L-Artikolu 14(2), it-tieni inċiż – Iż-żona ġeografika ta' ġuriżdizzjoni tal-awtoritajiet riċeventi u trażmittenti
Is-Servizz Pubbliku Federali tal-Ġustizzja għandu ġuriżdizzjoni territorjali fir-Renju kollu.
L-Artikolu 14(2), it-tielet inċiż – Metodi disponibbli biex jiġu rċevuti l-applikazzjonijiet
Sew l-uffiċċji ta’ l-għajnuna legali u sew is-Servizz Pubbliku Federali tal-Ġustizzja jistgħu jirċievu applikazzjonijiet bil-posta.
L-Artikolu 14(2), ir-rabà inċiż – Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-applikazzjoni
Is-Servizz Pubbliku Federali tal-Ġustizzja jista’ jaċċetta applikazzjonijiet bl-Olandiż, il-Franċiż u l-Ġermaniż. Applikazzjonijiet f’lingwi oħra ma jkunux aċċettati.