L-Artikolu 10 – Informazzjoni dwar il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti
Jekk tixtieq teżegwixxi l-kontenut ta' ftehim ta' medjazzjoni fl-Irlanda ta' Fuq, għandek tressaq rikors biex tagħmel dan skont il-proċeduri kif stabbilit:
• Jekk għadek ma tajtx bidu għal proċedimenti fil-qorti, għandek tressaq rikors biex il-ftehim ta' medjazzjoni jsir eżekutorju jew fil-Qorti Superjuri (High Court) jew f'xi waħda mill-qrati l-oħra (ara l-indirizz tal-internet provdut).
• Madanakollu, jekk diġà għandek proċedimenti pendenti quddiem qorti fl-Irlanda ta' Fuq, għandek tressaq rikors biex il-ftehim ta' medjazzjoni jsir eżekutorju fil-qorti fejn il-każ tiegħek huwa diġà skedat biex jinstema'.
Lista tal-qrati tinsab fis-servizz Qrati u Tribunali