Skip to main content

Għajnuna legali

Il-Kroazja
Il-Kroazja
Flag of Croatia

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Croatia
Assistenza Legali
* input mandatarju

L-Artikolu 14(2), l-ewwel inċiż – Ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti riċeventi jew trażmittenti

L-awtorità kompetenti li tittrażmetti u tirċievi r-rikorsi fir-Repubblika tal-Kroazja hija:

il-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Amministrazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (Ministarstvo pravosuđa i uprave Republike Hrvatske)

Ulica grada Vukovara 49

Tel.: +385 1 371 40 00

Fax: +385 1 371 45 07

Sit web: https://mpu.gov.hr/

L-Artikolu 14(2), it-tieni inċiż – Iż-żona ġeografika ta' ġuriżdizzjoni tal-awtoritajiet riċeventi u trażmittenti

Il-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Amministrazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja huwa l-awtorità kompetenti għar-Repubblika tal-Kroazja kollha.

L-Artikolu 14(2), it-tielet inċiż – Metodi disponibbli biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet

Ir-rikorsi huma aċċettati bil-posta fir-Repubblika tal-Kroazja.

L-Artikolu 14(2), ir-rabà inċiż – Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-applikazzjoni

Jekk parti domiċiljata jew residenti fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea tfittex l-għajnuna legali f’tilwima transfruntiera quddiem qorti fir-Repubblika tal-Kroazja, il-formoli u d-dokumenti relevanti għandhom jiġu ppreżentati tradotti fil-Kroat. Jekk parti domiċiljata jew residenti fir-Repubblika tal-Kroazja tfittex għajnuna legali f’tilwima transfruntiera quddiem qorti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, il-formola tar-rikors u d-dokumenti ta’ akkumpanjament jiġu tradotti mill-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Amministrazzjoni fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru rilevanti tal-Unjoni Ewropea u tal-awtorità riċeventi kompetenti.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna