L-Artikolu 14(2), l-ewwel inċiż – Ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti riċeventi jew trażmittenti
L-awtorità responsabbli għat-trażmissjoni ta’ talbiet għal għajnuna legali rigward proċedimenti fi Stat Membru ieħor hija l-qorti distrettwali Awstrijaka li fit-territorju tagħha jkun residenti min jagħmel it-talba. Jekk min jagħmel it-talba jkollu rappreżentant legali, il-qorti distrettwali li fit-territorju tagħha jkun residenti r-rappreżentant legali tkun kompetenti wkoll.
L-aġenzija riċeventi għal talba għal għajnuna legali trażmessa minn Stat Membru ieħor hija l-qorti Awstrijaka li l-proċedimenti li t-talba tirreferi għalihom huma jew kienu pendenti quddiemha fil-prim’istanza. Jekk il-proċedimenti jkunu għadhom mhumiex pendenti fl-Awstrija, l-aġenzija riċeventi tkun il-qorti distrettwali li l-intimat ikun domiċiljat jew ikollu r-residenza abitwali tiegħu fit-territorju tagħha, jew il-Qorti Distrettwali tal-Belt Interna ta’ Vjenna (Bezirksgericht Innere Stadt Wien).
L-Artikolu 14(2), it-tielet inċiż – Metodi disponibbli biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet
Il-mezzi ta’ komunikazzjoni li għandhom dawn l-awtoritajiet biex jilqgħu it-talbiet:
Posta u Fax.
L-Artikolu 14(2), ir-rabà inċiż – Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-applikazzjoni
Il-lingwi li bihom tista’ timtela l-formula:
Bil-Ġermaniż jew bl-Ingliż.