1 It-tipi ta’ reġistri li jeżistu fl-Istat Membru, li jinkludu informazzjoni rilevanti għas-suċċessjonijiet
- Reġistru tal-artijiet
- Reġistru taż-żwiġijiet
- Reġistru tat-twelid
- Reġistru tal-imwiet
- Reġistru tar-reġimi tal-proprjetà
- Reġistru ċentrali tat-testmenti
- Reġistru tal-bastimenti
- Reġistru tal-irhna fuq inġenji tal-ajru
- Reġistru tan-negozji
- Portal tal-avviżi ta’ insolvenza
2 Informazzjoni li tinsab f’kull wieħed mir-reġistri tal-Istat Membru, kif elenkat taħt il-punt 1
Isem ir-reġistru: reġistru tal-artijiet
Kontenut tar-reġistru |
|
Korp ta’ reġistrazzjoni |
Ir-reġistru tal-artijiet jinżamm mill-qorti lokali b’ġuriżdizzjoni ratione loci (uffiċċju tar-reġistru tal-artijiet). Madankollu, kull reġistru tal-artijiet u nutar jipprovdu aċċess għar-reġistri tal-artijiet kollha madwar il-Ġermanja. |
Il-korpi ta’ reġistrazzjoni lokali huma llinkjati ma’ xulxin? |
Iva, ir-reġistri tal-artijiet ta’ kull Land huma llinkjati permezz ta’ portali elettroniċi uniċi. |
Ir-reġistri lokali ta’ korpi fi Stat Membru ieħor jistgħu jiġu kkuntattjati? |
Iva. |
Aċċess għar-reġistru |
L-aċċess ma huwiex ristrett għal kategoriji partikolari ta’ persuni. L-aċċess jingħata lil kull min ikollu interess leġittimu. |
Il-korp ta’ reġistrazzjoni huwa awtorizzat jikkondividi informazzjoni ma’ korpi nazzjonali oħrajn? (a) X’informazzjoni tista’ tiġi kondiviża? (b) Fuq liema bażi ikun possibbli rifjut? |
Iva. (a) L-informazzjoni kollha disponibbli. (b) Rifjut ma huwiex possibbli. |
X’informazzjoni jkollu bżonn jipprovdi l-korp rikjedenti sabiex jippermetti lill-korp ta’ reġistrazzjoni jfittex fir-reġistru? |
|
Trid tiġi pprovduta evidenza? |
Le. |
Il-korp rikjedenti jrid juri li t-tiftixa titwettaq skont l-Artikolu 66(5) tar-Regolament (UE) 650/2012? |
Interess leġittimu neċessarju jista’ jintwera, pereżempju, permezz ta’ kopja tal-applikazzjoni għal ċertifikat Ewropew tas-suċċessjoni (ECS). |
Kif tista’ tinstab l-informazzjoni mitluba? |
Ma huwa stipulat l-ebda mezz partikolari. Talba bil-miktub jew applikazzjoni bil-posta elettronika huma żewġ modi possibbli. |
B’liema lingwa trid issir it-talba? |
Bil-Ġermaniż. |
F’liema forma tiġi pprovduta l-informazzjoni? |
Kopja mir-reġistru tal-artijiet tista’ tiġi pprovduta bħala kopja stampata jew b’mod elettroniku. L-awtentikazzjoni hija possibbli. |
B’liema lingwa tiġi pprovduta l-informazzjoni? |
Bil-Ġermaniż. |
Il-proċedura hija soġġetta għal tariffa? |
Le. |
X’inhuma l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ wirt? |
Wirt jiddaħħal fir-reġistru tal-artijiet fuq il-bażi ta’ applikazzjoni u tal-preżentazzjoni ta’ wieħed mid-dokumenti li ġejjin:
|
X’informazzjoni hija meħtieġa biex il-korp ta’ reġistrazzjoni jidentifika l-art reġistrata sabiex jirreġistra tibdil fis-sjieda b’riżultat tas-suċċessjoni? |
Id-distrett tar-reġistru tal-artijiet, in-numru tal-iskeda tar-reġistru tal-artijiet jew in-numru katastali. |
X’inhi l-portata ġuridika tal-kontenut tar-reġistru tal-artijiet? |
Ir-reġistru tal-artijiet juri awtentiċità. Dan ifisser li l-kontenut tar-reġistru tal-artijiet jitqies li jkun korrett sakemm ma jkunx magħruf bil-kontra jew sakemm ma tiddaħħalx oġġezzjoni fir-reġistru tal-artijiet. |
Isem ir-reġistru: reġistru taż-żwiġijiet [1]
Kontenut tar-reġistru |
Id-data u l-post tat-twelid, l-ismijiet u l-kunjomijiet tal-konjuġi, il-post u d-data tat-twelid tagħhom, il-ġeneru, l-affiljazzjoni reliġjuża (jekk mixtieqa), l-ismijiet u l-kunjomijiet tal-konjuġi wara ż-żwieġ. Meta rilevanti: il-mewt tal-ewwel konjuġi deċedut; id-dikjarazzjoni tal-mewt jew id-dikjarazzjoni ġudizzjarja tal-mewt ta’ konjuġi u l-annullament ta’ deċiżjonijiet bħal dawn, u x-xoljiment taż-żwieġ permezz taż-żwieġ tal-konjuġi l-ieħor; l-annullament taż-żwieġ jew tad-divorzju; id-dikjarazzjoni tan-nuqqas ta’ eżistenza taż-żwieġ; kwalunkwe tibdil fl-ismijiet tal-konjuġi; kwalunkwe tibdil ieħor fl-istat ċivili; tibdil fl-affiljazzjoni reliġjuża (jekk mixtieqa) u r-rettifika ta’ entrata. |
Korp ta’ reġistrazzjoni |
L-uffiċċju tar-reġistru ċivili fejn iż-żewġ ikun ġie kkuntrattat ikun kompetenti. L-informazzjoni ta’ kuntatt għandha tkun disponibbli fuq il-paġna ewlenija rilevanti. |
Hemm reġistri lokali? |
L-uffiċċji tar-reġistru ċivili huma parti mill-amministrazzjoni tal-Länder. |
Il-korpi ta’ reġistrazzjoni lokali huma llinkjati ma’ xulxin? |
L-uffiċċji tar-reġistru ċivili f’kull Land u madwar il-pajjiż jistgħu jiskambjaw messaġġi. |
Ir-reġistri lokali ta’ korpi fi Stat Membru ieħor jistgħu jiġu kkuntattjati? |
Kwalunkwe uffiċċju tar-reġistru ċivili jista’ jiġi kkuntattjat. |
Aċċess għar-reġistru |
L-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta skont trattati internazzjonali eżistenti. |
Hemm restrizzjonijiet fuq l-aċċess? |
Informazzjoni mir-reġistri ċivili tista’ tiġi pprovduta lil membri tal-familja u lil persuni oħrajn li juru interess legali. Dan japplika wkoll għall-aċċess għal skopijiet xjentifiċi. Barra minn hekk, l-awtoritajiet pubbliċi u l-qrati jistgħu jużaw reġistri ċivili. |
Il-korp ta’ reġistrazzjoni huwa awtorizzat jikkondividi informazzjoni ma’ korpi nazzjonali oħrajn? X’informazzjoni tista’ tiġi kondiviża? |
L-uffiċċji tar-reġistru ċivili jipprovdu lil awtoritajiet nazzjonali oħrajn bid-data li jkunu jeħtieġu mir-reġistri tal-istat ċivili sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom. Inkella, ma sseħħ l-ebda trażmissjoni ta’ data. |
X’informazzjoni jkollu bżonn jipprovdi l-korp rikjedenti sabiex jippermetti lill-korp ta’ reġistrazzjoni jfittex fir-reġistru? |
Sabiex tikkuntattja lill-uffiċċju kompetenti tar-reġistru ċivili, l-awtorità barranija trid tkun taf fejn ikun ġie kkuntrattat iż-żwieġ. Sabiex tinstab l-entrata t-tajba fir-reġistru, iridu jiġu pprovduti l-ismijiet u l-kunjomijiet tal-konjuġi, l-ismijiet tat-twelid tagħhom u d-data taż-żwieġ. |
Trid tiġi pprovduta evidenza? |
L-awtorità trid turi li l-informazzjoni mir-reġistru taż-żwiġijiet tkun neċessarja għat-twettiq tal-kompiti li għalihom tkun kompetenti. |
Il-korp rikjedenti jrid juri li t-tiftixa titwettaq skont l-Artikolu 66(5) tar-Regolament (UE) 650/2012? |
Jekk jogħġbok irreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija preċedenti. Fi kwalunkwe każ tkun ta’ għajnuna li tiġi pprovduta evidenza bħal din. |
Kif tista’ tinstab l-informazzjoni mitluba u l-informazzjoni kif tiġi pprovduta? |
It-talba ssir bil-miktub (jiġifieri elettronikament ukoll jekk tiġi pprovduta firma elettronika kwalifikata) u d-dokument jintbagħat f’kopja stampata. |
B’liema lingwa trid issir it-talba? |
Fil-prinċipju, talba għandha ssir bil-Ġermaniż, billi dan huwa l-lingwa uffiċjali. Kemm l-uffiċċju tar-reġistru ċivili jifhem lingwi oħrajn ma jistax ikun magħruf f’sens ġenerali. |
F’liema forma tiġi pprovduta l-informazzjoni? |
Siltiet iċċertifikati mir-reġistru, traskrizzjonijiet iċċertifikati mir-reġistru, ċertifikati tal-mewt. |
B’liema lingwa tiġi pprovduta l-informazzjoni? |
Id-dokumenti jinħarġu bil-Ġermaniż. |
Il-proċedura hija soġġetta għal tariffa? |
Il-Länder huma responsabbli għad-determinazzjoni ta’ jekk jiġux imposti tariffi u, jekk iva, kemm. |
X’inhi l-portata ġuridika/l-importanza tal-prova tal-entrati fir-reġistri tal-istat ċivili? |
L-entrati fir-reġistri tal-istat ċivili jagħtu prova tal-istat ċivili u tad-dettalji pprovduti għal dak l-għan (l-Artikolu 54 tal-Att dwar l-Istat Ċivili (Personenstandsgesetz)). |
Isem ir-reġistru: reġistru tat-twelid
Kontenut tar-reġistru |
L-isem u l-kunjom tat-tfal fit-twelid; il-post, il-jum, is-siegħa u l-minuta tat-twelid; il-ġeneru tat-tfal; (fil-prinċipju) l-ismijiet u l-kunjomijiet tal-ġenituri, il-ġeneru u l-affiljazzjoni reliġjuża (jekk mixtieqa) tagħhom. Meta rilevanti: paternità stabbilita/rikonoxxuta wara t-twelid; maternità rikonoxxuta; tibdil fl-istat ċivili tat-tfal; tibdil fl-isem tal-ġenituri jew ta’ wieħed mill-ġenituri meta t-tfal jieħdu l-isem il-ġdid; l-istabbiliment tal-isem tat-tfal b’effett ġeneralment vinkolanti; l-indikazzjoni jew it-tibdil sussegwenti tal-ġeneru tat-tfal; l-affiljazzjoni reliġjuża (jekk mixtieqa) tat-tfal u kwalunkwe tibdil fiha, u r-rettifika ta’ entrata. |
Korp ta’ reġistrazzjoni |
L-uffiċċju tar-reġistru ċivili li fil-ġuriżdizzjoni tiegħu jkunu twieldu t-tfal ikun kompetenti. L-informazzjoni ta’ kuntatt għandha tkun disponibbli fuq il-paġna ewlenija rilevanti. |
Hemm reġistri lokali? |
L-uffiċċji tar-reġistru ċivili huma parti mill-amministrazzjoni tal-Länder. |
Il-korpi ta’ reġistrazzjoni lokali huma llinkjati ma’ xulxin? |
L-uffiċċji tar-reġistru ċivili f’kull Land u madwar il-pajjiż jistgħu jiskambjaw messaġġi. |
Ir-reġistri lokali ta’ korpi fi Stat Membru ieħor jistgħu jiġu kkuntattjati? |
Kwalunkwe uffiċċju tar-reġistru jista’ jiġi kkuntattjat. |
Aċċess għar-reġistru |
L-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta skont trattati internazzjonali eżistenti. |
Fil-każ ta’ restrizzjonijiet fuq l-aċċess, min ikun intitolat jaċċessa? |
Informazzjoni mir-reġistri ċivili tista’ tiġi pprovduta lil membri tal-familja u lil persuni oħrajn li juru interess legali. Dan japplika wkoll għall-aċċess għal skopijiet xjentifiċi. Barra minn hekk, l-awtoritajiet pubbliċi u l-qrati jistgħu jużaw reġistri ċivili. |
Il-korp ta’ reġistrazzjoni huwa awtorizzat jikkondividi informazzjoni ma’ korpi nazzjonali oħrajn? X’informazzjoni tista’ tiġi kondiviża? |
L-uffiċċji tar-reġistru ċivili jipprovdu lil awtoritajiet nazzjonali oħrajn bid-data li jkunu jeħtieġu mir-reġistri tal-istat ċivili sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom. Inkella, ma sseħħ l-ebda trażmissjoni ta’ data. |
X’informazzjoni jkollu bżonn jipprovdi l-korp rikjedenti sabiex jippermetti lill-korp ta’ reġistrazzjoni jfittex fir-reġistru? |
Sabiex tikkuntattja lill-uffiċċju kompetenti tar-reġistru ċivili, l-awtorità barranija jeħtiġilha tkun taf fejn hu l-post tat-twelid. Sabiex tinstab l-entrata t-tajba fir-reġistru, iridu jiġu pprovduti l-ismijiet u l-kunjom(ijiet) tat-tfal u tal-ġenituri u d-data tat-twelid. |
Trid tiġi pprovduta evidenza? |
L-awtorità trid turi li l-informazzjoni mir-reġistru tat-twelid tkun neċessarja għat-twettiq tal-kompiti li għalihom tkun kompetenti. |
Il-korp rikjedenti jrid juri li t-tiftixa titwettaq skont l-Artikolu 66(5) tar-Regolament (UE) 650/2012? |
Jekk jogħġbok irreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija preċedenti. Fi kwalunkwe każ tkun ta’ għajnuna li tiġi pprovduta evidenza bħal din. |
Kif tista’ tinstab l-informazzjoni mitluba? |
It-talba ssir bil-miktub (jiġifieri elettronikament ukoll jekk tiġi pprovduta firma elettronika kwalifikata) u d-dokument jintbagħat f’kopja stampata. |
B’liema lingwa trid issir it-talba? |
Fil-prinċipju, għandha ssir talba bil-Ġermaniż, billi dan huwa l-lingwa uffiċjali. Kemm l-Uffiċċju tar-Reġistru Ċivili jifhem lingwi oħrajn ma jistax ikun magħruf f’sens ġenerali. |
F’liema forma tiġi pprovduta l-informazzjoni? |
Siltiet iċċertifikati mir-reġistru, traskrizzjonijiet iċċertifikati mir-reġistru, ċertifikati tal-mewt. |
B’liema lingwa tiġi pprovduta l-informazzjoni? |
Id-dokumenti jinħarġu bil-Ġermaniż. |
Il-proċedura hija soġġetta għal tariffa? |
Il-Länder huma responsabbli għad-determinazzjoni ta’ jekk jiġux imposti tariffi u, jekk iva, kemm. |
X’inhi l-portata ġuridika/l-importanza tal-prova tal-entrati fir-reġistri tal-istat ċivili? |
L-entrati fir-reġistri tal-istat ċivili jagħtu prova tal-istat ċivili u tad-dettalji pprovduti għal dak l-għan (l-Artikolu 54 tal-Att dwar l-Istat Ċivili). |
Isem ir-reġistru: reġistru tal-imwiet
Kontenut tar-reġistru |
L-isem u l-kunjom, il-post u d-data tat-twelid, il-ġeneru, l-affiljazzjoni reliġjuża (jekk mixtieqa), l-aħħar residenza, l-istat ċivili tal-persuna deċeduta; id-dettalji tal-konjuġi; il-post, il-jum, is-siegħa u l-minuta tal-mewt. |
Korp ta’ reġistrazzjoni |
L-uffiċċju tar-reġistru ċivili li fil-ġuriżdizzjoni tiegħu tkun seħħet il-mewta ta’ persuna jkun kompetenti. |
Hemm reġistri lokali? |
L-uffiċċji tar-reġistru ċivili huma parti mill-amministrazzjoni tal-Länder. |
Il-korpi ta’ reġistrazzjoni lokali huma llinkjati ma’ xulxin? |
L-uffiċċji tar-reġistru ċivili f’kull stat federali u madwar il-pajjiż jistgħu jiskambjaw messaġġi. |
Ir-reġistri lokali ta’ korpi fi Stat Membru ieħor jistgħu jiġu kkuntattjati? |
Kwalunkwe uffiċċju tar-reġistru jista’ jiġi kkuntattjat. |
Aċċess għar-reġistru |
L-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta skont trattati internazzjonali eżistenti. |
Hemm restrizzjonijiet fuq l-aċċess? |
Informazzjoni mir-reġistri ċivili tista’ tiġi pprovduta lil membri tal-familja u lil persuni oħrajn li juru interess legali. Dan japplika wkoll għall-aċċess għal skopijiet xjentifiċi. Barra minn hekk, l-awtoritajiet pubbliċi u l-qrati jistgħu jużaw reġistri ċivili. |
Il-korp ta’ reġistrazzjoni huwa awtorizzat jikkondividi informazzjoni ma’ korpi nazzjonali oħrajn? X’informazzjoni tista’ tiġi kondiviża? |
L-uffiċċji tar-reġistru ċivili jipprovdu lil awtoritajiet nazzjonali oħrajn bid-data li jkunu jeħtieġu mir-reġistri tal-istat ċivili sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom. Inkella, ma sseħħ l-ebda trażmissjoni ta’ data. |
X’informazzjoni jkollu bżonn jipprovdi l-korp rikjedenti sabiex jippermetti lill-korp ta’ reġistrazzjoni jfittex fir-reġistru? |
Sabiex tikkuntattja lill-uffiċċju kompetenti tar-reġistru ċivili, l-awtorità barranija jeħtiġilha tkun taf fejn hu l-post tal-mewt. Sabiex tinstab ir-reġistrazzjoni tal-mewt fir-reġistru, ikun ta’ għajnuna li jiġu pprovduti l-ismijiet, il-kunjomijiet u d-dati tal-mewt u, jekk neċessarja, id-data tat-twelid. In-numru tal-ID (għadu) ma jeżistix fil-Ġermanja. |
Trid tiġi pprovduta evidenza? |
L-awtorità trid turi li l-informazzjoni mir-reġistru tal-imwiet tkun neċessarja għat-twettiq tal-kompiti li tkun responsabbli għalihom. |
Il-korp rikjedenti jrid juri li t-tiftixa titwettaq skont l-Artikolu 66(5) tar-Regolament (UE) 650/2012? |
Jekk jogħġbok irreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija preċedenti. Fi kwalunkwe każ tkun ta’ għajnuna li tiġi pprovduta evidenza bħal din. |
Kif tista’ tinstab l-informazzjoni mitluba u l-informazzjoni kif tiġi pprovduta? |
It-talba ssir bil-miktub (jiġifieri elettronikament ukoll jekk tiġi pprovduta firma elettronika kwalifikata) u d-dokument jintbagħat f’kopja stampata. |
B’liema lingwa trid issir it-talba? |
Fil-prinċipju, għandha ssir talba bil-Ġermaniż, billi dan huwa l-lingwa uffiċjali. Kemm l-Uffiċċju tar-Reġistru Ċivili jifhem lingwi oħrajn ma jistax ikun magħruf f’sens ġenerali. |
F’liema forma tiġi pprovduta l-informazzjoni? |
Siltiet iċċertifikati mir-reġistru, traskrizzjonijiet iċċertifikati mir-reġistru, ċertifikati tal-mewt. |
B’liema lingwa tiġi pprovduta l-informazzjoni? |
Id-dokumenti jinħarġu bil-Ġermaniż. |
Il-proċedura hija soġġetta għal tariffa? |
Il-Länder huma responsabbli għad-determinazzjoni ta’ jekk jiġux imposti tariffi u, jekk iva, kemm. |
X’inhi l-portata ġuridika/l-importanza tal-prova tar-reġistrazzjonijiet fir-reġistri tal-istat ċivili? |
Ir-reġistrazzjonijiet fir-reġistri tal-istat ċivili jagħtu prova tal-istat ċivili u tad-dettalji pprovduti għal dak l-għan (l-Artikolu 54 tal-Att dwar l-Istat Ċivili). |
Isem ir-reġistru: reġistru tar-reġimi tal-proprjetà
Kontenut tar-reġistru |
Il-fatti deskritti mil-liġi bħala li jeħtieġu r-reġistrazzjoni u dawk deskritti mill-ġurisprudenza bħala li kapaċi jiġu rreġistrati biss huma eliġibbli għar-reġistrazzjoni. Dawn huma, b’mod partikolari:
Skont l-Artikoli 6 u 7 tal-Att dwar is-Sħubija Dejjiema (Lebenspartnerschaftsgesetz, LPartG), id-dispożizzjonijiet japplikaw mutatis mutandis għas-sħab dejjiema. |
Korp ta’ reġistrazzjoni |
Ma hemm l-ebda reġistru nazzjonali. Il-qrati lokali huma responsabbli sabiex iżommu r-reġistru. Ir-reġistrazzjoni titwettaq mal-qorti lokali li fid-distrett tagħha persuna minn fost il-konjuġi tkun abitwalment residenti (l-Artikolu 1558(1) BGB). Id-dettalji ta’ kuntatt jistgħu jinkisbu mill-paġna ewlenija tal-Ministeru għall-Ġustizzja tal-Land ikkonċernat. |
Il-korpi ta’ reġistrazzjoni lokali huma llinkjati ma’ xulxin? |
Le. |
Ir-reġistri lokali ta’ korpi fi Stat Membru ieħor jistgħu jiġu kkuntattjati? |
Iva. Ir-reġistru tar-reġimi tal-proprjetà huwa reġistru pubbliku li għalih kulħadd, inklużi l-awtoritajiet barranin, ikollu aċċess (l-Artikolu 1563(1) BGB). |
Hemm xi restrizzjoni fuq l-aċċess? |
Le: ara t-tweġiba għall-mistoqsija preċedenti. |
X’informazzjoni jkollu bżonn jipprovdi l-korp rikjedenti sabiex jippermetti lill-korp ta’ reġistrazzjoni jfittex fir-reġistru? |
Sabiex ikollok aċċess għar-reġistru tar-reġimi tal-proprjetà, ikun biżżejjed li tindika l-isem u l-indirizz tal-persuna, flimkien mad-data tat-twelid jekk din tkun meħtieġa sabiex tiġi identifikata l-persuna reġistrata f’każ partikolari. |
Kif tista’ tinstab l-informazzjoni mitluba? |
Ir-reġistru tar-reġimi tal-proprjetà jinżamm fuq format stampat. L-applikazzjonijiet iridu jsiru bil-miktub lill-qorti kompetenti. L-applikazzjoni tista’ tintbagħat b’faks. |
B’liema lingwa trid issir it-talba? |
Il-lingwa tal-qorti hija l-Ġermaniż, u allura fil-prinċipju l-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi lill-qorti kompetenti bil-Ġermaniż. |
F’liema forma tiġi pprovduta l-informazzjoni? |
L-informazzjoni tiġi pprovduta bħala rutina b’aċċess dirett għar-reġistru. Kopja tar-reġistrazzjoni tintbagħat fuq talba u tiġi ċċertifikata jekk ikun neċessarju. |
B’liema lingwa tiġi pprovduta l-informazzjoni? |
Bil-Ġermaniż. |
Il-proċedura hija soġġetta għal tariffa? |
L-aċċess dirett fuq il-post għar-reġistru huwa mingħajr ħlas. Tintalab tariffa għall-forniment ta’ kopja (bħalissa EUR 10 għal kull kopja, jew EUR 20 għal kopja ċċertifikata). It-tariffa tista’ tiġi rrinunzjata għal talba skont l-Artikolu 66(5) tar-Regolament tal-UE dwar is-Suċċessjoni (ir-Regolament (UE) Nru 650/2012). Bħala regola ġenerali, tinħareġ fattura għat-tariffi mitlubin. Il-pagament jista’ jsir permezz ta’ trasferiment. Il-politiki tal-istati federali dwar il-flus kontanti jiddeterminaw x’mezzi ta’ pagament oħrajn ikunu disponibbli. |
X’inhi l-portata ġuridika/il-piż tal-prova tar-reġistrazzjonijiet fir-reġistru tar-reġimi tal-proprjetà? |
L-entrati fir-reġistru tar-reġimi tal-proprjetà ma għandhom l-ebda effett kostitwittiv. Madankollu, entrati bħal dawn għandhom l-effett li jeħtieġu lil partijiet terzi jaċċettaw il-fatti rreġistrati kontrihom, anki jekk il-fatti ma jkunux magħrufin minnhom, billi d-dħul fir-reġistru jagħtihom l-opportunità li jsiru jafuhom. Jekk fatt ma jkunx reġistrat, il-parti terza jeħtiġilha taċċettah biss jekk ikun magħruf għaliha (l-Artikolu 1412 BGB). |
Isem ir-reġistru: reġistru ċentrali tat-testmenti
Kontenut tar-reġistru |
Ir-reġistru ċentrali tat-testmenti fih informazzjoni dwar il-kustodja sikura fuq dokumenti li jikkonċernaw is-suċċessjoni mfasslin minn nutar jew miżmumin f’kustodja ġudizzjarja. L-informazzjoni dwar kustodja sikura hija informazzjoni neċessarja sabiex jinstabu dokumenti li jikkonċernaw is-suċċessjoni (l-Artikolu 78d(1) u (2) tal-Kodiċi Federali dwar in-Nutara (Bundesnotarordnung, BNotO). Ma tkoprix il-kontenut ta’ dokumenti bħal dawn. Id-data dwar l-istat ċivili dwar tfal illeġittimi jew adottati individwalment tat-testatur għall-perjodu 1970-2008 (l-Artikolu 78d(1), l-ewwel sentenza, il-punt 2 BNotO flimkien mal-Artikolu 9 tal-Att dwar it-Trasferiment tar-Reġistru tat-Testmenti (Testamentsverzeichnis-Überführungsgesetz, TVÜG) hija inkluża wkoll. |
Korp ta’ reġistrazzjoni |
Indirizz postali: Zentrales Testamentsregister DE - 10874 Berlin Posta elettronika: info@testamentsregister.de Telefown: (+49) 800 35 50 700 Faks: (+49) 30 38 38 66 88 |
Hemm reġistri lokali? |
Le |
Aċċess għar-reġistru |
Ir-reġistru ma huwiex miftuħ għall-pubbliku. |
Hemm restrizzjonijiet fuq l-aċċess? |
Skont l-Artikolu 78f BNotO, in-nutara jirċievu, fuq talba, informazzjoni dwar il-kustodja sikura, u l-qrati jirċievu informazzjoni dwar id-data kompluta tal-persuna deċeduta rreġistrata fir-reġistru. L-informazzjoni tiġi pprovduta biss sa fejn tkun neċessarja għat-twettiq tad-dmirijiet tal-qrati u tan-nutara. Fil-prinċipju, l-informazzjoni tista’ tinkiseb matul il-ħajja tat-testatur biss bil-kunsens tiegħu. Ma hemm l-ebda arranġament sabiex tiġi pprovduta informazzjoni lil korpi oħrajn. L-impjegati tal-Kamra Federali tan-Nutara huma marbutin ukoll bi dmir ta’ kunfidenzjalità, f’konformità mal-Artikoli 81a u 69a BNotO. |
Il-kontenut ta’ testment jista’ jiġi kkomunikat mill-uffiċċju tar-reġistru lil korp barrani fi Stat Membru ieħor? Jekk le, x’possibbiltajiet huma disponibbli sabiex tinkiseb l-informazzjoni li tinsab fih? |
Il-kontenut ta’ dokumenti li jikkonċernaw is-suċċessjoni ma huwiex irreġistrat fir-reġistru ċentrali tat-testmenti u, għalhekk, ma jistax jitqiegħed għad-dispożizzjoni minnu. It-testmenti u l-kuntratti ta’ wirt miżmumin f’kustodja sikura jinfetħu wara l-mewt tat-testatur (l-Artikoli 348 et seq. tal-Att dwar il-Proċedimenti f’Materji tal-Familja u f’Materji ta’ Ġuriżdizzjoni Mhux Kontenzjuża (Gesetz über das Verfahren in Familiensachen und in den Angelegenheiten der freiwilligen Gerichtsbarkeit, FamFG)). Jekk hemm interess legali, kopja tat-testmenti u tal-kuntratti ta’ wirt miftuħin tista’ tiġi pprovduta billi ssir talba quddiem il-qorti (l-Artikolu 357 FamFG). Irid jintwera l-interess legali. B’mod partikolari, il-werrieta (statutorji) jew persuni oħrajn li d-drittijiet u l-obbligi tagħhom ikunu affettwati mit-testment ġeneralment ikollhom interess legali. |
X’informazzjoni jkollu bżonn jipprovdi l-korp rikjedenti sabiex jippermetti lill-korp ta’ reġistrazzjoni jfittex fir-reġistru? |
Informazzjoni dwar it-testatur li hija obbligatorja:
Barra minn hekk, l-eżistenza ta’ awtorizzazzjoni għas-sottomissjoni ta’ talba skont l-Artikolu 66(5) tar-Regolament Ewropew dwar is-Suċċessjoni trid tkun żgurata permezz ta’ siġill u firma. |
Trid tiġi pprovduta evidenza? |
Le. Madankollu, il-korp rikjedenti jrid jikkonferma fit-talba tiegħu li jkun korp kompetenti skont l-Artikolu 64 tar-Regolament Ewropew dwar is-Suċċessjoni u li jkun nieda proċedura għall-ħruġ ta’ ċertifikat Ewropew tas-suċċessjoni skont l-Artikolu 62ff. tar-Regolament Ewropew dwar is-Suċċessjoni rigward il-patrimonju tal-persuna deċeduta. It-talba jrid ikollha fuqha firma u s-siġill tal-korp rikjedenti. |
Il-korp rikjedenti jrid juri li t-tiftixa titwettaq skont l-Artikolu 66(5) tar-Regolament (UE) 650/2012? |
Le, iżda ara t-tweġiba għall-mistoqsija preċedenti. |
Kif tista’ tinstab l-informazzjoni mitluba? |
Talbiet għal informazzjoni u l-provvista ta’ din minn korpi barranin u lilhom isiru bil-miktub (fuq forma stampata). |
B’liema lingwa trid issir it-talba? |
L-awtorità ta’ reġistrazzjoni tipprovdi formola bil-Ġermaniż u bl-Ingliż. |
F’liema forma tiġi pprovduta l-informazzjoni? |
Bil-miktub. |
B’liema lingwa tiġi pprovduta l-informazzjoni? |
L-informazzjoni tiġi pprovduta bil-Ġermaniż. Jiġi pprovdut test ta’ spjegazzjoni bl-Ingliż. |
Il-proċedura hija soġġetta għal tariffa? |
L-informazzjoni hija mingħajr ħlas. |
X’inhi l-portata ġuridika tar-reġistru ċentrali tat-testmenti? |
L-iskop tar-reġistru huwa li jiżgura li l-informazzjoni tinstab b’mod puntwali u li d-dokumenti dwar is-suċċessjoni li jitfasslu quddiem in-nutar jew jinżammu mill-qorti jiġu kkunsidrati. |
Isem ir-reġistru: reġistru tal-bastimenti
Kontenut tar-reġistru |
|
Korp ta’ reġistrazzjoni |
Ir-reġistru tal-bastimenti jinżamm mill-qorti lokali b’ġuriżdizzjoni ratione loci (il-qorti tar-reġistrazzjoni). Madankollu, kull qorti tar-reġistrazzjoni u nutar jipprovdu aċċess għar-reġistri tal-bastimenti kollha madwar il-Ġermanja. |
Ir-reġistri lokali ta’ korpi fi Stat Membru ieħor jistgħu jiġu kkuntattjati? |
Iva. |
Aċċess għar-reġistru |
Disponibbli pubblikament. |
Il-korp ta’ reġistrazzjoni huwa awtorizzat jikkondividi informazzjoni ma’ korpi nazzjonali oħrajn? |
Iva. L-informazzjoni kollha disponibbli fir-reġistru tista’ titqiegħed għad-dispożizzjoni mingħajr restrizzjoni. |
X’informazzjoni jkollu bżonn jipprovdi l-korp rikjedenti sabiex jippermetti lill-korp ta’ reġistrazzjoni jfittex fir-reġistru? |
|
Trid tiġi pprovduta evidenza? |
Le. |
Il-korp rikjedenti jrid juri li t-tiftixa titwettaq skont l-Artikolu 66(5) tar-Regolament (UE) 650/2012? |
Le. |
Kif tista’ tinstab l-informazzjoni mitluba? |
Ma huwa stipulat l-ebda mezz partikolari. Talba bil-miktub jew applikazzjoni bil-posta elettronika huma żewġ modi possibbli. |
B’liema lingwa trid issir it-talba? |
Bil-Ġermaniż. |
F’liema forma tiġi pprovduta l-informazzjoni? |
Kopja mir-reġistru tal-bastimenti tista’ tiġi pprovduta bħala kopja stampata jew b’mod elettroniku. L-awtentikazzjoni hija possibbli. |
B’liema lingwa tiġi pprovduta l-informazzjoni? |
Bil-Ġermaniż. |
Il-proċedura hija soġġetta għal tariffa? |
Le. |
X’inhuma l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ wirt? |
Wirt jiddaħħal fir-reġistru tal-bastimenti fuq il-bażi ta’ applikazzjoni u tal-preżentazzjoni ta’ wieħed mid-dokumenti li ġejjin:
|
X’informazzjoni hija meħtieġa għall-korp ta’ reġistrazzjoni sabiex jidentifika l-bastiment reġistrat sabiex jirreġistra tibdil fis-sjieda b’riżultat tas-suċċessjoni? |
Reġistru tal-bastimenti, numru tal-entrata fir-reġistru. |
X’inhi l-portata ġuridika tal-kontenut tar-reġistru? |
Ir-reġistru tal-bastimenti juri awtentiċità. Dan ifisser li l-kontenut tar-reġistru tal-bastimenti jitqies li jkun korrett sakemm ma jkunx magħruf bil-kontra jew tiddaħħal oġġezzjoni fir-reġistru tal-bastimenti. |
Isem ir-reġistru: reġistru tal-irhna fuq inġenji tal-ajru
Kontenut tar-reġistru |
|
Korp ta’ reġistrazzjoni |
Ir-reġistru tal-irhna fuq inġenji tal-ajru jinżamm mill-Qorti Lokali ta’ Braunschweig. |
Hemm reġistri lokali? |
Le. |
Ir-reġistri lokali ta’ korpi fi Stat Membru ieħor jistgħu jiġu kkuntattjati? |
Iva. |
Aċċess għar-reġistru |
Disponibbli pubblikament. |
Il-korp ta’ reġistrazzjoni huwa awtorizzat jikkondividi informazzjoni ma’ korpi nazzjonali oħrajn? |
Iva. L-informazzjoni kollha disponibbli fir-reġistru tista’ titqiegħed għad-dispożizzjoni mingħajr restrizzjoni. |
X’informazzjoni jkollu bżonn jipprovdi l-korp rikjedenti sabiex jippermetti lill-korp ta’ reġistrazzjoni jfittex fir-reġistru? |
|
Trid tiġi pprovduta evidenza? |
Le. |
Il-korp rikjedenti jrid juri li t-tiftixa titwettaq skont l-Artikolu 66(5) tar-Regolament (UE) 650/2012? |
Le. |
Kif tista’ tinstab l-informazzjoni mitluba? |
Ma huwa stipulat l-ebda mezz partikolari. Talba bil-miktub jew applikazzjoni bil-posta elettronika huma żewġ modi possibbli. |
B’liema lingwa trid issir it-talba? |
Bil-Ġermaniż. |
F’liema forma tiġi pprovduta l-informazzjoni? |
Kopja mir-reġistru tal-irhna fuq inġenji tal-ajru tista’ tiġi pprovduta bħala kopja stampata jew b’mod elettroniku. L-awtentikazzjoni hija possibbli. |
B’liema lingwa tiġi pprovduta l-informazzjoni? |
Bil-Ġermaniż. |
Il-proċedura hija soġġetta għal tariffa? |
Le. |
X’inhuma l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ wirt? |
Wirt jiddaħħal fir-reġistru tal-irhna fuq inġenji tal-ajru fuq il-bażi ta’ applikazzjoni u tal-preżentazzjoni ta’ wieħed mid-dokumenti li ġejjin:
|
X’informazzjoni hija meħtieġa biex il-korp ta’ reġistrazzjoni jidentifika l-inġenju tal-ajru reġistrat jew id-dritt ta’ rahan sabiex jirreġistra tibdil fis-sjieda b’riżultat tas-suċċessjoni? |
Numru tal-entrata fir-reġistru. |
X’inhi l-portata ġuridika tal-kontenut tar-reġistru? |
Ir-reġistru tal-irhna fuq inġenji tal-ajru juri awtentiċità fir-rigward tal-irhna reġistrati. B’riżultat ta’ dan, huwa preżunt li l-persuna reġistrata jkollha d-dritt għal rahan reġistrat u li rahan ikkanċellat ma jibqax jeżisti. |
Isem ir-reġistru: reġistru tan-negozji
Kontenut tar-reġistru |
Data mill-portal tar-reġistru kummerċjali – li jinkludi r-reġistri u l-avviżi tar-reġistri kummerċjali, tal-kooperattivi u tas-soċjetajiet kollha tal-Ġermanja – informazzjoni dwar insolvenzi, rapporti kontabilistiċi/finanzjarji u informazzjoni dwar is-swieq kapitali jistgħu jiġu aċċessati mir-reġistru tan-negozju. Aktar informazzjoni tista’ tinstab permezz ta’ din il-link. |
Korp ta’ reġistrazzjoni |
Ir-reġistru tan-negozji jinżamm f’isem il-Ministeru Federali għall-Ġustizzja u għall-Protezzjoni tal-Konsumatur minn: Bundesanzeiger Verlag GmbH Amsterdamer Straße 192, 50735 Cologne |
Hemm reġistri lokali? |
Ir-reġistri kummerċjali, tal-kooperattivi, tas-soċjetajiet u tal-assoċjazzjonijiet jinżammu mill-qrati tar-reġistrazzjoni f’kull Land. |
Il-korpi ta’ reġistrazzjoni lokali huma llinkjati ma’ xulxin? |
Iva: l-informazzjoni tista’ tiġi aċċessata permezz tal-portal tar-reġistru kummerċjali (http://www.handelsregister.de) u r-reġistru tan-negozji (http://www.unternehmensregister.de/). |
Ir-reġistri lokali ta’ korpi fi Stat Membru ieħor jistgħu jiġu kkuntattjati? |
Iva, ir-reġistri tan-negozji tal-Istati Membri kollha tal-UE huma llinkjati permezz tas-Sistema ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistri Kummerċjali (BRIS). |
Aċċess għar-reġistru |
L-informazzjoni hija disponibbli pubblikament għal kulħadd. Is-sejbiet huma soġġetti għal tariffa. |
X’informazzjoni jkollu bżonn jipprovdi l-korp rikjedenti sabiex jippermetti lill-korp ta’ reġistrazzjoni jfittex fir-reġistru? |
It-tfittxijiet jistgħu jsiru skont il-kumpanija (l-isem tal-kumpanija), l-uffiċċju reġistrat, il-forma ġuridika, il-qorti tar-reġistrazzjoni, it-tip ta’ reġistru u n-numru tar-reġistrazzjoni. |
Kif tista’ tinstab l-informazzjoni mitluba? |
Il-konsultazzjoni tista’ titwettaq permezz tal-internet, permezz tar-reġistru tan-negozji jew il-portal tar-reġistru kummerċjali. |
B’liema lingwa tidher l-informazzjoni? |
L-informazzjoni mir-reġistru nnifsu tiġi riprodotta primarjament bil-Ġermaniż, għalkemm aktar informazzjoni hija disponibbli fir-reġistru tan-negozji bl-Ingliż, bil-Franċiż, bit-Taljan u bl-Ispanjol. Meta l-informazzjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni b’verżjonijiet lingwistiċi differenti, il-verżjoni bil-Ġermaniż tipprevali f’kull każ, b’mod partikolari għall-interpretazzjoni tal-formulazzjoni tat-test. |
F’liema forma tiġi pprovduta l-informazzjoni? |
Id-data tista’ tiġi aċċessata online. L-informazzjoni mir-reġistru tiġi pprovduta fil-forma ta’ verżjonijiet stampati. Fuq talba, il-qorti toħroġ kopja attestata (verżjoni stampata uffiċjali). Il-verżjonijiet stampati jistgħu jintbagħtu b’mod elettroniku wkoll lill-applikant. Il-verżjonijiet stampati uffiċjali jintbagħtu elettronikament billi tintuża firma elettronika kwalifikata. |
Il-proċedura hija soġġetta għal tariffa? |
Kulħadd jista’ jikkonsulta r-reġistru tan-negozji u r-reġistru kummerċjali mingħajr ħlas għall-finijiet ta’ informazzjoni. Fil-prinċipju, ir-reġistrazzjoni ma hijiex meħtieġa sabiex isir hekk. Madankollu, l-aċċess permezz tar-reġistru tan-negozji għad-data oriġinali mir-reġistri tal-qrati tar-reġistrazzjoni (skedi tar-reġistru u dokumenti sottomessi) huwa soġġett għal tariffa. It-tariffa għal sejbien bħal dan hija l-istess bħal dik għal aċċess dirett għar-reġistru. Il-persuna li twettaq is-sejbien jeħtiġilha tirreġistra wkoll għal dan l-għan. Il-pagament jista’ jsir permezz ta’ karta tal-kreditu jew debitu dirett elettroniku. |
X’inhuma l-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ tibdil? |
It-tibdil fir-reġistru tal-kummerċ jiġi rreġistrat mill-qorti kompetenti tar-reġistrazzjoni fuq il-bażi ta’ dikjarazzjoni ċċertifikata minn nutar. Suċċessjoni trid tintwera bil-provi permezz ta’ “strumenti awtentiċi”. Dawn jinkludu ċertifikat tas-suċċessjoni, ċertifikat Ewropew tas-suċċessjoni jew testment notarili, flimkien mar-reġistrazzjoni tal-ftuħ. |
X’inhi l-portata ġuridika tal-kontenut tar-reġistru? |
L-entrati fir-reġistru juru awtentiċità. Il-kumpanija tista’ topponi parti terza biss fuq il-bażi tal-fatti li ddaħħlu u tħabbru preċedentement jew tal-fatti li kienu magħrufin mill-parti terza minn qabel (l-Artikolu 15(1) tal-Kodiċi Kriminali Ġermaniż (Handelsgesetzbuch)). Parti terza jeħtieġ li tippermetti li fatti mdaħħlin u mħabbrin b’mod korrett bħal dawn ikunu jistgħu jiġu applikati. Dan ma japplikax għal azzjonijiet legali mnedijin fi ħdan 15-il jum mit-tħabbira, sa fejn il-parti terza tkun tista’ turi bil-provi li hija la kienet taf u lanqas ma kellha bżonn tkun taf bil-fatt (l-Artikolu 15(2) tal-Kodiċi Kummerċjali Ġermaniż). Jekk fatt li kien hemm bżonn li jiddaħħal tħabbar b’mod żbaljat, parti terza tista’ tibbaża fuq il-fatt imħabbar fir-rigward tal-parti li f’isimha l-fatt kellu jiddaħħal, sakemm ma kinitx taf bl-iżball (l-Artikolu 15(3) tal-Kodiċi Kummerċjali Ġermaniż). |
Isem ir-reġistru: portal tal-avviżi ta’ insolvenza:
Kontenut tar-reġistru |
L-informazzjoni f’kull każ tkun illinkjata mal-isem sħiħ, mad-data tat-twelid, u mal-indirizz residenzjali tad-debitur jew mal-indirizz tal-istabbiliment kummerċjali tad-debitur (it-tieni sentenza tal-Artikolu 9(1), l-Artikolu 27(2)(1) InsO). |
Korp ta’ reġistrazzjoni |
Portal tal-avviżi ta’ insolvenza http://www.insolvenzbekanntmachungen.de/ |
Aċċess għar-reġistru |
L-informazzjoni hija disponibbli b’mod pubbliku, iżda minn ġimagħtejn wara l-pubblikazzjoni, iridu jiddaħħlu ċerti kriterji tat-tiftix. Barra minn hekk, hemm termini preskrittivi għall-kanċellazzjoni, normalment 6 xhur wara li l-proċedimenti jkunu ġew annullati jew skontati b’mod definittiv. |
Hemm restrizzjonijiet fuq l-aċċess? |
Ma hemm l-ebda restrizzjoni fuq l-aċċess għal kategoriji speċifiċi ta’ persuni, iżda biss restrizzjonijiet varji fuq l-aċċess ibbażati fuq il-ħin, li japplikaw b’mod ugwali għall-kategoriji kollha ta’ persuni (ara aktar ’il fuq). |
Il-korp ta’ reġistrazzjoni huwa awtorizzat jikkondividi informazzjoni ma’ korpi nazzjonali oħrajn? |
L-informazzjoni u l-avviżi huma direttament disponibbli għall-pubbliku (ara aktar ’il fuq). Il-kontenut tagħhom huwa r-responsabbiltà tal-qorti tal-insolvenza kompetenti. |
X’informazzjoni jkollu bżonn jipprovdi l-korp rikjedenti sabiex jippermetti lill-korp ta’ reġistrazzjoni jfittex fir-reġistru? |
Il-portal tal-avviżi ta’ insolvenza huwa direttament aċċessibbli għall-pubbliku (http://www.insolvenzbekanntmachungen.de/). Ma hijiex meħtieġa talba lil awtorità pubblika (ara aktar ’il fuq). |
Trid tiġi pprovduta evidenza? |
Le (ara aktar ’il fuq). |
Il-korp rikjedenti jrid juri li t-tiftixa titwettaq skont l-Artikolu 66(5) tar-Regolament (UE) 650/2012? |
Le (ara aktar ’il fuq). |
B’liema lingwa trid issir it-talba? |
Bil-Ġermaniż. |
F’liema forma tiġi pprovduta l-informazzjoni? |
L-informazzjoni tista’ tinkiseb mill-portal, jew b’mod dirett jew inkella fil-forma ta’ kopja elettronika li tista’ titfittex tad-deċiżjoni. |
B’liema lingwa tiġi pprovduta l-informazzjoni? |
L-informazzjoni fuq il-portal hija bil-Ġermaniż biss. |
Il-proċedura hija soġġetta għal tariffa? |
Le. |
X’inhi l-portata ġuridika tal-kontenut tar-reġistru? |
Il-portal tal-avviżi ta’ insolvenza jintuża sabiex jiġu ppubblikati l-passi proċedurali fil-proċedimenti ta’ insolvenza u t-taħrikiet għall-appuntamenti. Il-pubblikazzjoni fuq il-portal hija biżżejjed bħala prova tan-notifika lill-partijiet kollha, anki jekk il-liġi tordna wkoll in-notifika lill-individwi (l-Artikolu 9(3) InsO). |
L-informazzjoni fir-reġistru tas-sħubijiet ċivili ma tintweriex. Mill-1 ta’ Ottubru 2017, is-sħubijiet ċivili ma għadhomx jistgħu jiġu konklużi. Rigward sħubijiet ċivili konklużi qabel dik id-data, l-informazzjoni fir-reġistru taż-żwiġijiet tipprovdi gwida.
3 Id-disponibbiltà ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet bankarji
Fil-Ġermanja, ma hemm l-ebda awtorità li żżomm lista tal-kontijiet bankarji kollha fil-Ġermanja. Il-proċedura ta’ sejbien ta’ kont mal-Awtorità Superviżorja Finanzjarja Federali (Bundesanstalt für Finanzdienstleistungsaufsicht, BaFin) u mal-Eżattorija Ċentrali Federali (Bundeszentralamt für Steuern, BZSt) tagħmilha possibbli, soġġetta għal ċerti kundizzjonijiet, li jinstabu kontijiet, depożiti jew kaxex ta’ depożiti f’sejf ta’ persuni rreġistrati ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fil-Ġermanja. Skont l-Artikolu 24c tal-Att Bankarju (Kreditwesengesetz, KWG) u l-Artikolu 93(7) u (8) tal-Kodiċi tat-Taxxa (Abgabenordnung, AO), huma primarjament l-awtoritajiet tal-eżekuzzjoni tal-liġi, l-awtoritajiet tat-taxxa u l-uffiċjali ġudizzjarji li huma awtorizzati jużaw dawn il-proċeduri. Ma hemm l-ebda dispożizzjoni għall-identifikazzjoni tal-werrieta.
4 Id-disponibbiltà ta’ reġistru tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali
L-informazzjoni dwar id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali hija miżmuma minn korp pubbliku?
Iva: l-uffiċċju Ġermaniż tal-privattivi u tat-trademarks (privattivi, ċertifikati ta’ protezzjoni supplimentari, mudelli tal-utilitajiet, topografiji ta’ prodotti ta’ semikondutturi mikroelettroniċi, indikazzjonijiet ta’ oriġini ġeografika, trademarks, disinji).
Indirizz postali: 80297 Munich (https://www.dpma.de/)
Weblinks għal kull reġistru:
- Reġistru ta’ privattivi, ta’ mudelli tal-utilitajiet, ta’ ċertifikati ta’ protezzjoni supplimentari u ta’ topografiji: https://register.dpma.de/DPMAregister/pat/einsteiger
- Reġistru tat-trademarks: https://register.dpma.de/DPMAregister/marke/einsteiger
- Lista ta’ indikazzjonijiet ta’ oriġini ġeografika: https://register.dpma.de/DPMAregister/geo/liste/doFetchGeoDataList
- Reġistru ta’ disinji reġistrati: https://register.dpma.de/DPMAregister/gsm/einsteiger
- Domanda tat-tiftix għar-reġistru ta’ xogħlijiet barra mill-kummerċ: https://www.dpma.de/dpma/wir_ueber_uns/weitere_aufgaben/verwertungsges_urheberrecht/vergriffene_werke/recherche/index.html
- Reġistru ta’ xogħlijiet anonimi u taħt psewdonimi (mhux disponibbli elettronikament)
5 Reġistri oħra b’informazzjoni rilevanti għas-suċċessjonijiet
Lista ta’ debituri skont l-Artikolu 882b tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (Zivilprozessordnung, ZPO).
6 Id-disponibbiltà ta’ informazzjoni dwar testmenti sigrieti u testmenti mhux soġġetti għar-reġistrazzjoni
Fil-Ġermanja, hemm l-għażla li jitfassal testment olografiku (l-Artikolu 2247 tal-Kodiċi Ċivili (Bürgerliches Gesetzbuch, BGB)). Dan jista’ jitqiegħed fil-kustodja uffiċjali speċjali tal-qorti iżda jista’ jinżamm privatament ukoll.
Fil-każ ta’ testment olografiku, ikun f’idejn it-testatur li jiddetermina fejn se jinżamm. Id-dħul fir-reġistru ċentrali tat-testmenti jseħħ biss jekk it-testment jitqiegħed taħt kustodja uffiċjali speċjali.
Il-qorti tas-suċċessjoni għandha ġuriżdizzjoni esklużiva sabiex tiftaħ proċedura ta’ trasferiment ta’ proprjetà causa mortis. Kwalunkwe persuna jew entità fil-pussess ta’ testment tkun obbligata twassal it-testment lill-qorti tas-suċċessjoni mingħajr dewmien malli ssir taf bil-mewt tat-testatur (l-Artikolu 2259 BGB).
Malli l-qorti tas-suċċessjoni ssir taf bil-mewt tal-persuna deċeduta, tiftaħ ex officio t-trasferimenti ta’ proprjetà causa mortis ippreżentati jew prelevati mill-kustodja uffiċjali, l-Artikolu 348 et seq. tal-Att dwar il-Proċedura f’Materji tal-Familja u f’Materji ta’ Ġuriżdizzjoni Mhux Kontenzjuża (Gesetz über das Verfahren in Familiensachen und in den Angelegenheiten der freiwilligen Gerichtsbarkeit, FamFG).
Il-qorti tas-suċċessjoni tiftaħ, ex officio, it-trasferimenti ta’ proprjetà causa mortis.
Il-ftuħ ta’ proċeduri ta’ trasferiment ta’ proprjetà causa mortis huwa rregolat bl-Artikolu 348 et seq. FamFG. Fil-prinċipju, il-ġuriżdizzjoni għall-ftuħ ta’ proċeduri ta’ trasferiment ta’ proprjetà causa mortis hija tal-qorti tas-suċċessjoni fil-qorti lokali tal-aħħar residenza abitwali tal-persuna deċeduta (l-Artikolu 343 FamFG). Jekk trasferiment ta’ proprjetà causa mortis tkun f’kustodja uffiċjali speċjali f’qorti lokali oħra, din tal-aħħar tkun responsabbli għall-ftuħ tal-proċedura ta’ trasferiment (l-Artikolu 344(6) FamFG). F’dan il-każ, jeħtiġilha tgħaddi t-trasferiment ta’ proprjetà causa mortis lill-qorti tas-suċċessjoni kompetenti.
Il-werrieta legali u dawk intitolati skont testment jiġu nnotifikati ex officio dwar il-ftuħ.