L-Artikolu 10 – Informazzjoni dwar il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti
Qorti kompetenti
Ftehim imsemmi f’dan il-Kapitolu jista’ jiġi infurzabbli fil-Qorti Distrettwali li taħt il-ġurisdizzjoni tagħha jkollha d-domiċilju jew ir-residenza permanenti waħda mill-partijiet għall-ftehim. Jekk l-ebda waħda mill-partijiet ma jkollha domiċilju jew residenza permanenti fil-Finlandja, il-Qorti Distrettwali ta’ Ħelsinki għandha tkun il-qorti kompetenti. Informazzjoni dwar il-qrati distrettwali kompetenti hija disponibbli elettronikament minn http://www.oikeus.fi/tuomioistuimet/en/index/yhteystiedot.html, websajt li tinżamm aġġornata mill-Ministeru tal-Ġustizzja