L-Artikolu 10 – Informazzjoni dwar il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti
Il-qrati kompetenti fi Spanja għandhom ikunu l-qorti li tkun approvat il-ftehim, f’każijiet ta’ infurzar ta’ ftehimiet li jirriżultaw minn proċedura ta’ medjazzjoni li nbdiet filwaqt li kienet għaddejja kawża, u l-Qrati tal-Prim’Istanza, fil-post fejn kien iffirmat il-ftehim ta’ medjazzjoni f’każijiet ta’ ftehimiet li ġew konklużi wara proċedura ta’ medjazzjoni.