L-Artikolu 10 – Informazzjoni dwar il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti
L-informazzjoni li ġejja hija provduta skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2008 dwar ċerti aspetti ta' medjazzjoni f'materji ċivili u kummerċjali.
Sabiex jinkiseb titolu enforzabbli ta' ftehim bil-miktub li ntlaħaq waqt proċedura ta’ medjazzjoni, il-partijiet għal din il-proċedura jistgħu jmorru għand nutar (Notar), fejn jistgħu jew jikkonkludu l-ftehim direttament quddiem in-nutar jew il-ftehim bil-miktub eżistenti jagħmluh strument awtentiku billi n-nutar japprovah formalment skont § 54 tal-Kodiċi ta’ Responsabbiltà tan-Nutara Pubbliċi (Notariatsordnung). Il-partijiet jistgħu anki jikkonkludu ftehim quddiem kwalunkwe qorti distrettwali (Bezirksgericht) dwar il-kontenut ta’ ftehim bil-miktub li jkun intlaħaq waqt proċess ta’ medjazzjoni fir-rigward ta’ kawża ċivili.