Cerrar

YA ESTÁ DISPONIBLE LA VERSIÓN BETA DEL PORTAL

Visite la versión BETA del Portal Europeo de e-Justicia y díganos qué le parece.

 
 

Recorrido de navegación

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Avviż legali



1. Dikjarazzjoni ta’ Ċaħda ta’ Responsabbiltà

2. Stqarrija ta' privatezza

3. Regoli dwar il-protezzjoni ta' dejta personali

4. Avviż tad-dritt tal-awtur


1. Dikjarazzjoni ta’ Ċaħda ta’ Responsabbiltà

1.1 Kunsiderazzjonijiet ġenerali

Il-pożizzjonijiet espressi fuq is-sit web huma dawk tal-awturi u ma jirriflettux neċessarjament l-opinjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea. Filwaqt li dan is-sit web huwa ġestit mill-Kummissjoni Ewropea, ir-responsabbiltà għall-kontenut tiegħu hija maqsuma bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri individwali.

Il-Kummissjoni Ewropea żżomm dan is-sit web biex ittejjeb l-aċċess għall-ġustizzja transfruntiera u tkabbar l-aċċess pubbliku għal informazzjoni dwar l-inizjattivi tagħha u l-politiki tal-Unjoni Ewropea b'mod ġenerali. Aħna nippruvaw inżommu din l-informazzjoni kurrenti u preċiża. Jekk tinġibdilna l-attenzjoni li hemm xi żbalji, aħna nippruvaw nikkoreġuhom.

Is-servizzi interattivi (elettroniċi) kollha huma pprovduti "kif inhuma" u fuq bażi "tal-aħjar li jista' jsir". Il-Kummissjoni Ewropea u l-fornituri tad-dejta/tas-servizz li qegħdin jipparteċipaw jiċħdu kull responsabbiltà, kemm espliċita kif ukoll taċita. B'mod partikolari, aħna ma nistgħux niggarantixxu qagħda aġġornata tad-dejta, il-korrettezza tagħha jew niżguraw id-disponibbiltà ta' servizz ininterrott jew id-disponibbiltà ta' kull sit estern illinkjat.

Għal uħud mill-funzjonalitajiet tiegħu l-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika juża dejta minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaGeoNames fuq il-bażi ta' Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaliċenzja CC BY 3.0. Ma ssir l-ebda bidla għad-dejta.

Il-Kummissjoni tiċħad kull responsabbiltà fir-rigward ta' kull dannu mġarrab minħabba korruzzjoni tad-dejta, telf tad-dejta jew kull tip ieħor ta' effett avvers ikkawżat minħabba tħaddim intenzjonat jew mhux intenzjonat tas-sistema. Din id-dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà mhijiex maħsuba biex tillimita r-responsabbiltà tal-Kummissjoni bi ksur ta' kull rekwiżit stipulat fil-liġi nazzjonali applikabbli jew biex teskludi r-responsabbiltà tagħha għal kwistjonijiet li ma jistgħux ikunu esklużi skont dik il-liġi. Il-liġi applikabbli hija l-liġi Belġjana u l-qrati Belġjani huma kompetenti f'każ ta' tilwima.

Il-Kummissjoni Ewropea tista' tirrevedi d-Dikjarazzjoni ta’ Ċaħda ta’ Responsabbiltà u l-Patti u l-kundizzjonijiet indikati aktar 'l isfel f'kull ħin mingħajr avviż minn qabel u għandek dejjem tirreferi għall-verżjoni kurrenti ta' dan it-test kif ippubblikat fis-sit web.

1.2 Aspetti relatati mal-paġni tal-kontenut

Il-paġni tal-kontenut huma jew "Ewropej" fin-natura tagħhom jew paġni tal-"Istati Membri", fejn kull Stat Membru tal-UE (permezz tal-awtoritajiet varji tiegħu) huwa responsabbli għall-kontenut u għar-referenzi fuq l-istess paġni tiegħu. Din l-informazzjoni:

  • hija ta' natura ġenerali biss u hija maħsuba biss biex tindirizza ċ-ċirkustanzi speċifiċi ta' kull individwu jew entità partikolari;
  • mhijiex neċessarjament komprensiva, kompluta, preċiża jew aġġornata;
  • hija xi drabi marbuta ma' siti esterni li l-Kummissjoni ma għandha l-ebda kontroll fuqhom u li l-Kummissjoni ma tassumi l-ebda responsabbiltà għalihom;
  • mhijiex parir professjonali jew legali (jekk għandek bżonn ta' parir speċifiku, għandek dejjem tikkonsulta professjonist ikkwalifikat kif xieraq).

Kull referenza fil-paġni ta' kontenut għal persuna ta' sess maskil titqies ukoll bħala li tikkostitwixxi referenza għal persuna ta' sess femminil, u viċi versa, sakemm il-kuntest ma jindikax ċarament mod ieħor.

Xi wħud mill-paġni ta' kontenut saru bi traduzzjoni awtomatizzata. Innota li traduzzjonijiet awtomatizzati jkunu pprovduti temporanjament u għal għanijiet kuntestwali biss. Il-proprjetarji ta' dawn il-paġni ma jaċċettaw l-ebda responsabbiltà fir-rigward tal-kwalità ta' testijiet tradotti b'mod awtomatizzat.

Innota li ma jistax jiġi żgurat li dokument disponibbli onlajn jirriproduċi eżattament test adottat uffiċjalment. Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea li tkun ġiet ippubblikata fl-edizzjonijiet stampati ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea qabel l-1 ta' Lulju 2013 u l-verżjonijiet elettroniċi tagħha ppubblikati wara l-1 ta' Lulju 2013 biss għandhom valur legali. Huwa l-għan tagħna li nimminimizzaw l-interruzzjonijiet ikkawżati minn inċidenti tekniċi. Madankollu, xi dejta jew informazzjoni fuq is-sit tagħna tista' tkun maħluqa jew strutturata f'fajls jew formati li mhumiex bla żbalji u aħna ma nistgħux niggarantixxu li s-servizz tagħna ma jkunx interrott jew affettwat b'mod ieħor minn problemi bħal dawn.

1.3 Aspetti relatati ma' servizzi interattivi

Għas-servizzi interattivi kollha japplikaw il-patti u kundizzjonijiet segwenti:

Meta tuża dawn is-servizzi, int taqbel li tużahom esklużivament għall-iskop maħsub tagħhom. Ma għandekx tuża s-servizzi, jew kull dejta personali mogħtija mis-servizzi, b'xi ħsieb jew intenzjoni oħra u b'mod partikolari dik id-dejta ma għandhiex tintuża fir-rigward ta' attivitajiet kummerċjali, pubbliċitarji jew ta' reklamar.

Mhuwiex permess li tikkopja fi kwantitajiet kbar b'mod awtomatizzat (ħsad), u/jew tiddistribwixxi d-dejta rċevuta permezz tas-servizzi pprovduti b'kull mezz.

Għandek il-permess tillinkja l-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u l-paġni tiegħu.

Aspetti speċifiċi dwar is-servizzi:

1.3.1 Interkonnessjoni tar-Reġistri ta' Insolvenza

Dan is-servizz jippermettilek issib informazzjoni dwar proċedimenti ta' insolvenza fir-reġistri nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti. M'hemm l-ebda reġistru ta' insolvenza ċentralizzat tal-UE. It-talba tiegħek tintbagħat lir-reġistri nazzjonali u r-risposta tintbagħat lura fi ftit sekondi. Għalissa s-servizz huwa pprovdut fuq bażi "tal-aħjar li jista' jsir".

1.3.2 Sib Avukat

"Sib Avukat" huwa servizz ipprovdut lill-pubbliku ġenerali mill-Kummissjoni Ewropea u l-kmamar nazzjonali tal-avukati u l-għaqdiet tal-avukati parteċipanti.

1.3.3 Sib Nutar

"Sib Nutar" huwa servizz ipprovdut lill-pubbliku ġenerali mill-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill tan-Nutara tal-Unjoni Ewropea (CNUE) u kmamar tan-nutara oħra parteċipanti.

1.3.4 ECLI

L-interfaċċa ta' tiftix tal-ECLI huwa servizz ipprovdut lill-pubbliku ġenerali mill-Kummissjoni Ewropea f'kooperazzjoni mal-fornituri tal-ġurisprudenza parteċipanti. Il-Kummissjoni għamlet dan is-servizz disponibbli biex tiffaċilita l-aċċess għall-ġustizzja f'kuntest transfruntier billi tippermetti liċ-ċittadini u l-prattikanti legali tal-UE li jillokalizzaw faċilment il-ġurisprudenza li tinkludi identifikatur tal-ECLI.

1.3.5 Tiftix ta' qorti/awtorità kompetenti

L-interfaċċa ta' tiftix ta' qorti/awtorità kompetenti hija servizz ipprovdut lill-pubbliku ġenerali mill-Kummissjoni Ewropea b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali jew korpi kompetenti oħra parteċipanti. Il-Kummissjoni għamlet dan is-servizz disponibbli biex tiffaċilita l-aċċess għall-ġustizzja f'kuntest transfruntier billi tippermetti liċ-ċittadini u l-prattikanti legali tal-UE jillokalizzaw faċilment il-qorti nazzjonali kompetenti. Innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali dwar id-determinazzjoni ta' kompetenza li ma jkunux neċessarjament koperti.

1.3.6 Sottomissjoni elettronika ta' talbiet (e-CODEX)

Is-sottomissjoni elettronika tat-talba tiegħek bl-użu tat-teknoloġija e-CODEX (Ordni ta' Ħlas Ewropea, Talbiet Żgħar Ewropej) hija pprovduta permezz tal-interkonnessjoni ta' għadd kbir ta' sistemi tal-IT operati kemm mill-Kummissjoni Ewropea kif ukoll mill-amministrazzjonijiet nazzjonali. It-talba tiegħek tista' eċċezzjonalment ma tilħaqx il-qorti indikata. Il-prova ta' trażmissjoni (jew ta' nuqqas ta' trażmissjoni) tiġi pprovduta lilek sa kemm ikun possibbli, iżda kun avżat li f'xi Stati Membri din il-prova hija limitata għall-konsenja tat-talba tiegħek lis-sistema nazzjonali ċentrali tal-IT stabbilita għal din il-fini. Ma jkunx dejjem possibbli li tingħata konferma tal-irċevuta lill-qorti kkonċernata.

In-notifiki kollha dwar il-prova ta' trażmissjoni jew l-irċevuta tar-risposti mill-qorti jintbagħtu lill-indirizz tal-posta elettronika assoċjat mal-kont tas-servizz ta' awtentikazzjoni tal-utent tal-Kummissjoni Ewropea (EU Login) li tkun illoggjajt bih.

Il-Kummissjoni Ewropea ma tistax tinżamm responsabbli għal nuqqas ta' konsenja tat-talba tiegħek jew għal nuqqas ta' tressiq ta' provi tat-trażmissjoni tagħha (jew ta' nuqqas ta' trażmissjoni tagħha). Bl-istess mod, il-Kummissjoni ma tistax tinżamm responsabbli għal nuqqas ta' konsenja ta' komunikazzjoni dwar it-talba tiegħek mill-qorti lura lilek jew ta' notifika ta' rċevuta ta' tali komunikazzjoni.

Sakemm ma titlobx li titħassar, il-komunikazzjoni tiegħek mal-qorti u mingħand il-qorti – ħlief f'ċirkustanzi ta' forza maġġuri – tibqa' disponibbli għall-konsultazzjoni tiegħek fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika għal perjodu ta' tal-inqas sena. Nagħtuk parir tissejvja l-kopja tiegħek stess tal-komunikazzjoni kollha li tixtieq taċċedi għaliha wara dan il-perjodu. Il-Kummissjoni Ewropea ma tista' tinżamm responsabbli għal ebda dannu li tista' iġġarrab minħabba l-indisponibbiltà temporanja jew permanenti tal-komunikazzjoni bejnek u l-qorti jew talli tkun naqset milli tinnotifikak bil-quddiem bit-tħassir ta' din il-komunikazzjoni.

1.3.7 Firma elettronika

It-talbiet sottomessi elettronikament (e-CODEX) iridu jiġu ffirmati b'mod elettroniku qabel ma jkunu jistgħu jintbagħtu permezz tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika. Dan il-Portal jipprovdi strument biex jgħinek f'dan il-proċess, iżda ma jimponix l-użu ta' dan l-istrument: għandek il-possibbiltà li tiffirma t-talba tiegħek elettronikament billi tuża l-mezzi tiegħek stess u ttellagħha fil-Portal. Il-Kummissjoni ma tista' tinżamm responsabbli għal ebda dannu li tista' ġġarrab minħabba ċaħda, mill-qorti jew minn kwalunkwe parti oħra, ta' firma elettronika maħluqa bl-istrument pprovdut mill-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika.

1.3.8 Sib kumpanija / Interkonnessjoni tar-reġistru tan-negozju

Dan is-servizz jippermettilek tfittex u tikseb informazzjoni dwar kumpaniji rreġistrati fir-reġistri tan-negozju fl-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein jew in-Norveġja. Huwa parti mis-Sistema ta' Interkonnessjoni tar-Reġistri tan-Negozju (BRIS), imwaqqfa b'konformità mad-dritt tal-UE. Is-sistema toħloq konnessjoni bejn ir-reġistri tan-negozju nazzjonali li jagħtu aċċess għall-informazzjoni tal-kumpaniji.

Fuq

2. Stqarrija ta' privatezza

2.1. L-għan tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika

Il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika huwa maħsub bħala “punt ta' kuntatt (elettroniku) waħdieni” għall-informazzjoni dwar il-ġustizzja Ewropea u l-aċċess għal proċeduri ġudizzjarji Ewropej. Il-Portal huwa mmirat lejn iċ-ċittadini, in-negozji, il-ġuristi u l-ġudikatura. Iċ-ċittadini għandhom igawdu mill-istess aċċess għall-ġustizzja fi Stati Membri oħra bħalma jgawdu fl-Istat tagħhom stess u l-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika jikkontribwixxi b'mod prattiku għat-tneħħija tal-ostakli, pereżempju permezz tal-għoti ta' informazzjoni fi 23 lingwa u kwantità ta' ħoloq għal siti web u dokumenti rilevanti.

Għalkemm ir-responsabbiltà tal-kontenut tal-Portal u l-ġestjoni tiegħu hija responsabbiltà kondiviża bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea individwali, il-kontrollur tad-dejta tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika huwa l-Kummissjoni Ewropea.

2.2. Liema hija l-liġi applikabbli?

L-operazzjonijiet kollha tal-ipproċessar tad-dejta personali marbuta mal-organizzazzjoni u l-ġestjoni tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika fir-responsabbiltà tal-Kummissjoni Ewropea huma rregolati mir-Regolament Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE u tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/333/UE dwar il-protezzjoni tad-dejta personali fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika.

2.3. X'dejta tiġi pproċessata mill-Kummissjoni fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja?

Ismijiet individwali u indirizzi tal-posta elettronika tal-proprjetarji tal-paġna u tal-ħolqa tas-sit web jiġu pproċessati mill-Portal. Barra minn dan, xi informazzjoni għall-qrati / entitajiet kompetenti pprovduta mill-Istati Membri tista' tinkludi dejta personali (isem, indirizz tal-posta elettronika, numru tat-telefown) f'każijiet fejn il-persuni fiżiċi jkunu ġew iddefiniti bħala punti ta' kuntatt. Din id-dejta kollha tinżamm f'bażi tad-dejta ospitata fiċ-Ċentru tad-Dejta tal-Kummissjoni Ewropea fil-Lussemburgu.

Aħna nużaw mekkaniżmu tranżitorju li jestrapola (iżda ma jżommx) dejta personali mill-EU Login, is-servizz ta' awtentikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Għall-finijiet ta' reġistrazzjoni, dejta personali, bħall-isem, il-kunjom u l-indirizz tal-posta elettronika, tinġabar u tiġi pproċessata mill-EU Login. Avviż ta' privatezza dettaljat u separat jispjega n-natura tal-ipproċessar tad-dejta personali mill-EU Login. Għal aktar informazzjoni, ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://webgate.ec.europa.eu/cas/privacyStatement.html.

Id-dejta personali tiġi pproċessata wkoll fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika bl-għan li jiġi previst aċċess għal bażijiet ta' dejta nazzjonali interkonnessi, bħal Sib Avukat, Sib Nutar, l-Interkonnessjoni tar-Reġistri ta' Insolvenza (IRI), il-mutur tar-riċerka tal-Identifikatur Ewropew tal-Każistika (ECLI), Sib kumpanija (parti mis-sistema ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistri Kummerċjali (BRIS)), is-sistema ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistri tal-Artijiet (LRI), formoli dinamiċi, u s-sottomissjoni elettronika ta' talbiet (e-CODEX). F'dan ir-rigward:

  • id-dejta dwar l-avukati ġejja mir-reġistri tal-kmamar tal-avukati u l-għaqdiet tal-avukati parteċipanti;
  • id-dejta dwar in-nutara ġejja mir-reġistri tal-kmamar nazzjonali tan-nutara parteċipanti kif ipprovduti mis-CNUE u korpi kompetenti oħra;
  • id-dejta fl-IRI ġejja mir-reġistri ta' insolvenza jew ta' negozju nazzjonali;
  • il-parti tad-dejta personali ta' deċiżjonijiet ġudizzjarji proċessati fil-kuntest tal-ECLI tiġi fornuta minn korpi ġudizzjarji u kompetenti oħra;
  • il-formoli dinamiċi jipproċessaw id-dejta personali fornuta mill-utenti aħħarin (eż. isem, indirizz, numru tat-telefown, kont bankarju, eċċ.);
  • id-dejta pproċessata fil-kuntest tal-e-CODEX hija dderivata mill-komunikazzjonijiet tal-utenti mal-qrati nazzjonali. Barra minn hekk, hemm dejta teknika użata biex jiġu identifikati l-parteċipanti fis-sistema, li f'xi każijiet jista' jkollha informazzjoni personali, bħall-indirizz tal-posta elettronika jew l-ID tal-EU Login (is-sistema ta' awtentikazzjoni tal-utent tal-Kummissjoni Ewropea);
  • id-dejta pproċessata fil-kuntest ta' Sib kumpanija tintuża biex tidentifika lill-parteċipanti fis-sistema, li f'xi każijiet jista' jkun fiha informazzjoni personali, bħall-indirizz elettroniku jew l-ID tal-EU Login. Barra minn hekk, Sib kumpanija tikkonnettja mal-Pjattaforma Ċentrali Ewropea, li hija parti mill-BRIS ukoll, li hija żviluppata u amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. Permezz tal-Pjattaforma Ċentrali Ewropea, Sib kumpanija tiġbor id-dejta tal-kumpaniji. Dik id-dejta tal-kumpaniji jista' jkollha dejta personali, u pereżempju dan li ġej: l-isem, id-data tat-twelid, l-indirizz postali, l-indirizz tal-posta elettronika, u n-numri tat-telefown tal-persuni li jirrappreżentaw kumpanija fi trattattivi ma' terzi u fi proċedimenti ġudizzjarji, jew li jieħdu sehem fl-amministrazzjoni, is-superviżjoni jew il-kontroll tal-kumpanija. Din id-dejta ġejja mir-reġistri kummerċjali tal-pajjiżi parteċipanti;
  • id-dejta pproċessata fil-kuntest tal-LRI tintuża biex tidentifika lill-parteċipanti fis-sistema, li f'xi każijiet jista' jkun fiha informazzjoni personali, bħall-indirizz elettroniku jew l-ID tal-EU Login.

2.4. X'inhi l-fini tal-ipproċessar tad-dejta?

Il-Portal jiġbor dejta personali bl-għan li jikkuntattja l-proprjetarji tal-paġna u tal-ħolqa tas-sit web. Il-fini ta' dan l-ipproċessar hija li jippermetti n-notifiki bil-posta elettronika u l-ġestjoni tal-proprjetarji tal-paġna u l-proprjetarji tal-ħoloq tas-sit bħala parti mis-sistema tal-amministrazzjoni interna tal-Portal. Il-Portal jestrapola wkoll dejta personali (permezz tal-EU Login) għall-finijiet li ġejjin: biex jintbagħtu notifiki bil-posta elettronika lill-utenti abbonati ma' suġġetti ta' kontenut speċifiku jew biex jingħatawlhom aġġornamenti tal-aħbarijiet. Din id-dejta tiġi pproċessata wkoll sabiex tippermetti l-ġestjoni tar-rwoli u d-drittijiet u l-ġestjoni tal-kontenut.

Għall-funzjonalitajiet ta' Sib Avukat, Sib Nutar, Sib kumpanija, l-IRI u l-ECLI, l-ipproċessar ta' dejta personali mill-Kummissjoni fil-Portal isir biss biex jipprovdi aċċess għal bażijiet ta' dejta nazzjonali interkonnessi li fihom dejta personali. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni hija responsabbli biss biex tipprovdi l-infrastruttura tal-IT għall-funzjonalitajiet tal-Portal imsemmija aktar 'il fuq u mhijiex responsabbli għall-kontenut tal-bażijiet ta' dejta nazzjonali interkonnessi li huma disponibbli permezz tal-Portal.

Il-Kummissjoni qiegħda tipproċessa dejta personali fil-Portal meta dan ikun meħtieġ sabiex tipprovdi servizzi interattivi li jippermettu lill-utenti sabiex jikkomunikaw direttament mal-awtoritajiet adegwati fi Stat Membru ieħor.

2.5. Min għandu aċċess għad-dejta?

Id-dejta personali dwar il-proprjetarji tal-paġni web jew tal-ħoloq hija aċċessibbli mill-persunal tal-Kummissjoni (id-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi tal-Kummissjoni Ewropea, l-Unità B4) u l-persunal awtorizzat li huwa responsabbli mill-amministrazzjoni tas-sistema u s-sostenn tekniku. Barra minn hekk, din id-dejta personali dwar il-paġni tal-Istati Membri hija aċċessibbli wkoll mill-persunal tal-Istat Membru responsabbli mill-ġestjoni tal-paġni rispettivi.

Il-Kummissjoni twettaq ukoll valutazzjonijiet ta' sigurtà kontinwi u xierqa waqt it-twettiq ta' xogħol relatat mal-interkonnessjoni ta' bażijiet ta' dejta nazzjonali. Hija biss l-informazzjoni disponibbli pubblikament fil-bażijiet ta' dejta nazzjonali interkonnessi li hija aċċessibbli permezz tal-Portal. Mhuwiex possibbli li tiġi kkombinata informazzjoni minn diversi bażijiet ta' dejta nazzjonali għal skopijiet differenti permezz tal-Portal.

2.6. Kemm iddum tinżamm id-dejta tiegħek?

Id-dejta personali ta' proprjetarji ta' paġni u ta' ħoloq tinżamm f'bażi ta' dejta lokali sakemm din tkun rilevanti għall-Portal u ma tinżammx aktar milli jkun meħtieġ. Il-bżonn li din id-dejta personali tkompli tinżammi huwa suġġett għal proċess ta' validazzjoni mill-ġdid li jitwettaq darba kull sena fil-kuntest ta' aġġornamenti annwali tal-kontenut tal-Portal. Effettivament il-perjodu taż-żamma huwa għaldaqstant sena, suġġett għal iċċekkjar manwali u tiġdid awtomatiku. F'każ ta' utenti rreġistrati, jinżammu biss l-indirizzi tal-posta elettronika personali. L-ismijiet individwali jew dejta personali oħra ma jinżammux. Id-dejta dwar l-utenti rreġistrati titħassar wara talba mingħandhom.

Id-deċiżjonijiet ġudizzjarji pprovduti fil-kuntest tal-ECLI jista' jkun fihom dejta personali rregolata mil-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-dejta u tkun suġġetta għall-perjodi ta' żamma rilevanti. Il-fornituri tad-dejta nazzjonali huma responsabbli mit-tneħħija ta' deċiżjonijiet mill-qorti meta dawn ma jkollhomx aktar ikunu aċċessibbli permezz tas-sistema.

Id-dejta personali inkluża fil-komunikazzjoni bejn l-utent u l-qorti, fil-kuntest tas-sottomissjoni elettronika ta' talbiet (e-CODEX), tinżamm permezz ta' bażi ta' dejta separata tal-Kummissjoni f'forma kriptata għall-perjodu ta' żmien li tkun rilevanti għalih. L-utent jista' jitlob li titħassar xħin irid.

Id-dejta personali inkluża fl-ordnijiet tad-dokumenti fil-kuntest ta' Sib kumpanija u l-LRI tibqa' tinżamm sakemm l-ordni jitneħħa mill-Portal tal-bażi ta’ dejta.

Ma tinżamm l-ebda dejta personali oħra fil-bażi ta' dejta tal-Portal.

2.7. X'miżuri ta' sigurtà jinsabu fis-seħħ kontra aċċess mhux awtorizzat?

Id-dejta tinġabar, tiġi pproċessata u tinżamm b'mod sikur. Il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika huwa protett b'għadd ta' miżuri tekniċi. Il-ġestjoni stretta tar-rwoli u d-drittijiet tiggarantixxi li l-utenti awtentikati jkollhom biss il-livell ta' aċċess u l-permessi meħtieġa. It-tranżazzjonijiet tad-dejta kollha jsiru b'konnessjonijiet kriptati. L-aċċess remot u fiżiku għall-bażi ta' dejta tal-Portal huwa protett permezz ta' segmentazzjoni tan-netwerk, firewalls u mekkaniżmi addizzjonali pprovduti miċ-ċentru tad-dejta tal-Kummissjoni. Barra mill-aċċess ipprovdut fl-ambitu tal-karatteristiċi intiżi tiegħu, l-aċċess għal dejta personali fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika huwa permess biss lil grupp ristrett ta' utenti kif deskritt aktar 'il fuq skont il-punt 2.5 "Min għandu aċċess għad-dejta?"

Id-dejta personali inkluża fil-komunikazzjoni bejn l-utent u l-qorti tinżamm f'forma kriptata f'bażi ta' dejta separata tal-Kummissjoni.

2.8. L-aċċess għad-dejta personali tiegħek

F'każ li tkun trid tivverifika x'dejta personali qed tinżamm f'ismek mill-kontrollur responsabbli, jew jekk tkun trid timmodifikaha, tikkoreġiha jew tħassarha, ibgħat ittra elettronika fl-indirizz tal-kaxxa postali elettronika funzjonali msemmi aktar 'l isfel taħt "Informazzjoni ta' Kuntatt", billi tispeċifika espliċitament it-talba tiegħek. Talbiet bġal dawn jiġu indirizzati fi żmien 10 ijiem mid-data tal-wasla għand il-kontrollur tad-dejta.

2.9. Informazzjoni ta’ kuntatt

Il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja huwa ġestit mid-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi tal-Kummissjoni Ewropea, l-Unità B.4. Il-persuna responsabbli (il-kontrollur) hija Cristian NICOLAU, il-Kap tal-Unità.

L-indirizz ta' kuntatt għall-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika huwa:

European Commission
Directorate General Justice and Consumers
Unit B4 E-Justice, IT and document management
B-1049 Brussels
Belgium

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaJUST-E-JUSTICE@ec.europa.eu

Jekk trid tressaq ilment kontra kwalunkwe att tal-ipproċessar tad-dejta mwettaq taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, tista' tikkuntattja l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta:

European Data Protection Supervisor (EDPS)
60 Rue Wiertz (MO 63)
B-1047 Brussels
Belgium

tel: +32 2 283 19 00
faks +32 2 283 19 50

Fuq

3. Regoli dwar il-protezzjoni ta' dejta personali

L-Unjoni Ewropea hija impenjata li tiżgura l-privatezza tal-utent. Il-politika dwar il-"protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali mill-istituzzjonijiet tal-Komunità" hija bbażata fuq ir-Regolament (KE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018.

Din il-politika ġenerali tkopri l-familja ta' Siti Web istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, bid-dominju .eu.

Għalkemm tista' tibbrawżja f’ħafna minn dawn is-Siti Web mingħajr ma tagħti l-ebda informazzjoni dwarek innifsek, f’xi każijiet, tkun meħtieġ tagħti informazzjoni personali biex jiġu pprovduti s-servizzi elettroniċi li tkun qed titlob.

Is-Siti Web li jirrikjedu informazzjoni ta' dan it-tip jittrattawha skont il-politika spjegata fir-Regolament imsemmi hawn fuq u jipprovdu informazzjoni dwar l-użu tad-dejta tiegħek fl-istqarrijiet speċifiċi tagħhom dwar il-politika tal-privatezza.

F'dan ir-rigward:

  • Għal kull servizz elettroniku speċifiku, kontrollur jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar tad-dejta personali u jiżgura l-konformità tas-servizz elettroniku speċifiku mal-politika tal-privatezza;
  • F'kull istituzzjoni, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta jiżgura li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament jiġu applikati u jagħti pariri lill-kontrolluri dwar it-twettiq tad-dmirijiet tagħhom (ara l-Art. 43-45 tar-Regolament);
  • Għall-istituzzjonijiet kollha, l-Uffiċjal Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta jaġixxi bħala awtorità superviżorja indipendenti (ara l-Art. 52 sa 60 tar-Regolament).
  • Il-familja ta' Siti Web istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, bid-dominju .eu, jipprovdu ħoloq għal siti terzi. Peress li ma nikkontrollawhomx, inħeġġuk taqra l-politiki tal-privatezza tagħhom.

X’inhu servizz elettroniku?

Servizz elettroniku fuq EUROPA huwa servizz jew riżorsa disponibbli fuq l-internet biex ittejjeb il-komunikazzjoni bejn iċ-ċittadini u n-negozji minn naħa u l-Istituzzjonijiet Ewropej min-naħa l-oħra.

Tliet tipi ta’ servizzi elettroniċi huma jew se jkunu offruti mill-EUROPA:

  1. Is-servizzi ta’ informazzjoni li jipprovdu liċ-ċittadini, il-midja, in-negozji, l-amministrazzjonijiet u oħrajn li jieħdu d-deċiżjonijiet b’aċċess ħafif u effettiv għall-informazzjoni, b’tali mod li jiżdiedu t-trasparenza u l-ftehim tal-politiki u l-attivitajiet tal-UE;
  2. Is-servizzi ta’ komunikazzjoni interattivi li jippermettu kuntatti aħjar maċ-ċittadini, in-negozji, is-soċjetà ċivili u l-atturi pubbliċi b'tali mod li jiffaċilitaw konsultazzjonijiet politiċi, u mekkaniżmi ta’ rispons, sabiex jikkontribwixxu għat-tfassil tal-politiki, l-attivitajiet u s-servizzi tal-UE;
  3. Is-servizzi ta' tranżazzjonijiet li jippermettu l-aċċess għall-forom bażiċi kollha ta' tranżazzjonijiet mal-UE, eż. akkwisti, operazzjonijiet finanzjarji, reklutaġġ, reġistrazzjoni għal avveniment, akkwist jew xiri ta’ dokumenti, eċċ.

Informazzjoni fi stqarrija speċifika ta’ privatezza.

Stqarrija speċifika tal-politika ta’ privatezza jkollha l-informazzjoni li ġejja dwar l-użu tad-dejta tiegħek:

  • X'informazzjoni tinġabar, għal-liema skop u b’liema mezzi tekniċi l-UE tiġbor informazzjoni personali esklużivament sa fejn ikun hemm bżonn biex jintlaħaq skop speċifiku. L-informazzjoni ma tintużax għal skop inkompatibbli;
  • Lil min tiġi żvelata l-informazzjoni tiegħek. L-UE tiżvela biss l-informazzjoni lil terzi persuni jekk dan ikun meħtieġ biex jintlaħaq/jintlaħqu l-iskop(ijiet) identifikat(i) hawn fuq u lir-riċevituri (jew kategoriji ta’ riċevituri) imsemmija. L-UE ma tiżvelax id-dejta personali tiegħek għal skopijiet ta' kummerċ dirett;
  • Kif tista' taċċedi l-informazzjoni tiegħek, tivverifika l-eżattezza tagħha u, jekk meħtieġ, tikkoreġiha. Bħala suġġett ta’ dejta int għandek ukoll id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar tad-dejta personali tiegħek għal raġunijiet leġittimi konvinċenti barra meta jiġi miġbur biex jitwettaq obbligu legali, jew ikun hemm bżonnha għat-twettiq ta' kuntratt li inti parti fih, jew tkun se tintuża għal għan li inti tajt il-kunsens anambigwu tiegħek għalih;
  • Kemm iddum tinżamm id-dejta tiegħek. L-UE żżomm biss dejta għaż-żmien meħtieġ biex jintlaħaq l-iskop tal-ġbir jew tkomplija tal-ipproċessar;
  • X’inhuma l-miżuri ta’ sigurtà meħuda biex it-tagħrif tiegħek jiġi ssalvagwardjat mill-possibbiltà ta’ użu ħażin jew aċċess mhux awtorizzat;
  • Lil min għandek tikkuntattja jekk ikollok mistoqsijiet jew ilmenti.

Europa Analytics

Europa Analytics huwa s-servizz korporattiv li jkejjel l-effikaċja u l-effiċjenza tas-siti web tal-Kummissjoni Ewropea fuq EUROPA.

B'mod awtomatiku, il-viżitaturi tas-sit ikunu rintraċċati bl-użu ta' cookies persistenti tal-ewwel parti minn Europa. Tista' tagħżel li ma tiġix rintraċċat minn Piwik (esklużjoni fakultattiva). Jekk tibdel fehmtek, tista' terġa' tagħżel li tkun rintraċċat minn Piwik (inklużjoni fakultattiva).

Biex tara l-istatus attwali tiegħu u tagħmel l-għażla tiegħek, immarka l-kaxxa korrispondenti fit-test li jidher taħt.

L-għażla li ma tkunx rintraċċat minn Piwik ma taffettwax l-esperjenza ta’ navigazzjoni tiegħek fis-siti Europa.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIktar informazzjoni dwar Europa Analytics

X'nagħmlu bl-ittra elettronika li tibagħtulna?

Il-paġni web għandhom ħolqa għar-"Rispons tiegħek", li tippermettilek tibgħat il-kummenti tiegħek f'kaxxa elettronika funzjonali speċifika. Meta tibgħat messaġġ ta' dan it-tip, id-dejta personali tinġabar mingħand id-destinatarju biss sal-punt li jkollu bżonn biex iwieġeb. Jekk it-tim tal-ġestjoni tal-kaxxa elettronika ma jkunx jista' jwieġbek, jgħaddi l-ittra elettronika tiegħek lil xi servizz ieħor. Tiġi infurmat, permezz ta' ittra elettronika, dwar liem servizz ikun ingħaddietlu d-domanda tiegħek. Is-sit web ma jżommx rekord tal-iskambji bil-posta elettronika li jkunu seħħew permezz ta’ din il-funzjonalità.

Jekk ikollok xi domandi dwar l-ipproċessar tal-ittra elettronika tiegħek u d-dejta personali relatata magħha, inkludihom fil-messaġġ tiegħek.

Fuq

4. Avviż tad-dritt tal-awtur

© L-Unjoni Ewropea (2018)

L-użu mill-ġdid ta' dokumenti miżmuma mill-Kummissjoni jew f'isimha mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet) huwa suġġett għall-kundizzjonijiet determinati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' April 2006 (2006/291/KE, Euratom) dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tal-Kummissjoni. L-użu mill-ġdid ta' dokumenti huwa bla ħlas.

Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata, dment li ssir referenza għas-sors, għajr fejn jiġi stabbilit mod ieħor. Meta għar-riproduzzjoni jew l-użu ta' informazzjoni testwali jew multimedjali (ħoss, stampi, softwer, eċċ.) ikun meħtieġ permess minn qabel, dak il-permess jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b'mod ċar ir-restrizzjonijiet tal-użu.

© Ir-Renju tal-Belġju (2018)

L-użu mill-ġdid tal-informazzjoni li tinsab fil-paġni Belġjani nazzjonali ta' dan is-sit web huwa suġġett għal-leġiżlazzjoni Belġjana fis-seħħ, b'mod partikolari l-Att tat-30 ta' Ġunju 1994 dwar id-dritt tal-awtur u drittijiet relatati. Dan ifisser li sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor l-użu mill-ġdid ta' dik l-informazzjoni jeħtieġ il-permess minn qabel tad-detenturi tad-dritt tal-awtur. B'konformità mal-Artikolu 8(2) tal-istess liġi, l-atti uffiċjali ta' awtorità pubblika ma jwasslux għal dritt tal-awtur. Atti uffiċjali ta' awtorità pubblika huma dawk li għandhom effett legali (liġijiet, proċeduri parlamentari, deċiżjonijiet tal-qrati u t-tribunali, eċċ.). L-Artikolu 21(1) jiddikjara li "l-kwotazzjonijiet meħuda minn xogħol ippubblikat skont il-liġi għal skopijiet ta’ kritika, kontroversja, reviżjoni jew tagħlim, jew biex jiddaħħal f’xogħol akkademiku, skont il-prassi ġusta tal-professjoni u sa dak il-punt iġġustifikat mill-iskop intenzjonat, ma jiksrux id-drittijiet tal-awtur. Kwotazzjonijiet bħal dawk imsemmija fil-paragrafu preċedenti għandhom ikunu akkumpanjati minn referenzi għas-sors u għal isem l-awtur, sakemm dan ma jkunx impossibbli".

Il-paġni tal-internet li l-paġni Belġjani nazzjonali tal-portal tal-ġustizzja elettronika jirreferu għalihom huma suġġetti għall-klawżoli tad-dritt tal-awtur tagħhom stess. Il-qrati Belġjani għandhom il-ġuriżdizzjoni jisimgħu kull rikors dwar id-drittijiet tal-awtur b'rabta mad-dejta li jkun hemm referenza għaliha fil-paġni Belġjani nazzjonali.

© Ir-Repubblika tal-Bulgarija (2018)

L-informazzjoni pprovduta mill-gvern tar-Repubblika tal-Bulgarija hija pubblika. L-informazzjoni li hija ppubblikata fuq il-paġni Bulgari tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika hija disponibbli b'xejn u tista' tiġi mniżżla/riprodotta/tradotta/adattata f'kull edizzjoni, forma u midja għal skopijiet mhux kummerċjali bl-eċċezzjoni ta' materjali li fihom hija prevista klawżola espliċita ta' protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur jew li għalihom jeħtieġ kunsens minn qabel tad-detentur tad-dritt tal-awtur.

© Ir-Repubblika Ċeka (2018)

L-użu mill-ġdid ta' dokumenti miżmuma mill-Gvern tar-Repubblika Ċeka jew minn entitajiet terzi f'ismu li jidhru fuq dan is-sit web huwa suġġett għar-regoli nazzjonali dwar id-drittijiet tal-awtur sakemm ma jkunx indikat mod ieħor. Ir-riproduzzjoni tal-kontenut dwar il-paġni Ċeki hija awtorizzata, sakemm is-sors jiġi rikonoxxut, għajr meta jiġi stipulat mod ieħor u jista' biss jiġi riprodott għal raġunijiet mhux kummerċjali.

Meta għar-riproduzzjoni jew l-użu ta' informazzjoni testwali jew multimedjali (ħoss, stampi, softwer, eċċ.) ikun meħtieġ permess minn qabel, dak il-permess jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b'mod ċar ir-restrizzjonijiet tal-użu.

© Ir-Renju tad-Danimarka (2018)

L-informazzjoni dwar il-Portal tal-Ġustizzja Elettronika pprovduta mill-Gvern Daniż mhijiex suġġetta għall-kundizzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur.

© Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (2018)

L-użu mill-ġdid minn terzi persuni, ta' dokumenti li jidhru fuq dan is-sit web u li huma miżmuma mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, huwa protett bir-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur kif stabbiliti skont il-liġi Ġermaniża, l-Unjoni Ewropea u l-konvenzjonijiet internazzjonali. Ma nassumu l-ebda responsabbiltà għall-kompletezza, żbalji editorjali u tekniċi, ommissjonijiet jew l-eżattezza tal-informazzjoni fuq dan is-sit web.

B’mod partikolari ma nagħtu l-ebda garanzija, espliċita jew implikata, fejn tidħol il-kompletezza jew il-preċiżjoni ta’ informazzjoni miksuba permezz ta’ ħoloq għas-siti web esterni.

L-operaturi tas-siti web huma responsabbli għall-kontenut li jagħmlu disponibbli għall-użu fuq is-siti web tagħhom stess, suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-liġi ġenerali. Dan il-“kontenut proprju” għandu jiġi distint minn ħoloq għal kontenut ipprovdut minn operaturi ta’ siti web esterni.

Il-ħoloq għall-kontenut ta’ siti web esterni huma pprovduti biss għal skopijiet ta’ informazzjoni.

Ir-responsabbiltà għall-kontenut ta’ siti web esterni taqa’ unikament fuq il-fornitur ta' dak il-kontenut. Is-siti web esterni jiġu miflija bir-reqqa u ċċekkjati bl-aħjar mod possibbli għalina qabel ma tiddaħħal ħolqa għalihom. Madankollu, ma nagħtu l-ebda garanzija, espliċita jew implikata, fejn tidħol il-kompletezza jew il-preċiżjoni tal-informazzjoni li tinkiseb minn ħoloq esterni. Il-kontenut ta’ siti web esterni jistgħu jinbidlu f'kull ħin mingħajr l-għarfien tal-gvern Ġermaniż.

Fir-rigward tal-ħoloq kollha pprovduti f'dan is-sit web, aħna niddikjaraw b'mod espliċitu li m'għandna l-ebda kontroll fuq id-disinn u l-kontenut tas-siti web esterni li wieħed jista' jaċċedi għalihom permezz tal-ħoloq fuq dan is-sit web; barra minn hekk, dawn il-ħoloq ma jimplikawx approvazzjoni tas-siti web illinkjati jew tal-kontenut tagħhom. Din id-dikjarazzjoni tapplika għall-paġni kollha fuq dan is-sit web u għall-ħoloq kollha li jinsabu hemmhekk.

Jekk jogħġbok informa lill-punt ta' kuntatt Ġermaniż fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaredaktion@justiz.de jekk ikun hemm xi ħoloq li jwasslu għal siti web li jkollhom kontenut oġġezzjonabbli.

L-istaff editorjali onlajn tal-paġni nazzjonali Ġermaniżi jirreżerva d-dritt, mingħajr avviż minn qabel, li jbiddel, jissupplimenta jew ineħħi l-informazzjoni pprovduta fuq dan is-sit web.

Għal iktar informazzjoni żur din Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-ħolqa.

© Ir-Repubblika tal-Estonja (2018)

L-informazzjoni pprovduta mill-gvern tar-Repubblika tal-Estonja hija suġġetta għall-kundizzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur. L-informazzjoni li hija ppubblikata fuq il-paġni tar-Repubblika tal-Estonja tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika, madankollu, hija disponibbli bla ħlas u tista' tiġi mniżżla/riprodotta/tradotta/adattata f'kull edizzjoni, forma u midja għal raġunijiet kummerċjali jew mhux kummerċjali sakemm is-sors tal-materjal ikun identifikat u l-istatus tagħha dwar id-drittijiet tal-awtur tiġi rikonoxxuta. Il-kontenut użat mill-paġni tar-Repubblika tal-Estonja tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika jrid jiġi riprodott b'mod preċiż u ma jridx jintuża f'kuntest qarrieqi.

© L-Irlanda (2018)

Il-materjal li jidher fuq dan is-sit riprodott mill-Irlanda huwa suġġett għad-drittijiet tal-awtur tal-Gvern tal-Irlanda, skont l-Atti tal-2000 dwar id-Dritt tal-Awtur u d-Drittijiet Relatati. Il-materjal jista' jitniżżel għall-iffajljar u l-istampar għal użu personali biss. Meta dan jinħareġ lil oħrajn għandhom jiġu rrikonoxxuti s-sors u l-istatus tad-drittijiet tal-awtur.

Il-permess li jiġi riprodott il-materjal tad-drittijiet tal-awtur tal-Gvern tal-Irlanda ma jestendix għal kull materjal f'dan is-sit li jista' jkun il-proprjetà ta' terzi. Il-permess ta' riproduzzjoni ta' dan il-tali materjal irid jinkiseb mid-detenturi tad-drittijiet tal-awtur ikkonċernati.

© Ir-Repubblika Ellenika (2018)

L-informazzjoni dwar il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika pprovduta mill-Gvern tal-Greċja mhijiex suġġetta għall-kundizzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur. Ċerti ħoloq esterni, madankollu, jistgħu jkunu suġġetti għal-liġi dwar id-drittijiet tal-awtur. Meta għar-riproduzzjoni jew l-użu ta' informazzjoni testwali jew multimedjali (ħoss, stampi, softwer, eċċ.) ikun meħtieġ permess minn qabel, dak il-permess jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b'mod ċar ir-restrizzjonijiet tal-użu.

© Il-Ministeru tal-Ġustizzja Spanjol (2018)

L-aċċess għall-kontenut u l-użu tal-kontenut ipprovdut minn Spanja fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika, l-informazzjoni li hemm fih u l-ħoloq mehmuża u s-servizzi huma l-prerogattiva tal-Ministeru tal-Ġustizzja jew il-korpi li jikkollaboraw miegħu u huma protetti mid-drittijiet xierqa tal-awtur u tal-proprjetà industrijali. L-użu, ir-riproduzzjoni, id-distribuzzjoni, il-komunikazzjoni lill-pubbliku jew it-trasformazzjoni ta' dan il-kontenut jew kull attività simili oħra huma pprojbiti mingħajr il-permess espliċitu mill-Ministeru tal-Ġustizzja. Il-liċenzja tal-utent li juża kull kontenut minn dan il-portal hija limitata għat-tniżżil u l-użu privat ta’ dak il-kontenut, sakemm jibqa’ bla mittiefes.

© Ir-Repubblika Franċiża (2018)

ID-DRITTIJIET TAL-PROPRJETÀ INTELLETTWALI

Il-kontenut ta' dan is-sit web huwa l-proprjetà esklussiva tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Libertajiet u/jew tal-awturi jew tad-detenturi tad-drittijiet tal-awtur, u huwa protett bil-leġiżlazzjoni Franċiża u internazzjonali applikabbli dwar id-drittijiet ta' proprjetà u, b'mod partikolari, bid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Franċiż dwar il-Proprjetà Intellettwali.

Dan japplika fost affarijiet oħrajn għall-karatteristiċi editorjali tas-sit web, għall-preżentazzjoni tal-iskrins u għas-softwer meħtieġ għall-użu ta' dan is-sit, u għal-logos, l-istampi, ir-ritratti u l-grafiċi ta' kull tip.

Il-Ministeru tal-Ġustizzja u tal-Libertajiet jawtorizza lill-utenti biex jaraw il-kontenut biss; dan jeskludi, b'mod partikolari, l-użu mill-ġdid tal-kontenut kollu jew parti minnu fis-sit għal kull skop.

Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata biss f'forma diġitali, fuq il-kompjuter użat li jintuża għall-aċċess tas-sit, għall-fini tal-ivviżwalizzar tal-paġni kkonsultati mis-softwer ta' navigazzjoni tal-utent.

Kull rappreżentazzjoni totali jew parzjali tas-sit web minn kwalunkwe kumpanija mingħajr il-permess espliċitu tal-Ministeru tal-Ġustizzja u tadl-Libertajiet hija pprojbita, u tikkostitwixxi falsifikazzjoni fis-sens tal-Artikoli L.335-2 et seq. tal-Kodiċi Franċiż dwar il-Proprjetà Intellettwali.

Il-ħolqa għall-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi Franċiż dwar il-Proprjetà Intellettwali.

Il-kapitolu tal-Kodiċi dwar is-sanzjonijiet penali jistgħu jiġu aċċessati Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

© Ir-Repubblika Taljana (2018)

L-użu mill-ġdid ta' dokumenti miżmuma mill-Ministeru tal-Ġustizzja Taljana u minn istituzzjonijiet pubbliċi oħra jew f'isimhom minn entitajiet terzi msemmija fuq dan is-sit web huwa suġġett għar-regoli nazzjonali dwar id-drittijiet tal-awtur sakemm ma jiġix indikat mod ieħor.

Ir-riproduzzjoni tal-kontenut tal-paġni tal-Ministeru tal-Ġustizzja Taljana u ta' istituzzjonijiet pubbliċi oħra hija awtorizzata, sakemm jiġi rikonoxxut is-sors, salv fejn dikjarat mod ieħor.

Meta għar-riproduzzjoni jew l-użu ta' informazzjoni testwali jew multimedjali (ħoss, stampi, softwer, eċċ.) ikun meħtieġ permess minn qabel, dak il-permess jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b'mod ċar ir-restrizzjonijiet tal-użu.

© Ir-Repubblika ta' Ċipru (2018)

L-użu mill-ġdid ta' dokumenti miżmuma minn Ċipru jew f'ismu minn entitajiet terzi msemmija f'dan is-sit web huwa suġġett għar-regoli nazzjonali dwar id-drittijiet tal-awtur sakemm ma jiġix indikat mod ieħor. Ir-riproduzzjoni tal-kontenut fuq il-paġni Ċiprijotti hija awtorizzata, dment li ssir referenza għas-sors, għajr fejn jiġi stabbilit mod ieħor. Meta għar-riproduzzjoni jew l-użu ta' informazzjoni testwali jew multimedjali (ħoss, stampi, softwer, eċċ.) ikun meħtieġ permess minn qabel, dak il-permess jegħleb il-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b'mod ċar ir-restrizzjonijiet tal-użu.

© Ir-Repubblika tal-Latvja (2018)

L-informazzjoni pprovduta mill-gvern tal-Latvja hija pubblika u mhijiex suġġetta għal kundizzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur. F'dak ir-rigward, l-informazzjoni li tiġi ppubblikata fuq il-paġni Latvjani tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika hija disponibbli bla ħlas u tista' tiġi mniżżla/riprodotta/tradotta/adattata fl-edizzjonijiet, fil-forom u fil-midja kollha għal skopijiet kummerċjali u mhux kummerċjali.

© Il-Ministeru għall-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja (2018)

L-informazzjoni pprovduta mir-Repubblika tal-Litwanja hija mħarsa mil-Liġi Litwana dwar id-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati u tkun tista' tintuża b'mod ħieles sakemm jiġi rikonoxxut is-sors.

© Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (2018)

Ir-riproduzzjoni tal-kontenut u l-informazzjoni ppreżentati fil-paġni tal-Lussemburgu u li huma miżmuma mill-Istat tal-Lussemburgu jew minn partijiet oħra, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, huma suġġetti għal-liġi tal-Lussemburgu.

Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, ir-riproduzzjoni tal-informazzjoni li fihom il-paġni Lussemburgiżi hija awtorizzata għal skopijiet mhux kummerċjali sakemm is-sors ikun ċitat espliċitament.

Meta jeħtieġ il-permess minn qabel għar-riproduzzjoni jew l-użu ta' informazzjoni testwali jew multimedjali (ħsejjes, immaġni, softwer, eċċ.), dik l-istipulazzjoni tikkanċella l-permess ġenerali u, jekk ikun meħtieġ, tindika kull restrizzjoni għall-użu.

L-Istat tal-Lussemburgu jirrifjuta li jaċċetta kull responsabbiltà fir-rigward tal-użu tal-informazzjoni misjuba fil-paġni tal-Lussemburgu. Għandu jiġi nnotat li l-informazzjoni ppubblikata f'dawn il-paġni mhijiex neċessarjament kompluta, eżawrjenti, eżatta jew aġġornata. Fil-każ li jkun hemm diskrepanzi bejn it-testi ppubblikati f'dawn il-paġni u fid-dokumenti oriġinali, ikunu applikabbli d-dokumenti oriġinali kif ippubblikati fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMémorial.

Xi kultant il-paġni tal-Istat tal-Lussemburgu jirreferu għal paġni li jkunu f'idejn partijiet oħrajn li l-Istat tal-Lussemburgu ma jkollu l-ebda kontroll fuqhom u li fir-rigward tagħhom huwa jirrifjuta li jaċċetta kull responsabbiltà.

L-Istat tal-Lussemburgu ma jaċċetta l-ebda responsabbiltà għal kull ħsara kkawżata fuq il-faċilità tal-kompjuter tal-utent mill-paġni li jieħu ħsiebhom l-Istat tal-Lussemburgu jew oħrajn.

L-Istat tal-Lussemburgu ma jaċċetta l-ebda responsabbiltà fil-każ li s-servizz mogħti minn dawn il-paġni jiġi sospiż, anke temporanjament.

Mhuwiex l-iskop ta' dawn id-dikjarazzjonijiet ta' ċaħda ta' responsabbiltà li jitwarrbu r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni applikabbli, jew li tiġi eskluża r-responsabbiltà f'każijiet fejn din ma tistax tiġi eskluża f'konformità mal-leġiżlazzjoni li ssemmiet qabel.

© L-Ungerija (2018)

L-użu mill-ġdid ta' dokumenti miżmuma mill-Ungerija jew f'isimha minn entitajiet terzi msemmija fuq dan is-sit web huwa suġġett għal-leġiżlazzjoni Ungeriża dwar id-drittijiet tal-awtur sakemm ma jiġix indikat mod ieħor. Ir-riproduzzjoni privata u uffiċjali tal-kontenut fuq il-paġni Ungeriżi hija awtorizzata, dment li jissemma s-sors, għajr fejn jiġi stabbilit mod ieħor. Kull użu ieħor jirrikjedi l-permess minn qabel tad-detentur tad-dritt.

© Ir-Repubblika ta' Malta (2018)

Id-Dritt tal-Awtur/Il-Permess ta' Riproduzzjoni

Il-Gvern ta' Malta, flimkien mal-Ministeri u d-Dipartimenti tiegħu, kif ukoll l-Awtoritajiet u l-awturi tas-siti web, jagħmlu kull sforz biex iżommu l-eżattezza tal-informazzjoni fuq dan is-sit web imma ma jistgħux jiggarantixxu li l-informazzjoni li tidher fuq xi siti web tagħhom jew ta’ ħoloq esterni tkun kompluta, attwali u korretta u għalhekk jisħqu li l-informazzjoni li tinstab hemm ma għandhiex titqies bħala informazzjoni korretta u kompluta fuq kull suġġett. Lanqas ma tista’ tiġi assigurata l-kwalità u l-aċċessibiltà kontinwa jew li ma jkunx hemm interruzzjonijiet minħabba raġunijiet tekniċi. Għalhekk, ma jistgħux jaċċettaw responsabbiltà għal kull preġudizzju, telf jew ħsara li tista' sseħħ mill-użu tal-informazzjoni, billi l-informazzjoni murija hija intiża unikament bħala gwida ġenerali. Il-Gvern ta’ Malta jirriżerva d-dritt li jbiddel, iżid jew ineħħi partijiet jew paġni sħaħ, mingħajr ma javża speċifikatament dwar dan, għal perjodu temporanju.

Il-Gvern ta' Malta, flimkien mal-Ministeri u d-Dipartimenti tiegħu, kif ukoll l-Awtoritajiet u l-awturi tas-siti web, ma jipprovdux kontroll ta' kwalità ta' ħoloq esterni. L-inklużjoni tal-isem ta' kull kumpanija jew negozjant fil-paġni ma għandhiex tinftiehem bħala rakkomandazzjoni tal-prodotti u/jew is-servizzi ta' dik il-kumpanija jew ta' dak in-negozjant.

Dawn il-paġni mhumiex intenzjonati li jagħtu pariri legali. Din tibqa’ l-prerogattiva tal-professjoni legali.

Jekk tidentifika xi informazzjoni fuq dan is-sit li tkun inkorretta jew qarrieqa, ibgħat Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaittra elettronika lill-webmaster dwarha, jew uża l-formola ta' rispons.

Il-materjal fuq dan is-sit web huwa kopert mid-dispożizzjonijiet tal-Att dwar id-Drittijiet tal-Awtur, tal-Liġijiet ta' Malta, tal-politiki u tar-regolamenti u ta' kull ftehim internazzjonali li jsemmi l-Gvern ta' Malta. L-informazzjoni f'dan is-sit web hija disponibbli għal użu personali u għal użu pubbliku mhux kummerċjali. Għal dawn iż-żewġ skopijiet, tista' tiġi riprodotta mingħajr ħlas jew permess ieħor mill-Gvern ta' Malta sakemm il-materjal riprodott ikun kopja vera tal-oriġinal u l-Gvern ta' Malta ikun identifikat bħala s-sors tiegħu. Il-materjal riprodott ma jista' bl-ebda mod jiġi rrappreżentat bħala l-verżjoni uffiċjali, lanqas bħala prodott flimkien ma' jew bil-kunsens tal-Gvern ta' Malta.

© Ir-Renju tan-Netherlands (2018)

Informazzjoni li tkun disponibbli għall-pubbliku u li tkun ingħatat mill-Gvern tan-Netherlands mhijiex suġġetta għal kundizzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur sakemm dan ma jiġix iddikjarat. F'dak ir-rigward, l-informazzjoni li tiġi ppubblikata fuq il-paġni Netherlandiżi tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika hija disponibbli bla ħlas u tista' tiġi mniżżla / riprodotta / tradotta / adattata fl-edizzjonijiet, fil-forom u fil-midja kollha għal skopijiet kummerċjali u mhux kummerċjali għajr meta fl-informazzjoni / f'xi parti mill-informazzjoni pprovduta tiġi inkluża klawżola tad-drittijiet tal-awtur.

© Ir-Repubblika tal-Awstrija (2018)

L-artikli kollha ppubblikati fuq dan is-sit web huma protetti bid-drittijiet tal-awtur, bid-drittijiet kollha riżervati.

L-informazzjoni ppreżentata fuq il-paġni Awstrijaċi tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika hija kkunsidrata informazzjoni pubblika u tista' tiġi distribwita jew ikkupjata, sakemm din ma tiġix użata għal raġunijiet kummerċjali u s-sors jiġi indikat.

Filwaqt li l-Ministeru Federali tal-Ġustizzja (BMJ) jagħmel sforzi raġonevoli biex jinkludi informazzjoni preċiża u aġġornata fuq il-paġni Awstrijaċi tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika, il-Ministeru ma jieħu l-ebda responsabbiltà fir-rigward tal-preċiżjoni, it-tempestività jew il-kompletezza ta' dik l-informazzjoni jew għal informazzjoni fuq siti web oħra li jkun forna xi ħoloq għalihom. L-iskoperta ta' żbalji eventwali tagħti lok għal korrezzjoni mill-aktar fis possibbli.

L-informazzjoni fornuta permezz tal-paġni Awstrijaċi tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika hija ta' karattru ġenerali u mhijiex, għalhekk, adattata għar-rekwiżiti individwali speċifiċi ta' persuni, entitajiet jew orgnaizzazzjonijiet; mhijiex neċessarjament preċiża, kompluta jew aġġornata; hija parzjalment konnessa ma' siti web oħra li la huma influwenzati minn u lanqas fiż-żona ta' responsabbiltà tal-BMJ. Din l-informazzjoni m'għandhiex l-għan li tissostitwixxi s-servizz ta' konsulenza (legali) professjonali. Jekk qiegħed tfittex konsulenza personali, ikkuntattja l-ewwel u qabel kollox espert fil-qasam tal-kwistjoni rispettiva. Jekk għandek mistoqsijiet dwar il-proċedimenti tiegħek fil-qorti, ikkuntattja l-qorti li għandha ġuriżdizzjoni. Ir-rikjesti quddiem qorti jew awtorità kompetenti għandhom isiru l-ewwel f'kull każ fir-rigward ta' mozzjonijiet jew rikorsi li jridu jsiru f'terminu partikolari.

Aħna ma niggarantux li dokument li huwa aċċessibbli permezz tal-paġni Awstrijaċi tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika jikkorrispondi eżattament mat-test adottat uffiċjalment. Huma biss l-atti tar-Repubblika tal-Awstrija li huma ppubblikati bil-mod preskritt mil-liġi fil-"Gazzetta dwar il-Liġi Federali tar-Repubblika tal-Awstrija" (Bundesgesetzblatt der Republik Österreich) li huma legalment vinkolanti.

Xi dokumenti li wieħed jista' jaċċedi għalihom mill-paġni Awstrijaċi tas-sit tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika jirreferu għal informazzjoni fornuta minn organizzazzjonijiet oħra. Il-BMJ, madanakollu, ma jagħti l-ebda garanzija rigward il-preċiżjoni, it-tempestività jew il-korettezza tad-dejta pprovduta.

© Il-Ministeru tal-Ġustizzja tal-Polonja (2018)

Il-kontenut ta' din is-sit web huwa għal skopijiet ta' informazzjoni ġenerali biss u ma jikkostitwix parir. Il-Ministeru tal-Ġustizzja ma jagħti l-ebda assikurazzjoni jew garanzija rigward il-preċiżjoni, it-tempestività, jew l-applikabbiltà ta' kull parti tal-kontenuti.

Il-Ministeru tal-Ġustizzja ma jassumi l-ebda responsabbiltà għall-informazzjoni f'dan is-sit web u ma jassumi l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta' tali informazzjoni. Jistgħu japplikaw dikjarazzjonijiet ta' ċaħda ta' responsabbiltà jew avviżi tad-drittijiet tal-awtur speċifiċi flimkien ma' ċerti kontenuti jew partijiet tas-sit web. L-informazzjoni fil-paġni Polakki li mhijiex suġġetta għal dikjarazzjonijiet ta' ċaħda ta' responsabbiltà jew avviżi tad-drittijiet tal-awtur speċifiċi hija disponibbli b'xejn u tista' tiġi mniżżla/riprodotta/tradotta/adattata fl-edizzjonijiet, il-forom u l-midja kollha għal skopijiet kummerċjali jew mhux kummerċjali.

Il-Ministeru tal-Ġustizzja ma jaċċetta l-ebda responsabbiltà u jeskludi kull responsabbiltà marbuta mat-tfittxija fis-sit web, l-użu tal-informazzjoni jew it-tniżżil ta' kull materjal minnu, inkluża iżda mhux limitata għal kull responsabbiltà għal żbalji, ineżattezzi, omissjonijiet, jew dikjarazzjonijiet qarrieqa jew difamatorji. L-informazzjoni fuq dan is-sit web tista' tinkludi opinjonijiet jew perspettivi li, sakemm ma jiġix espressament iddikjarat mod ieħor, mhumiex neċessarjament dawk tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

Dan is-sit web jinkludi ħoloq għal siti esterni li s-servizzi tal-Ministeru tal-Ġustizzja ma għandhom l-ebda kontroll fuqhom u li l-Ministeru tal-Ġustizzja ma jerfa' l-ebda responsabbiltà dwarhom.

© Ir-Repubblika Portugiża (2018)

L-użu mill-ġdid, minn terzi ta' dokumenti li jinsabu f'dan il-portal u li huma proprjetà tal-Portugall huma protetti bid-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u bid-drittijiet ta' proprjetà industrijali skont il-Liġi Portugiża, id-dritt tal-UE u l-ftehimiet internazzjonali applikabbli. L-informazzjoni li tinsab f'dan il-portal hija pubblika u, sakemm ma jiġix iddikjarat espressament mod ieħor, tista' tiġi riprodotta u użata mill-ġdid sakemm jiġi rikonoxxut is-sors. Meta tkun tinħtieġ awtorizzazzjoni minn qabel għar-riproduzzjoni jew l-użu ta' test jew informazzjoni multimedjatika (ħoss, stampi, programmi tal-kompjuter, eċċ.), il-permess ġeneriku msemmi hawn fuq mhuwiex applikabbli. Jista' jingħata permess speċifiku fuq talba għall-użu mill-ġdid u r-riproduzzjoni ta' dokumenti b'informazzjoni li, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti, ma tistax tintuża mill-ġdid liberament. Permess speċifiku jistabbilixxi b'mod ċar ir-restrizzjonijiet li japplikaw għall-użu tad-dokumenti koperti minnu.

© Ir-Rumanija (2018)

L-użu mill-ġdid ta' dokumenti miżmuma mir-Rumanija jew f'isimha minn entitajiet terzi msemmija fuq dan is-sit web huwa suġġett għar-regoli nazzjonali dwar id-drittijiet tal-awtur sakemm ma jiġix indikat mod ieħor. Ir-riproduzzjoni tal-kontenut fuq il-paġni Rumeni hija awtorizzata, dment li ssir referenza għas-sors, għajr fejn jiġi stabbilit mod ieħor. Meta għar-riproduzzjoni jew l-użu ta' informazzjoni testwali jew multimedjali (ħoss, stampi, softwer, eċċ.) ikun meħtieġ permess minn qabel, dak il-permess jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b'mod ċar ir-restrizzjonijiet tal-użu.

© Ir-Repubblika tas-Slovenja (2018)

L-użu mill-ġdid ta' dokumenti miżmuma mill-Gvern tas-Slovenja jew minn entitajiet terzi f'isimha li jidhru fuq dan is-sit web huwa suġġett għar-regoli nazzjonali dwar id-drittijiet tal-awtur sakemm ma jiġix indikat mod ieħor. Ir-riproduzzjoni tal-kontenut dwar il-paġni Sloveni hija awtorizzata, sakemm is-sors jiġi rikonoxxut, għajr meta jiġi pprovdut mod ieħor u jista' jiġi riprodott biss għal skopijiet li mhumiex kummerċjali.

Meta għar-riproduzzjoni jew l-użu ta' informazzjoni testwali jew multimedjali (ħoss, stampi, softwer, eċċ.) ikun meħtieġ permess minn qabel, dak il-permess jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b'mod ċar ir-restrizzjonijiet tal-użu.

© Ir-Repubblika Slovakka (2018)

L-użu mill-ġdid ta' dokumenti miżmuma mir-Repubblika Slovakka jew minn entitajiet terzi f'isimha li jidhru fuq dan is-sit web huwa suġġett għar-regoli Slovakki dwar id-drittijiet tal-awtur sakemm ma jiġix indikat mod ieħor. Il-limitazzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur, id-drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur u mad-dritt tad-database sui generis huma permessi biss f'każijiet speċjali stipulati fl-Att dwar id-Drittijiet tal-Awtur Nru 618/2003 Coll. kif emendat. L-użu jew it-tneħħija tas-suġġett skont l-Att dwar id-Drittijiet tal-Awtur ma jridux ikunu b'kunflitt mal-isfruttar maħsub normali u ma jridux jippreġudikaw b’mod mhux raġonevoli l-interessi leġittimi tad-detenturi tad-drittijiet. Fil-każijiet l-oħra għandu jinkiseb permess minn qabel għall-użu ta' suġġett (liċenzja).

Għal aktar informazzjoni dwar il-liġi Slovakka dwar id-drittijiet tal-awtur irreferi għall-ħoloq li ġejjin:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabl-Ingliż
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabis-Slovakk

© Ir-Repubblika tal-Finlandja (2018)

L-informazzjoni dwar il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika pprovduta mill-Gvern Finlandiż hija pubblika u mhijiex suġġetta għall-kundizzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur.

© Ir-Renju tal-Iżvezja (2018)

Il-materjal ippubblikat fil-paġni tal-Iżvezja tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika jista' jiġi riprodott mingħajr ħlas. Is-sors għandu jiġi rikonoxxut fejn dan ikun mitlub speċifikatament.

© Id-drittijiet tal-awtur tal-Kuruna (2018)

L-informazzjoni prodotta mill-Gvern tar-Renju Unit hija protetta mid-drittijiet tal-awtur tal-Kuruna. Il-kontenut kollu huwa disponibbli taħt Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Liċenzja tal-Gvern Miftuħa v3.0, għajr fejn indikat mod ieħor.


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

Última actualización: 11/12/2018