Regola nazzjonali: L-Att dwar l-Għajnuna Legali
L-Att Nru 327/2005 dwar l-għoti ta’ għajnuna legali lil persuni fi bżonn materjali u li jemenda l-Att Nru 586/2003 dwar il-professjoni legali u li jemenda l-Att Nru 455/1991 dwar l-attività kummerċjali (l-Att dwar in-Negozju), kif emendat bl-Att Nru 8/2005, li ilu fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2006.
L-Artikolu 14(2), l-ewwel inċiż – Ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti riċeventi jew trażmittenti
L-awtorità kompetenti li tirċievi u tittrażmetti hija ċ-Ċentru tal-Għajnuna Legali. Iċ-Ċentru tal-Għajnuna Legali għandu l-uffiċċji li ġejjin madwar is-Slovakkja:
Iċ-Ċentru tal-Għajnuna Legali
L-Uffiċċju ta’ Bratislava
Distretti koperti mill-uffiċċju:
Bratislava I, Bratislava II, Bratislava III, Bratislava IV, Bratislava V, Malacky, Pezinok, Senec u Galanta
Iċ-Ċentru tal-Għajnuna Legali
Distretti koperti mill-uffiċċju:
Trnava, Senica, Skalica, Hlohovec u Piešto any
Iċ-Ċentru tal-Għajnuna Legali
Uffiċċju ta’ Trenčín
Distretti koperti mill-uffiċċju:
Trenčín, Nové mesto nad Váhom, Myjava, Ilava u Bánovce nad Bebravou,
Iċ-Ċentru tal-Għajnuna Legali
Uffiċċju ta’ Nitra
Distretti koperti mill-uffiċċju:
Nitra, Topoto čany, Zlaté Moravce, Levice u Šaľa
Iċ-Ċentru tal-Għajnuna Legali
Distretti koperti mill-uffiċċju:
Komárno, Nové Zámky u Dunajská Streda
Iċ-Ċentru tal-Għajnuna Legali
L-Uffiċċju ta’ Banská Bystrica
Distretti koperti mill-uffiċċju:
Banská Bystrica, Zvolen, Detva, Brezno, Krupina u Veľký Krtíš
Iċ-Ċentru tal-Għajnuna Legali
L-Uffiċċju ta’ Žiar nad Hronom Office
Distretti koperti mill-uffiċċju:
Žiar nad Hronom, Žarnovica, Partizánske, Prievidza u Banská Štiavnica,
Iċ-Ċentru tal-Għajnuna Legali
L-Uffiċċju ta’ Rimavská Sobota
Distretti koperti mill-uffiċċju:
Rimavská Sobota, Lučenec, Poltár u Revúca
Iċ-Ċentru tal-Għajnuna Legali
L-Uffiċċju ta’ Žilina
Distretti koperti mill-uffiċċju:
Žilina, Považská Bystrica, Bytča, Čadca, Kysucké Nové Mesto, Turčianske Teplice, Martin u Púchov
Iċ-Ċentru tal-Għajnuna Legali
L-Uffiċċju ta’ Liptovský Mikuláš
Distretti koperti mill-uffiċċju:
Liptovský Mikuláš, Ružomberok u Poprad
Iċ-Ċentru tal-Għajnuna Legali
L-Uffiċċju ta’ Tvrdošín
Distretti koperti mill-uffiċċju:
Tvrdošín, Dolný Kubín u Námestovo
Iċ-Ċentru tal-Għajnuna Legali
L-Uffiċċju ta’ Košice
Distretti koperti mill-uffiċċju:
Košice I, Košice II, Košice III, Košice IV, Košice okolie, Rožňava, Gelnica, Spišská Nová Ves u Trebišov
Iċ-Ċentru tal-Għajnuna Legali
L-Uffiċċju ta’ Prešov
Distretti koperti mill-uffiċċju:
Prešov, Stará Ľubovňa, Levoča, Sabinov u Kežmarok
Iċ-Ċentru tal-Għajnuna Legali
L-Uffiċċju ta’ Svidník
Distretti koperti mill-uffiċċju:
Svidník, Bardejov, Stropkov u Medzilaborce
Iċ-Ċentru tal-Għajnuna Legali
L-Uffiċċju ta’ Humenné
Distretti koperti mill-uffiċċju:
Humenné, Snina, Vranov nad Topľou, Michalovce u Sobrance
Minbarra l-uffiċċji tiegħu, iċ-Ċentru tal-Għajnuna Legali għandu wkoll ċentri ta’ konsultazzjoni li jipprovdu pariri dwar jiem stabbiliti minn qabel.
L-Artikolu 14(2), it-tieni inċiż – Iż-żona ġeografika ta' ġuriżdizzjoni tal-awtoritajiet riċeventi u trażmittenti
Iċ-Ċentru tal-Għajnuna Legali huwa l-awtorità kompetenti għas-Slovakkja kollha. Bħala regola, iċ-Ċentru jipprovdi s-servizzi tiegħu permezz tal-uffiċċji tiegħu.
Ġuriżdizzjoni territorjali tal-awtoritajiet li jittrasferixxu:
Ir-rikorsi għall-għajnuna legali li għandhom jiġu ttrasferiti lejn Stat Membru ieħor iridu jiġu ppreżentati lill-uffiċċju taċ-Ċentru tal-Għajnuna Legali responsabbli għall-post ta’ residenza permanenti jew temporanju tar-rikorrent.
Ġuriżdizzjoni territorjali tal-awtoritajiet riċeventi:
Ir-rikorsi għall-għajnuna legali jistgħu jiġu ppreżentati direttament lill-uffiċċju taċ-Ċentru tal-Għajnuna Legali responsabbli għall-post fejn il-kawża għandha tinbeda jew tkun għaddejja jew, jekk ir-rikors jikkonċerna għajnuna legali fi proċedimenti ta’ eżekuzzjoni, il-post tal-eżekuzzjoni.
L-Artikolu 14(2), it-tielet inċiż – Metodi disponibbli biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet
Ir-rikorsi jridu jsiru bil-miktub fuq il-formola preskritta, li għandha tiġi ppreżentata personalment jew bil-posta.
L-Artikolu 14(2), ir-rabà inċiż – Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-applikazzjoni
Ir-rikorsi ppreżentati liċ-Ċentru tal-Għajnuna Legali jridu jkunu bis-Slovakk, iżda r-rikorsi biċ-Ċek huma aċċettati wkoll.
Jekk jiġi ttrasferit lejn Stat Membru ieħor ikkonċernat, ir-rikors bis-Slovakk u kwalunkwe dokument li jakkumpanjah iridu jiġu tradotti f’lingwa uffiċjali ta’ dak l-Istat Membru.