L-Olanda implimentat id-Direttiva tal-KE fl-Att dwar l-Għajnuna Legali li diġà jeżisti. Dan sar bl-Att tad-19 ta’ Frar, 2005 (Stb. 2005,90), li daħal fis-seħħ fit-2 ta’ Marzu, 2005. Minn dakinhar, żewġ artikoli ġodda 23a – 23k jipprovdu għal għajnuna legali f’każijiet Ewropej li fihom il-partijiet huma minn pajjiżi differenti. Naturalment dan diġà kien jista’ jsir aktar qabel, mill-mument li fih id-Direttiva kellha tibda’ tiġi implimentata fis-sistema legali Olandiża: it-30 ta’ Novembru, 2004. (Ingliż
(28 Kb)
) (Olandiż
(211 Kb)
)
L-Artikolu 14(2), l-ewwel inċiż – Ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti riċeventi jew trażmittenti
L-Artikolu 14(2), it-tieni inċiż – Iż-żona ġeografika ta' ġuriżdizzjoni tal-awtoritajiet riċeventi u trażmittenti
Il-Bord tal-Għajnuna Legali (Raad voor Rechtsbijstand) huwa kemm l-awtorità mittenti kif ukoll dik riċeventi.
L-Artikolu 14(2), it-tielet inċiż – Metodi disponibbli biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet
L-applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu bil-posta elettronika jew bil-posta. L-indirizz postali tal-Bord tal-Għajnuna Legali huwa:
Raad voor Rechtsbijstand
Postbus 70503
5201 CD Den Bosch
NETHERLANDS
L-Artikolu 14(2), ir-rabà inċiż – Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-applikazzjoni
L-applikazzjonijiet iridu jiġu ppreżentati bl-Olandiż, bl-Ingliż, bil-Ġermaniż jew bil-Franċiż.