Skip to main content

Titolu eżekuttiv ewropew

Polonja
Polonja
Flag of Poland

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Poland
Ir-Rikonoxximent u l-Infurzar ta' Sentenzi fi Kwistjonijiet Ċivili u Kummerċjali - Ordni ta' Infurzar Ewropew
* input mandatarju

1. Proċeduri għall-korrezzjoni u l-irtirar (Art. 10(2))

Proċeduri għar-rettifika: rettifika konformi mal-Artikolu 350 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, meta jinqara flimkien mal-Artikolu 361 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

L-Artikolu 350(1). Il-qorti tista’ tirrettifika ex officio kull ineżattezza, żball klerikali jew ta’ kalkolu, jew kull żball manifest ieħor fis-sentenza.

2. Għandha ssir nota dwar ir-rettifika fis-sentenza oriġinali, u, wara talba mill-partijiet, fuq l-estratti mogħtija lill-partijiet ukoll. Kull kopja u estratt sussegwenti għandu jqis id-deċiżjoni tar-rettifika.

3. Jekk il-każ ikun pendenti quddiem qorti tas-sekond’istanza, din il-qorti tista’ tirrettifika wkoll sentenza tal-prim’istanza ex officio.

Proċedura ta’ rtirar konformi mal-Artikolu 795(4) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

L-Artikolu 795(4)(1). Jekk jirriżulta li hemm raġunijiet għall-irtirar ta’ ċertifikat ta’ Ordni Ewropew ta’ Infurzar skont ir-Regolament (KE) Nru 805/2004, il-qorti li ħarġet iċ-ċertifikat għandha tirtirah wara rikors mid-debitur.

2. It-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien xahar minn meta d-debitur jirċievi d-deċiżjoni li jinħareġ iċ-ċertifikat.

3. Jekk ir-rikors ma jiġix abbozzat bl-użu tal-formola speċifikata fir-Regolament (KE) Nru 805/2004, jenħtieġ li din tissodisfa r-rekwiżiti ta’ nota bil-miktub u tiddikjara r-raġunijiet għar-rikors.

4. Qabel ma tirtira d-deċiżjoni, il-qorti għandha tisma’ lill-kreditur.

5. Id-deċiżjonijiet dwar l-irtirar ta’ ċertifikat ta’ Ordni Ewropew ta’ Infurzar huma suġġetti għal appell.”

It-talbiet għall-irtirar ta’ċertifikat ta’ Ordni Ewropew ta’ Infurzar huma suġġetti għall-ħlas ta’ PLN 50.

L-Artikolu 361. Id-dispożizzjonijiet dwar is-sentenzi għandhom japplikaw mutatis mutandis għad-deċiżjonijiet, sakemm il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili ma jistipulax mod ieħor.

L-Artikolu 13(2). Id-dispożizzjonijiet dwar il-proċedimenti kontenzjużi għandhom japplikaw mutatis mutandis, għal tipi oħra ta' proċedimenti rregolati mill-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor.

Iċ-ċertifikati tal-Ordni Ewropew ta’ Infurzar jinħarġu fil-forma ta’ deċiżjoni ġudizzjarja, f’konformità mal-proċeduri stipulati fl-Artikolu 795(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

2. Proċeduri għar-reviżjoni (Art.19 (1))

Proċeduri ta' rieżami: estensjoni għat-terminu biex jiġi ppreżentat appell f’konformità mal-Artikoli 168-172 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

L-Artikolu 168(1). Jekk il-parti jkun skadielha t-terminu preskrittiv biex twettaq att proċedurali mingħajr ma jkollha ħtija, il-qorti tordna li t-terminu jerġa’ jibda jiddekorri fuq talba tal-istess parti. Din id-deċiżjoni tista’ ttieħed f’seduta bil-magħluq.

2. Ma tistax tintlaqa’ talba biex jerġa’ jibda jiddekorri terminu preskrittiv, jekk in-nuqqas ta’ azzjoni sal-iskadenza ta’ dak it-terminu ma jkollha l-ebda konsegwenza proċedurali negattiva għall-parti.

L-Artikolu 169(1). Sottomissjoni li permezz tagħha ssir talba biex jerġa’ jibda jiddekorri t-terminu preskrittiv għandha tiġi ppreżentata lill-qorti li quddiemha kellu jitwettaq l-att sa mhux aktar tard minn ġimgħa wara li r-raġuni għan-nuqqas ta’ azzjoni sal-iskadenza tat-terminu preskrittiv tieqaf tapplika.

L-Artikolu 169(2). Iċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw it-talba għandhom ikunu ssostanzjati fis-sottomissjoni.

L-Artikolu 169(3). Il-parti għandha twettaq l-att proċedurali fl-istess ħin li tippreżenta r-rikors.

L-Artikolu 169(4). Wara sena mill-iskadenza tat-terminu preskrittiv, dan jista’ jerġa’ jibda jiddekorri biss f’każijiet eċċezzjonali.

L-Artikolu 172. Il-fatt li tiġi ppreżentata talba biex jerġa’ jibda jiddekorri terminu preskrittiv ma jikkawżax is-sospensjoni tal-proċedimenti jew tal-eżekuzzjoni tas-sentenza. Madankollu l-qorti tista’, skont iċ-ċirkostanzi, twaqqaf il-proċedimenti jew tissospendi l-eżekuzzjoni tas-sentenza. Jekk ir-rikors jintlaqa’, il-qorti tista’ tipproċedi minnufih biex tisma’ l-kawża.”

3. Lingwi aċċettati (Art. 20(2)(c))

Il-lingwi aċċettati skont l-Artikolu 20(2)(c) tar-Regolament: il-Pollakk.

4. Awtoritajiet nominati biex jiċċertifikaw id-dokumenti awtentiċi (Art. 25)

L-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 25 tar-Regolament: il-qrati distrettwali (sądy rejonowe); il-qorti kompetenti hija l-qorti distrettwali li l-istrument awtentiku kien imfassal fil-ġuriżdizzjoni tagħha.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna