L-Artikolu 10 – Informazzjoni dwar il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti
L-awtoritajiet kompetenti biex jirċievu talbiet skont l-Artikolu 6(1) u (2) tad-Direttiva huma l-qrati distrettwali.
Skont l-Artikolu 18 tal-Att dwar il-Medjazzjoni, soluzzjoni f’tilwima legali li ntlaħqet f’medjazzjoni għandha s-setgħa ta’ soluzzjoni bil-qorti, u hija soġġetta għall-approvazzjoni mill-qrati distrettwali. Il-qorti tapprova s-soluzzjoni wara li din tiġi kkonfermata mill-partijiet, sakemm ma tmurx kontra l-Att jew il-prinċipji aċċettati tal-moralità.