Skip to main content

Rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni f'materji ċivili

Lussemburgu
Lussemburgu
Flag of Luxembourg

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Luxembourg
Proċeduri transfruntieri Ewropej - Miżuri ta' Protezzjoni Ewropej f'materji ċivili
* input mandatarju

Artikolu 18 (a)(i) - l-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri ta’ protezzjoni u joħorgu ċ-ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 5

L-awtoritajiet li huma kompetenti biex jordnaw miżuri protettivi:

Il-prosekutur pubbliku (Procureur d’Etat), skont il-Liġi emendata dwar il-Vjolenza Domestika tat-8 ta’ Settembru 2003, u l-imħallef għall-affarijiet tal-familja (Tribunal d’Arrondissement), skont l-Artikoli 1017-1 sa 1017-12 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili l-ġdid.

L-awtoritajiet li huma kompetenti biex joħorġu ċertifikati:

Il-prosekutur pubbliku (Procureur d’Etat), skont il-Liġi emendata dwar il-Vjolenza Domestika tat-8 ta’ Settembru 2003, u l-l-imħallef għall-affarijiet tal-familja, skont l-Artikoli 1017-1 sa 1017-12 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili l-ġdid.

Artikolu 18 (a)(ii) - l-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura ta’ protezzjoni ordnata fi Stati Membruieħor u/jew li huma kompetenti biex jeżegwixxu tali miżura

L-awtoritajiet li quddiemhom għandha tiġi invokata miżura protettiva ordnata fi Stat Membru ieħor:

Il-prosekutur pubbliku u għal pagamenti ta’ penali, il-President tal-qorti distrettwali.

L-awtoritajiet kompetenti biex jinfurzaw tali miżura:

Il-prosekutur pubbliku u għal pagamenti ta’ penali, il-President tal-qorti distrettwali.

Artikolu 18 (a)(iii) - l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jagħmlu l-aġġustament tal-miżuri ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 11(1)

L-awtoritajiet li huma kompetenti biex jiġi effettwat l-aġġustament tal-miżuri protettivi skont l-Artikolu 11(1):

Il-President tal-qorti distrettwali fi proċedimenti urġenti.

Artikolu 18 (a)(iv) - il-qrati li lilhom ir-rikors għal rifjut tar-rikonoxximent u, fejn applikabbli, tal-eżekuzzjoni għandu jiġi ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 13

Rikors għal rifjut tar-rikonoxximent irid jitressaq quddiem il-President tal-qorti distrettwali fi proċedimenti urġenti, f’konformità mal-Artikolu 13. 

Rikors għal rifjut tal-eżekuzzjoni jrid jitressaq quddiem il-President tal-qorti distrettwali fi proċedimenti urġenti, f’konformità mal-Artikolu 13.

Artikolu 18 (b) - il-lingwa jew lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)

Il-Lussemburgu jaċċetta l-lingwa Franċiża u l-lingwa Ġermaniża.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna