Imħallfin
Deskrizzjoni ġenerali
Mill-2020 il-Latvja tipprovdi taħriġ ta’ induzzjoni għal imħallfin maħtura ġodda (wara approvazzjoni għall-kariga ta’ mħallfin) ibbażat fuq il-Liġi dwar is-Setgħat Ġudizzjarji, l-Artikolu 89, unità 5, li tobbliga lil kull imħallef maħtur ġdid jattendi l-programm ta’ taħriġ speċjali matul l-ewwel sena tas-servizz. L-udjenza ewlenija għall-programm ta’ taħriġ huma mħallfin mill-ġuriżdizzjoni ġenerali. L-imħallfin maħtura ġodda minn qrati amministrattivi jingħaqdu mal-programm ta’ taħriġ meta jkun utli u applikabbli. Madankollu huwa previst li jiġi żviluppat programm ġdid immirat speċifikament għal imħallfin tal-qorti amministrattiva maħtura ġodda.
It-taħriġ għall-imħallfin u l-persunal tal-qrati huwa r-responsabbiltà tal-Amministrazzjoni tal-Qorti (CA, Court Administration) tal-Latvja, madankollu dan il-kompitu huwa ddelegat liċ-Ċentru ta’ Taħriġ Ġudizzjarju Latvjan (LJTC, Latvian Judicial Training Centre), organizzazzjoni mhux governattiva mwaqqfa fl-1995 minn donaturi internazzjonali u l-Assoċjazzjoni Latvjana tal-Imħallfin. L-LJTC għandu l-esperjenza u l-għarfien interni biex jiżgura t-taħriġ ta’ kwalità lill-imħallfin maħtura ġodda, l-imħallfin b’esperjenza u l-persunal tal-qorti. L-LJTC huwa rregolat mil-Liġi tal-Assoċjazzjonijiet u l-Fondazzjonijiet kif ukoll ftehim fuq terminu twil bejn is-CA u l-LJTC dwar affarijiet speċifiċi rigward il-provvista tat-taħriġ fuq livell nazzjonali u internazzjonali.
Bħala medja jkun hemm sa 15-il apprendist fis-sena kemm f’ġuriżdizzjonijiet ġenerali kif ukoll f’dawk amministrattivi.
Aċċess għat-taħriġ inizjali
Wara l-għażla tal-kandidati biex isiru mħallfin u malli l-Parlament (Saeima) jivvota għall-kandidati, l-LJTC għandu l-permess biex jibda l-programm ta’ taħriġ. Ma hemm l-ebda proċedura ta’ għażla addizzjonali jew speċifika peress li diġà ssir mill-Kumitat tal-Għażla. Hemm biss rotta waħda biex tidħol fil-Ġudikatura – li tgħaddi mil-livelli kollha tal-għażla u tkun approvat mill-Parlament.
Inizjalment l-imħallfin jinħatru għal perjodu ta’ 3 snin.
Format u kontenut tat-taħriġ inizjali
Il-programm ta’ taħriġ għall-imħallfin maħtura ġodda huwa mibni mill-programm aktar estensiv żviluppat qabel għal kandidati għall-pożizzjoni ta’ mħallfin.
Madankollu, il-programm ġdid jimmira lejn ħames responsabbiltajiet ġudizzjarji ewlenin ta’ mħallef:
- Li jħejji l-kawża għas-smigħ (tinkludi kontenut dwar: proċedimenti tal-qorti dwar kawżi ċivili u kawżi kriminali, ġestjoni tal-kawżi, deċiżjonijiet tal-qorti kwalitattivi, tmexxija personali, etika ġudizzjarja, ir-rwol ta’ mħallef, eċċ);
- Li jmexxi seduta tal-qorti (tinkludi kontenut dwar: ġestjoni tal-kawżi, proċedimenti tal-qorti, tmexxija personali, ħiliet oratorji tal-preżentazzjoni, intelliġenza emozzjonali u soċjali, argumentazzjoni u ħsieb kritiku, qorti finta dwar kawżi ċivili u kriminali, qorti finta mmexxija mis-Senaturi tal-Qorti Suprema, bażi ta’ proċess ta’ medjazzjoni), eċċ;
- Li jikteb deċiżjoni tal-qorti (tinkludi kontenut dwar: proċedimenti tal-qorti dwar kawżi ċivili u kawżi kriminali, ġestjoni tal-kawżi, deċiżjonijiet tal-qorti kwalitattivi f’kawżi ċivili u kriminali, eċċ;
- Li jiżgura kollaborazzjoni u komunikazzjoni effettivi (tinkludi kontenut dwar: diskussjoni dwar ir-rwol ta’ mħallef fis-seklu 21, proċedimenti tal-qorti dwar kawżi ċivili u kawżi kriminali, ġestjoni tal-kawżi, deċiżjonijiet tal-qorti kwalitattivi f’kawżi ċivili u kriminali, laqgħat ma’ mħallfin għal istanzi oħrajn u l-qorti Kostituzzjonali, professjonijiet legali oħrajn, tmexxija personali, ħiliet tal-preżentazzjoni, intelliġenza emozzjonali, qorti finta, etika legali, diskussjoni ma’ mħallfin żgħażagħ dwar l-esperjenzi tagħhom fl-ewwel sena ta’ servizz, bini ta’ tim, kif jiġi żviluppat pjan ta’ żvilupp personali, eċċ)
- Li jifhem ir-rwol ta’ mħallef, l-ispeċifiċitajiet tal-professjoni, il-limitazzjonijiet u r-responsabbiltajiet (qorti finta dwar kawżi ċivili u kriminali, intelliġenza emozzjonali u soċjali, etika legali (deontoloġija) u speċifiċitajiet tal-etika ġudizzjarja, ir-rwol ta’ mħallef u l-aspettattivi tas-soċjetà u tal-Istat.
Il-programm huwa organizzat biex jappoġġa wkoll l-iżvilupp tal-kompetenzi ddefiniti għall-membri tal-ġudikatura:
- valuri u etika;
- mentalità analitika u kunċettwali;
- ir-rieda li jitgħallmu u li jkunu miftuħa għall-żvilupp personali;
- il-kapaċità li jiddeċiedu u jieħdu responsabbiltajiet;
- il-komunikazzjoni u l-kapaċità li jikkollaboraw;
- il-kapaċità li jippjanaw (organizzazzjoni u elastiċità).
Il-biċċa l-kbira tat-tagħlim huwa żgurat minn ħarrieġa mħallfin li huma mħarrġa dwar il-metodoloġiji u t-tekniki ta’ taħriġ. L-LJTC jiżgura appoġġ sħiħ tat-taħriġ waqt li jiżviluppa/jaġġorna programmi u matul it-taħriġ, speċjalment jekk it-taħriġ isir online. L-LJTC jiżgura li l-mentors imħallfin li huma mħarrġa biex jagħmlu l-mentoraġġ ikunu appoġġati wkoll, jiltaqgħu fuq bażi regolari u jiddiskutu l-isfidi. Mentor huwa disponibbli mill-ewwel jum tas-servizz. Filwaqt li l-mentors qed jappoġġaw l-imħallfin żgħażagħ, barra minn hekk, hija offruta wkoll superviżjoni professjonali li tgħin lill-imħallfin żgħażagħ jittrattaw sitwazzjonijiet mhux tipiċi, kwistjonijiet mal-kollegi u persunal jew ikampaw mal-impatt ta’ kawżi diffiċli ħafna.
Ftit mit-taħriġ (jiġifieri fuq is-sistema ta’ informazzjoni tal-Qorti, il-protezzjoni tad-data u l-privatezza, sistemi interni tal-HR, eċċ) huwa pprovdut minn speċjalisti mill-Amministrazzjoni tal-Qorti.
Id-dritt tal-UE huwa parti integrali mit-taħriġ dwar kwistjonijiet speċifiċi, topikalitajiet transfruntieri, drittijiet tal-bniedem u drittijiet fundamentali huma pprovduti bħala suġġetti addizzjonali matul l-ewwel sena ta’ servizz. Addizzjonalment, huwa mħeġġeġ li jiġu segwiti l-programmi biex wieħed jitgħallen waħdu li huma offruti wkoll internament u fornituri internazzjonali oħrajn tat-taħriġ (pereżempju, HELP).
Il-programm huwa kkomplemetat mill-apprendistati organizzati minn kull qorti fejn l-imħallef ikun maħtur. Il-programm se jiġi żviluppat aktar biex jiżgura li l-apprendistat isir ukoll fil-qrati tal-appell u l-qorti Kostituzzjonali u uffiċċji oħrajn tal-professjonijiet legali (pereżempju, servizz ta’ prosekuzzjoni għal imħallfin ta’ kawżi kriminali).
L-LJTC, bħala membru tal-EJTN mill-2004, jiżgura parteċipazzjoni regolari ta’ mħallfin Latvjani fi programmi bħal AIAKOS u THEMIS, programmi mmirati speċifikament għall-kandidati għal pożizzjoni ta’ mħallfin u mħallfin maħtura ġodda.
Biex jappoġġa t-timijiet għall-kompetizzjoni THEMIS, l-LJTC joffri taħriġ fil-ħiliet oratorji, fil-lingwaġġ ġuridiku, fil-ħiliet tal-preżentazzjoni, appoġġ ta’ tutur, eċċ.
Taħriġ fil-lingwaġġ ġuridiku ma huwiex ipprovdut fuq livell nazzjonali bħala parti mill-programm ta’ taħriġ. Madankollu, taħriġ offrut mill-EJTN fit-terminoloġija ġuridika huwa apprezzat ħafna mhux biss minn imħallfin żgħażagħ.
Il-maġġoranza tal-programm ta’ taħriġ (200 siegħa akkademika/AC, 1 AC hija 45 minuta, tul summattiv huwa 2.5-3 xhur) huwa pprovdut bħala parti intensiva fil-bidu tas-servizz. Wara l-ewwel parti tal-programm ta’ taħriġ, evalwazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ taħriġ speċifiċi, b’kunsiderazzjoni tal-ispeċjalizzazzjoni, hija offruta malajr kemm jista’ jkun. Il-profil sħiħ tal-apprendist huwa żviluppat flimkien mal-pjan ta’ żvilupp personali individwali. Il-programm huwa organizzat b’mod li jħeġġeġ apprendist jieħu responsabbiltà sħiħa tal-iżvilupp professjonali u t-taħriġ regolari tiegħu.
Terminazzjoni tat-taħriġ inizjali u l-proċess ta’ kwalifika
Ma hemmx politika ta’ terminazzjoni għaliex is-sistema ġudizzjarja ma tirrikjedix ittestjar jew eżami wara li l-programm ikun tlesta.
Meta tagħżel u tapprova mħallfin ġodda, il-ġudikatura ma tipprevedix terminazzjoni tat-taħriġ waqt it-taħriġ. Eżami jew ittestjar u ttestjar mill-ġdid ma jitwettqux. Jekk nassumu li l-kumitat tal-għażla jkun approva l-aħjar kandidati għall-pożizzjoni ta’ mħallef, taħriġ inklużiv u interattiv huwa pprovdut kemm fil-forma ta’ seminars kif ukoll f’apprendiment fuq il-post tax-xogħol (fil-forma ta’ internship), imħallef ġdid huwa ggarantit tħejjija ta’ kwalità għall-impjieg. Imħallef ġdid huwa approvat għal perjodu probatorju ta’ 3 snin.
Prosekuturi
Dan il-kontenut ma ġiex ipprovdut.