Skip to main content

Taħriġ inizjali ta’ mħallfin u prosekuturi fl-Unjoni Ewropea

Litwanja
Il-kontenut ipprovdut minn
Litwanja
Flag of Lithuania

Imħallfin

Deskrizzjoni ġenerali

It-taħriġ inizjali huwa obbligatorju għal kull imħallef ġdid maħtur fir-Repubblika tal-Litwanja. Dan it-tip ta’ taħriġ huwa organizzat għall-imħallfin ġodda kollha f’daqqa: l-imħallfin fil-ġudikatura ordinarja u l-imħallfin amministrattivi jattendu dan it-taħriġ fl-istess ħin.

Qabel ma jiġu implimentati, il-programmi ta’ taħriġ jitfasslu (skont valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ taħriġ) mill-Amministrazzjoni tal-Qrati Nazzjonali tar-Repubblika tal-Litwanja, jiġu kkoordinati mal-Kumitat tar-Relazzjonijiet Internazzjonali u t-Taħriġ tal-Kunsill Ġudizzjarju u jiġu ppreżentati għall-approvazzjoni mill-Kunsill Ġudizzjarju. Wara li l-programmi ta’ taħriġ jiġu approvati, l-Amministrazzjoni tal-Qrati Nazzjonali torganizza t-taħriġ inizjali.

L-għadd ta’ parteċipanti li jattendu dan it-tip ta’ taħriġ jiddependi fuq l-għadd ta’ mħallfin ġodda maħtura dik is-sena. Is-soltu, l-għadd ma jkunx anqas minn 5-8 imħallfin fis-sena. Normalment, it-taħriġ inizjali jiġi organizzat darbtejn fis-sena. Madankollu, jekk f’sena partikolari jinħatar għadd akbar ta’ mħallfin, jistgħu jiġu organizzati aktar sessjonijiet ta’ taħriġ inizjali biex tiġi ssodisfata ż-żieda fit-talba.

Aċċess għat-taħriġ inizjali

It-taħriġ huwa obbligatorju; għaldaqstant, kull imħallef maħtur ġdid irid jattendi t-taħriġ fi żmien sena mill-appuntament tiegħu.

Il-format u l-kontenut tat-taħriġ inizjali

It-taħriġ inizjali huwa taħriġ li jdum 5 ijiem li jinkludi suġġetti b’rabta mal-ħiliet personali. It-taħriġ relatat mad-dritt (inkluż taħriġ dwar id-dritt tal-UE) huwa aċċessibbli għall-imħallfin ġodda maħtura (flimkien mal-kumplament tal-imħallfin l-oħra) permezz tal-iskeda tat-taħriġ regolari, organizzat skont il-programmi approvati mill-Kunsill Ġudizzjarju, flimkien ma’ mħallfin oħra.

Terminazzjoni tal-proċess ta’ taħriġ u kwalifika inizjali

Minħabba l-fatt li fil-Litwanja, persuna tinħatar (issir) imħallef wara li tgħaddi l-eżamijiet bl-ogħla marki biss, ma jsir l-ebda eżami sussegwenti wara li jiġi implimentat il-programm tat-taħriġ inizjali.

Prosekuturi

Dan il-kontenut ma ġiex ipprovdut.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna