L-Artikolu 10 – Informazzjoni dwar il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti
L-awtoritajiet kompetenti biex jinfurzaw ftehimiet li jirriżultaw mill-medjazzjoni huma dawk li jkollhom ġuriżdizzjoni ratione materiae biex jisimgħu t-tilwima.
Meta l-medjazzjoni tiġi pprovduta minn nutar li jaġixxi bħala medjatur, il-ftehim li jirriżulta jista’ jieħu l-forma ta’ att notarili. Dan l-att notarili, li għandu titolu eżekuttiv, jikkostitwixxi titolu eżekuttiv bl-istess termini bħal sentenza tal-qorti.