Skip to main content

Abbażi ta’ ftehim reċiproku mar-Renju Unit, il-Portal tal-Ġustizzja Elettronika se jżomm l-informazzjoni rilevanti relatata mar-Renju Unit fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, sa tmiem l-2026.

Medjazzjoni

Skozja
Skozja
Flag of Scotland

L-Artikolu 10 – Informazzjoni dwar il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti

Ir-Regolamenti tal-Medjazzjoni Transfruntiera (l-Iskozja) tal-2011 jimplimentaw id-Direttiva 2008/52/KE dwar ċerti aspetti ta' medjazzjoni f'materji ċivili u kummerċjali.  Din id-Direttiva tippermetti li l-ftehimiet ta' medjazzjoni jsiru eżekutorji fl-Istati Membri.  Ir-Regolamenti tal-Iskozja japplikaw għal tilwim "transfruntier" (jiġifieri meta mill-anqas parti waħda f'tilwima tkun domiċiljata jew abitwalment residenti fi Stat Membru li ma jkunx dak tal-parti l-oħra) għar-rigward ta' ċerti materji ċivili jew kummerċjali.

Jekk tkun tixtieq tinforza l-kontenut ta' xi ftehim ta' medjazzjoni fl-Iskozja, trid issegwi wieħed minn dawn il-proċeduri:

  • Tista' tapplika għand il-Qorti ta' Sessjoni (Court of Session), jew quddiem Qorti tax-Sheriff (Sheriff Court) biex titlob lill-Qorti "tinterponi" l-awtorità tagħha għall-ftehim ta' medjazzjoni.  Dan jittrasforma l-ftehim f'ordni tal-qorti.
  • Bħala alternattiva, jistgħu jiġu rreġistrati ftehimiet bil-miktub li huma prova tagħhom infushom, biex jiġu eżegwiti fil-Kotba tal-Kunsill u s-Sessjoni jew fil-Kotba tal-Qorti tax-Sheriff.  Sabiex tirreġistra l-ftehim fil-Kotba tal-Kunsill u s-Sessjoni, għandek tapplika għand id-Detentur tar-Reġistri fl-Iskozja (Keeper of the Registers).  Hawnhekk tista' ssib informazzjoni dwar il-Kotba tal-Kunsill u s-Sessjoni. Meta jiġi rreġistrat ftehim biex jiġi eżegwit, id-dokument jiġi strument awtentiku.

Il-ftehimiet li jkunu ġew approvati mill-Qorti jew irreġistrati minn kull wieħed mill-metodi spjegati hawn fuq jistgħu jkunu eżekutorji fi Stati Membri oħra tal-UE.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna