Skip to main content

Medjazzjoni

Malta
Malta
Flag of Malta

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Mediation
* mandatory input

L-Artikolu 10 – Informazzjoni dwar il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti

Skond il-Kapitolu 474 tal-Liġijiet ta' Malta, l-Att dwar il-Medjazzjoni, il-partijiet jew waħda minnhom bil-kunsens espliċitu tal-parti l-oħra jistgħu jitolbu li l-kontenut ta' ftehim bil-miktub li jirriżulta minn medjazzjoni jsir eżegwibbli bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta' Malta - il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.  Il-kontenut tal-ftehim għandu jkun eżegwibbli sakemm, f'dak il-każ in kwistjoni, il-kontenut ma jkunx kontra l-liġi nazzjonali.  Il-kontenut tal-ftehim jista' jiġi infurzat minn qorti jew awtorita' oħra kompetenti permezz ta' sentenza jew deċiżjoni jew strument awtentiku skont il-liġi ta' l-Istat Membru fejn issir it-talba.  Dwar il-kompetenza tad-diversi qrati, wieħed għandu jirreferi għall-Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta' Malta.  Dwar l-Awtorita' kompetenti, din hi Ċentru ta' Medjazzjoni għal Malta, Palazzo Laparelli, South Street, Valletta, VLT1100, Malta

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna