L-Artikolu 14(2), l-ewwel inċiż – Ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti riċeventi jew trażmittenti
L-Artikolu 14(2), it-tieni inċiż – Iż-żona ġeografika ta' ġuriżdizzjoni tal-awtoritajiet riċeventi u trażmittenti
Is-Servizz tal-Għajnuna Legali ggarantita mill-Istat, bħala l-awtorità kompetenti biex tibgħat u tirċievi, teżerċita l-kompetenza tagħha fit-territorju kollu tar-Repubblika tal-Litwanja.
L-Artikolu 14(2), it-tielet inċiż – Metodi disponibbli biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet
Il-metodi kollha permessi (posta, faks, mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi).
L-Artikolu 14(2), ir-rabà inċiż – Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-applikazzjoni
Ta’ min jinnota li t-talbiet u d-dokumenti tal-għajnuna legali li jiċċertifikaw id-dritt li persuna tirċievi għajnuna legali ggarantita mill-Istat, li jiġu ppreżentati lill-istituzzjoni riċeventi, iridu jkun tradotti għal-Litwan jew għall-Ingliż.