eċċezzjonali, previsti fl-Artikolu 20 tar-Regolament, huma identiċi għal dawk applikabbli għall-proċedura ta' oppożizzjoni. It-talba għal finijiet ta' rieżami titressaq quddiem il-qorti li tkun ħarġet ordni ta' ħlas Ewropea.

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

It-talba għal ordni ta' ħlas Ewropea tista' tiġi indirizzata lill-Qorti permezz tal-posta jew bil-posta elettronika.

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

Il-lingwi aċċettati skond l-Artikolu 21(2)(b) huma: il-Franċiż, l-Ingliż; il-Ġermaniż; it-Taljan; l-Ispanjol.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna