L-Artikolu 10 – Informazzjoni dwar il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti
Fir-Repubblika Ċeka, l-awtoritajiet li għandhom il-kompetenza sabiex jirċievu talbiet skont l-Artikolu 6(1) u (2) tad-Direttiva huma:
- il-qrati distrettwali kollha għal kwistjonijiet li għalihom għandhom ġurisdizzjoni ratione materiae skont il-liġi proċedurali nazzjonali;
- il-qrati reġjonali kollha għal kwistjonijiet li għalihom għandhom ġurisdizzjoni ratione materiae skont il-liġi proċedurali nazzjonali;
- in- nutara kollha.