Skip to main content

Titolu eżekuttiv ewropew

Awstrija
Awstrija
Flag of Austria

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Austria
Ir-Rikonoxximent u l-Infurzar ta' Sentenzi fi Kwistjonijiet Ċivili u Kummerċjali - Ordni ta' Infurzar Ewropew
* input mandatarju

1. Proċeduri għall-korrezzjoni u l-irtirar (Art. 10(2))

- Fil-każ ta’ sentenzi tal-qorti u soluzzjonijiet bil-qorti u l-arranġamenti relatati mal-obbligi ta’ manteniment kif imsemmija fl-Artikolu 4(3)(b): rikors għall-irtirar jew għar-rettifika taċ-ċertifikazzjoni billi Ordni Ewropew ta’ Infurzar irid ikun ippreżentat lill-qorti jew lill-awtorità amministrattiva li tkun provdiet iċ-ċertifikat (l-Artikolu 419(1) u (2) tal-Kodiċi ta’ Eżekuzzjoni tal-Awstrija (Exekutionsordnung)).

- Fil-każ ta’ strumenti awtentiċi eżekutorji (Notariatsakte): rikors għal rettifika jrid isir lin-nutar li jkun fassal l-istrument awtentiku jew, jekk dan ma jkunx possibbli, lill-uffiċjal responsabbli skont l-Artikoli 119 u 146 tal-Kodiċi tan-Nutara tal-Awstrija (Notariatsordnung). Is-setgħa ta’ rtirar taċ-ċertifikazzjoni mogħtija min-nutar hija tal-qorti li jkollha ġurisdizzjoni skont il-liġi proċedurali li tiddeċiedi dwar ir-rikorsi ta’ kontestazzjoni tal-eżegwibilità ta’ strument awtentiku (l-Artikolu 419(3) tal-Kodiċi ta’ Eżekuzzjoni).

2. Proċeduri għar-reviżjoni (Art.19 (1))

- Fil-każijiet li fihom l-att ġie nnotifikat kif suppost: rikors għal liberazzjoni (Antrag auf Wiedereinsetzung in den vorigen Stand) mill-effetti ta’ skadenza mhux irrispettata għall-ikkontestar tat-talba jew ta’ nuqqas ta’ attendenza għal smigħ.

- Fil-każijiet li fihom l-att ma ġiex innotifikat kif suppost: fil-każ ta’ deċiżjonijiet soġġetti għal proċedura bi stadju wieħed, bħal ordni ta’ ħlas (Zahlungsbefehl) jew ordni ta’ ħlas ta’ kambjala (Wechselzahlungsauftrag), rikors għal tiġdid tan-notifika (Antrag auf neuerliche Zustellung); fil-każ ta’ sentenza mogħtija f’kontumaċja, appell komplut (Berufung); u fil-każ ta’ deċiżjonijiet oħra bbażati fuq sentenza mogħtija f’kontumaċja, appell dwar punt tal-liġi (Rekurs).

3. Lingwi aċċettati (Art. 20(2)(c))

Il-lingwa aċċettata skont l-Artikolu 20(2)(c) hija l-Ġermaniż.

Minbarra l-lingwa uffiċjali (il-Ġermaniż), kwalunkwe persuna tista’ tuża l-Ungeriż quddiem il-qrati distrettwali (Bezirksgerichten) ta’ Oberpullendorf u Oberwart, is-Sloven quddiem il-qrati distrettwali ta’ Ferlach, Eisenkappel u Bleiburg, u l-Kroat quddiem il-qrati distrettwali ta’ Eisenstadt, Güssing, Mattersburg, Neusiedl am See, Oberpullendorf u Oberwart.

4. Awtoritajiet nominati biex jiċċertifikaw id-dokumenti awtentiċi (Art. 25)

-     Fil-każ ta’ arranġamenti ta’ manteniment tat-tip imsemmija fl-Artikolu 4(3)(b): l-awtorità amministrattiva li magħha ġie konkluż l-arranġament.

-     Fil-każ ta’ strumenti awtentiċi eżekutorji: in-nutar li jkun fassal l-istrument awtentiku jew, jekk dan ma jkunx possibbli, l-uffiċjal responsabbli skont l-Artikoli 119 u 146 tal-Kodiċi tan-Nutara tal-Awstrija. Lista kompluta ta’ nutara tinsab fis-sit tal-Kamra tan-Nutara tal-Awstrija (Österreichische Notariatskammer) fl-indirizz segwenti: http://www.notar.at/.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna