L-Artikolu 10 – Informazzjoni dwar il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti
L-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 6.3: il-qrati distrettwali (tingsrätterna). Liema qorti distrettwali hija kompetenti jiddependi fuq fejn jiġi konkluż il-ftehim ta' medjazzjoni. Jekk ma jkunx hemm qorti kompetenti skont din ir-regola, pereżempju meta l-ftehim jiġi konkluż barra l-Isvezja, il-qorti distrettwali ta' Värmland hija kompetenti. Rikors għal dikjarazzjoni ta' eżekuzzjoni għandu jsir lill-qorti distrettwali li jkollha ġurisdizzjoni fuq iż-żona fejn wieħed mill-partijiet ikollu residenza abitwali.
Jekk l-ebda waħda mill-partijiet ma jkollha residenza abitwali fl-Isvezja, il-Qorti Distrettwali ta' Värmland għandu jkollha l-ġurisidzzjoni.
Värmlands tingsrätt
Indirizz postali: Box 188 SE-651 05 Karlstad
Tel: + 46 (0)54 14 84 00
Email: varmlands.tingsratt@dom.se