Skip to main content

Dwar in-Networks

Flag of Portugal
Portugall
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
(in civil and commercial matters)

Teħtieġ għajnuna b’każ transfruntiera?

Ara l-fuljett tal-informazzjoni: verżjoni bil-Portugiżverżjoni bl-Ingliż 

 

Punt ta’ Kuntatt

Il-Portugall ħatar punt ta’ kuntatt għat-taqsima NĠE-ċivili (in-Network Ġudizzjarju Ewropew fl-oqsma ċivili u kummerċjali). Il-punt ta’ kuntatt huma mħallef maħtur mill-Kunsill Suprem tal-Ġudikatura (Conselho Superior da Magistratura) permezz ta’ proċedura tal-għażla kompetittiva (concurso).

Network Nazzjonali

Dawn li ġejjin huma parti min-network nazzjonali: l-awtoritajiet ċentrali kif speċifikati fl-istrumenti legali tal-UE, fi strumenti legali internazzjonali oħrajn li għalihom huwa parti l-Portugall jew f’dispożizzjonijiet legali nazzjonali fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fl-oqsma ċivili u kummerċjali; l-awtoritajiet amministrattivi b’responsabbiltajiet fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fl-oqsma ċivili u kummerċjali; u l-assoċjazzjonijiet professjonali li jirrappreżentaw lill-prattikanti legali involuti direttament fl-applikazzjoni tal-istrumenti internazzjonali u tal-UE marbuta mal-kooperazzjoni ġudizzjarja fl-oqsma ċivili u kummerċjali.

In-network nazzjonali ma għandux imħallfin jew esperti ta’ kollegament fost il-membri tiegħu.

Membri Nazzjonali tan-Network

Minbarra l-punt ta’ kuntatt, l-istruttura nazzjonali tan-network għandha 12-il membru:

L-Awtoritajiet Ċentrali

Mill-membri msemmija hawn fuq, li ġejjin huma awtoritajiet ċentrali jew entitajiet li jistgħu jwettqu ċertu kompiti previsti fil-liġi tal-UE:

Id-Direttorat-Ġenerali għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja – Il-Ministeru għall-Ġustizzja (Ministério da Justiça)

Mill-1 ta’ Marzu 2024, id-Direttorat Ġenerali għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja se jieħu f’idejh ir-responsabbiltajiet stabbiliti fil-leġiżlazzjoni li ġejja, li sa issa kienu assenjati lid-Direttorat Ġenerali għar-Riabilitazzjoni u s-Servizzi tal-Ħabsijiet (Direcção-Geral de Reinserção e Serviços Prisionais):

L-Istitut tal-Uffiċċji tar-Reġistru u l-Affarijiet Notarili - il-Ministeru għall-Ġustizzja

L-Istitut tas-Sigurtà Soċjali – il-Ministeru għas-Solidarjetà u s-Sigurtà Soċjali (Ministério da Solidariedade e da Segurança Social)

Il-Kumitat għall-Protezzjoni tal-Vittmi ta’ Reati – il-Ministeru għall-Ġustizzja

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali (Procuradoria-Geral da República)

Il-Koordinazzjoni tan-Network Nazzjonali f’sistema mhux ġerarkika

Fil-Portugall, in-network nazzjonali ma huwiex ġerarkiku. Il-koordinazzjoni, li hija r-responsabbiltà tal-punt ta’ kuntatt, hija bbażata fuq kooperazzjoni volontarja bejn il-membri nazzjonali, li jipparteċipaw b’mod regolari f’laqgħat trimestrali organizzati mill-punt ta’ kuntatt. Kull fejn l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE teħtieġ bidliet fis-sistema nazzjonali, isiru laqgħat li għalihom jistgħu jattendu biss il-membri nazzjonali kkonċernati.

In-network ma għandux membri esperti. Jekk għal kwistjoni partikolari jkun hemm bżonn l-opinjoni ta' espert, il-punt ta' kuntatt jitlob il-kooperazzjoni tal-aktar awtorità nazzjonali xierqa fuq bażi informali u volontarja. Il-membri nazzjonali kollha jitħeġġu regolarment mill-punt ta’ kuntatt sabiex jikkooperaw fl-oqsma speċifiċi taħt il-mandat u r-responsabbiltà tagħhom rigward il-kooperazzjoni ġudizzjarja fl-oqsma ċivili u kummerċjali.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna