Skip to main content

Għajnuna legali

Latvja
Latvja
Flag of Latvia

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Latvia
Assistenza Legali
* input mandatarju

L-Artikolu 14(2), l-ewwel inċiż – Ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti riċeventi jew trażmittenti

Isem: Amministrazzjoni tal-Qrati [Tiesu administrācija]

Indirizz: Antonijas iela 6, Riga

Kodiċi postali: LV-1010

Pajjiż: Il-Latvja

Nru tat-telefown: +371 80001801

Posta elettronika: pasts@ta.gov.lv

Paġna ewlenija: https://www.ta.gov.lv/

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.

Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 14(2), it-tieni inċiż – Iż-żona ġeografika ta' ġuriżdizzjoni tal-awtoritajiet riċeventi u trażmittenti

Il-ġuriżdizzjoni territorjali tal-amministrazzjoni riċeventi u trażmittenti, jiġifieri l-Amministrazzjoni tal-Qorti [Tiesu administrācija], hija r-Repubblika tal-Latvja.

L-Artikolu 14(2), it-tielet inċiż – Metodi disponibbli biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet għall-għajnuna legali ffinanzjata mill-Istat iridu jintbagħtu lill-awtorità kompetenti bil-posta (indirizzati lil Tiesu administrācija, Antonijas iela 6, Riga LV-1010, Latvia) jew bil-posta elettronika fl-indirizz uffiċjali tal-awtorità pasts@ta.gov.lv. F’każ li jintbagħtu bil-posta elettronika, l-applikazzjonijiet iridu jkunu ġew iffirmati elettronikament.

L-Artikolu 14(2), ir-rabà inċiż – Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-applikazzjoni

Il-formoli tal-applikazzjonijiet jistgħu jimtlew bl-Ingliż kif ukoll bil-Latvjan.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna