Skip to main content

L-Ordni Ewropea tal-Ħlas

Informazzjoni nazzjonali u formoli online rigward ir-Regolament Nru 1896/2006

Informazzjoni ġenerali

Ir-Regolament tal-Kunsill 1896/2006 tat-12 ta' Diċembru 2006 li joħloq proċedura Ewropea għall-ordni ta’ pagament jippermetti li l-kredituri jirkupraw il-kwistjonijiet ċivili u kummerċjali mhux ikkontestati skont proċedura uniformi li taħdem b'formoli standard.

Ir-Regolament japplika bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea bl-eċċezzjoni tad-Danimarka.

Il-proċedura ma teħtieġx preżenza quddiem il-qorti. Dak li jagħmel it-talba jrid biss jibgħat l-applikazzjoni tiegħu, imbagħad kollox jimxi waħdu. M'hemmx bżonn ta' aktar formalitajiet jew intervent ieħor min-naħa ta' min jagħmel it-talba.

Ir-Regolament jipprovdi seba' formoli standard.

Ma tafx jekk l-ordni tal-ħlas Ewropea jew il-proċedura Ewropea għal talbiet żgħar tistax tintuża għat-talba tiegħek? Uża l-wizard disponibbli fuq il-paġna Formoli online biex jgħinek tiddeċiedi.

Il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika jipprovdik b'informazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament u b'għodda faċli li tintuża biex timla l-formoli.

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.

Ħoloq relatati

Gwida ta' Prattika għall-app likazzjoni tar-Regolament dwar l-Ordni ta’ Ħlas Ewropea   (5806 Kb) 

Is-sit web ARKIVJAT tal-ATLAS Ġudizzjarju Ewropew (magħluq fit-30 ta' Settembru 2017)

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

European cross-border procedures - European payment order
* mandatory input
Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna