Skip to main content

Informazzjoni għall-awtoritajiet li joħorġu ĊES

Flag of Malta
Malta
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
(in civil and commercial matters)

1 It-tipi ta’ reġistri li jeżistu fl-Istat Membru, li jinkludu informazzjoni rilevanti għas-suċċessjonijiet

  • Reġistru tal-artijiet
  • Reġistru tal-kondominji
  • Reġistru tal-istat ċivili
  • Reġistru tar-reġimi tal-proprjetà matrimonjali / Reġistru tar-reġimi tal-proprjetà ta’ sħubiji reġistrati
  • Reġistru tat-testmenti
  • Reġistru taċ-Ċertifikati Ewropej tas-Suċċessjoni
  • Reġistru ta’ proprjetà mobbli (eż. vetturi bil-mutur, dgħajjes, vapuri, ajruplani, armi tan-nar)
  • Reġistru kummerċjali
  • Reġistru tat-titoli
  • Reġistru tal-insolvenza
  • Reġistru tal-fondi tal-assigurazzjoni u tal-pensjonijiet

2 Informazzjoni li tinsab f’kull wieħed mir-reġistri tal-Istat Membru, kif elenkat taħt il-punt 1

Ir-Reġistru tal-Artijiet

  • X’informazzjoni tinżamm fir-reġistru?

Fir-Reġistru tal-Artijiet hemm informazzjoni dwar il-proprjetà rreġistrata flimkien mal-kuntratti u dokumenti legali oħra li fuqhom hija bbażata r-reġistrazzjoni. Il-pjanti tal-proprjetajiet irreġistrati wkoll jinsabu fir-reġistru.

  • Dettalji ta’ kuntatt tar-reġistru nazzjonali:

116, Casa Bolino, West Street, Valletta

  • Hemm reġistri reġjonali?

Le.

  • Ir-reġistri reġjonali huma interkonnessi?

Mhux applikabbli.

  • Ir-reġistri reġjonali jistgħu jiġu kkuntattjati mill-awtoritajiet minn Stat Membru ieħor?

Mhux applikabbli.

  • L-informazzjoni miżmuma fir-reġistru hija disponibbli għall-pubbliku jew hemm restrizzjonijiet fuq l-aċċess?

Iva, hija disponibbli.

  • Jekk hemm restrizzjonijiet fuq l-aċċess, min huwa intitolat li jitlob l-informazzjoni?

Mhux applikabbli.

  • L-awtorità li qed iżżomm ir-reġistru hija awtorizzata skont il-liġi nazzjonali biex tipprovdi informazzjoni lil awtorità nazzjonali oħra?

Iva.

Jekk iva, liema informazzjoni tista’ tipprovdi l-awtorità tar-reġistru lil awtorità nazzjonali oħra skont il-liġi nazzjonali?

L-informazzjoni pprovduta tkun rilevanti għal investigazzjonijiet li jikkonċernaw il-ħasil tal-flus, ir-reati finanzjarji eċċ.

Għal liema raġunijiet l-awtorità tar-reġistru tista’ tirrifjuta li tipprovdi informazzjoni lil awtorità nazzjonali oħra?

  • B’mod partikolari, fir-rigward ta’ testmenti rreġistrati, l-awtoritajiet li għandhom informazzjoni dwar testmenti fl-Istat Membru tiegħek jistgħu jiżvelaw il-kontenut ta’ testment lill-awtoritajiet fi Stat Membru ieħor? Jekk le, spjega jekk hemmx mekkaniżmu alternattiv jew proċedura speċifika biex tinkiseb l-informazzjoni, inkluż jekk werriet jistax jikseb kopja tat-testment, u kif.

Mhux applikabbli.

  • X’informazzjoni għandha tipprovdi l-awtorità rikjedenti ta’ Stat Membru ieħor biex l-awtorità tar-reġistru li ssirilha t-talba tkun tista’ tfittex fir-reġistru? Pereżempju, l-isem tad-deċedut, in-numru tal-ID tad-deċedut, id-data tat-twelid tad-deċedut, ir-residenza tad-deċedut, oħrajn.

Mhux applikabbli.

  • L-awtorità rikjedenti għandha tipprovdi xi evidenza ta’ sostenn tal-informazzjoni pprovduta dwar id-deċedut?

Mhux applikabbli.

  • L-awtorità rikjedenti għandha tipprovdi evidenza li qed titlob l-informazzjoni skont l-Artikolu 66(5)? Pereżempju, kopja tal-applikazzjoni għal Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni.

Mhux applikabbli.

  • Liema mezzi jistgħu jintużaw biex tintalab u tiġi pprovduta l-informazzjoni? Pereżempju posta elettronika, mezzi oħra ta’ trażmissjoni elettronika.

Servizzi tal-posta elettronika u postali.

  • B’liema lingwa tista’ tintalab l-informazzjoni?

Ġeneralment bl-Ingliż jew bil-Malti

  • F’liema forma se tiġi pprovduta l-informazzjoni? Pereżempju, kopja ċċertifikata jew mhux iċċertifikata, silta ċċertifikata jew mhux iċċertifikata, kopja stampata, kopja elettronika.

Kopja stampata jew kopja elettronika skont il-każ.

  • B’liema lingwa tista’ tiġi pprovduta l-informazzjoni?

Bil-Malti jew bl-Ingliż

  • L-awtorità rikjedenti għandha tħallas tariffa biex tikseb l-informazzjoni mitluba? Kif tista’ titħallas it-tariffa?

Dan jiddependi fuq in-natura tat-talba u t-tip ta’ Awtorità. It-tariffa tista’ titħallas fi flus kontanti jew b’ċekk.

  • Liema huma r-rekwiżiti formali u sostanzjali biex tiġi rreġistrata bidla fis-sjieda ta’ proprjetà rreġistrata li tirriżulta minn suċċessjoni? Pereżempju, dokumenti tat-taxxa, lista ta’ drittijiet in rem, evidenza dwar drittijiet in rem, prova ta’ aċċettazzjoni, oħrajn.

Dan isir permezz ta’ dikjarazzjoni causa mortis.

  • X’informazzjoni hija meħtieġa sabiex l-awtorità tar-reġistru tidentifika l-assi rreġistrat u tkun tista’ tirreġistra bidla fis-sjieda wara suċċessjoni? Pereżempju, fil-każ ta’ proprjetà immobbli: indirizz eżatt, roqgħa art jew numru katastali, deskrizzjoni tal-proprjetà

Id-dikjarazzjoni causa mortis, u f’ċerti każijiet pjanta tal-proprjetà.

  • X’inhu l-valur legali fl-Istat Membru tiegħek tal-informazzjoni miżmuma fir-reġistru? Jekk jogħġbok indika b’mod partikolari jekk, skont il-liġi nazzjonali tiegħek, ir-reġistrazzjoni tipprovdix evidenza ta’ titolu legali.

Ir-reġistrazzjoni tal-proprjetà tirriżulta f’titolu legali fuq l-istess proprjetà rreġistrata.

Reġistru tal-Kondominji

  • X’informazzjoni tinżamm fir-reġistru?

Fir-reġistru tal-Kondominji hemm informazzjoni dwar il-kondominji rreġistrata u l-Amministraturi rispettivi u r-reġistrazzjoni tar-regoli li jirregolaw il-Kondominji.

  • Dettalji ta’ kuntatt tar-reġistru nazzjonali:

116, Casa Bolino, West Street, Valletta

  • Hemm reġistri reġjonali?

Le.

  • Ir-reġistri reġjonali huma interkonnessi?

Mhux applikabbli.

  • Ir-reġistri reġjonali jistgħu jiġu kkuntattjati mill-awtoritajiet minn Stat Membru ieħor?

Mhux applikabbli.

  • L-informazzjoni miżmuma fir-reġistru hija disponibbli għall-pubbliku jew hemm restrizzjonijiet fuq l-aċċess?

Iva, hija disponibbli.

  • Jekk hemm restrizzjonijiet fuq l-aċċess, min huwa intitolat li jitlob l-informazzjoni?

Mhux applikabbli.

  • L-awtorità li qed iżżomm ir-reġistru hija awtorizzata skont il-liġi nazzjonali biex tipprovdi informazzjoni lil awtorità nazzjonali oħra?

Iva.

Jekk iva, liema informazzjoni tista’ tipprovdi l-awtorità tar-reġistru lil awtorità nazzjonali oħra skont il-liġi nazzjonali?

L-informazzjoni pprovduta tkun rilevanti għal investigazzjonijiet li jikkonċernaw il-ħasil tal-flus, ir-reati finanzjarji eċċ.

Għal liema raġunijiet l-awtorità tar-reġistru tista’ tirrifjuta li tipprovdi informazzjoni lil awtorità nazzjonali oħra?

  • B’mod partikolari, fir-rigward ta’ testmenti rreġistrati, l-awtoritajiet li għandhom informazzjoni dwar testmenti fl-Istat Membru tiegħek jistgħu jiżvelaw il-kontenut ta’ testment lill-awtoritajiet fi Stat Membru ieħor? Jekk le, spjega jekk hemmx mekkaniżmu alternattiv jew proċedura speċifika biex tinkiseb l-informazzjoni, inkluż jekk werriet jistax jikseb kopja tat-testment, u kif.

Mhux applikabbli.

  • X’informazzjoni għandha tipprovdi l-awtorità rikjedenti ta’ Stat Membru ieħor biex l-awtorità tar-reġistru li ssirilha t-talba tkun tista’ tfittex fir-reġistru? Pereżempju, l-isem tad-deċedut, in-numru tal-ID tad-deċedut, id-data tat-twelid tad-deċedut, ir-residenza tad-deċedut, oħrajn.

Mhux applikabbli.

  • L-awtorità rikjedenti għandha tipprovdi xi evidenza ta’ sostenn tal-informazzjoni pprovduta dwar id-deċedut?

Mhux applikabbli.

  • L-awtorità rikjedenti għandha tipprovdi evidenza li qed titlob l-informazzjoni skont l-Artikolu 66(5)? Pereżempju, kopja tal-applikazzjoni għal Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni.

Mhux applikabbli.

  • Liema mezzi jistgħu jintużaw biex tintalab u tiġi pprovduta l-informazzjoni? Pereżempju posta elettronika, mezzi oħra ta’ trażmissjoni elettronika.

Servizzi tal-posta elettronika u postali.

  • B’liema lingwa tista’ tintalab l-informazzjoni?

Ġeneralment bl-Ingliż jew bil-Malti

  • F’liema forma se tiġi pprovduta l-informazzjoni? Pereżempju, kopja ċċertifikata jew mhux iċċertifikata, silta ċċertifikata jew mhux iċċertifikata, kopja stampata, kopja elettronika.

Kopja stampata jew kopja elettronika skont il-każ.

  • B’liema lingwa tista’ tiġi pprovduta l-informazzjoni?

Bil-Malti jew bl-Ingliż

  • L-awtorità rikjedenti għandha tħallas tariffa biex tikseb l-informazzjoni mitluba? Kif tista’ titħallas it-tariffa?

Dan jiddependi fuq in-natura tat-talba u t-tip ta’ Awtorità. It-tariffa tista’ titħallas fi flus kontanti jew b’ċekk.

  • Liema huma r-rekwiżiti formali u sostanzjali biex tiġi rreġistrata bidla fis-sjieda ta’ proprjetà rreġistrata li tirriżulta minn suċċessjoni? Pereżempju, dokumenti tat-taxxa, lista ta’ drittijiet in rem, evidenza dwar drittijiet in rem, prova ta’ aċċettazzjoni, oħrajn.

Dan isir permezz ta’ dikjarazzjoni causa mortis.

  • X’informazzjoni hija meħtieġa sabiex l-awtorità tar-reġistru tidentifika l-assi rreġistrat u tkun tista’ tirreġistra bidla fis-sjieda wara suċċessjoni?

Id-dikjarazzjoni causa mortis, u f’ċerti każijiet pjanta tal-proprjetà.

Pereżempju, fil-każ ta’ proprjetà immobbli: indirizz eżatt, roqgħa art jew numru katastali, deskrizzjoni tal-proprjetà

  • X’inhu l-valur legali fl-Istat Membru tiegħek tal-informazzjoni miżmuma fir-reġistru? Jekk jogħġbok indika b’mod partikolari jekk, skont il-liġi nazzjonali tiegħek, ir-reġistrazzjoni tipprovdix evidenza ta’ titolu legali.

Ir-reġistrazzjoni tal-proprjetà tirriżulta f’titolu legali fuq l-istess proprjetà rreġistrata.

Reġistru tal-Istat Ċivili

  • X’informazzjoni tinżamm fir-reġistru?

Skont l-Artikolu 239 tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16 tal-Liġijiet ta’ Malta), “Fl-uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku f’Malta għandhom jitniżżlu l-atti kollha tat-twelid, taż-żwieġ u tal-mewt li jkun hemm fil-gżira ta’ Malta, kif ukoll l-atti msemmijin fl-artikoli 244 u 285; u fl-uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku f’Għawdex għandhom jitniżżlu l-atti tat-twelid, ta’ ż-żwieġ, u tal-mewt li jkun hemm fil-gżejjer ta’Għawdex u Kemmuna.”

Għalhekk, f’termini aktar sempliċi, f’kull wieħed mill-erba’ reġistri (twelid, żwieġ, unjonijiet ċivili u mewt), hemm irreġistrati l-atti kollha ta’ twelid, żwiġijiet, unjonijiet ċivili u mwiet li jseħħu f’Malta kif ukoll kwalunkwe att ta’ twelid, żwieġ/ unjoni ċivili u mewt ta’ ċittadin ta’ Malta mfassal jew irreġistrat f’pajjiż barrani minn awtorità kompetenti f’dak il-pajjiż, li eventwalment jiġi rreġistrat f’Malta.

  • Dettalji ta’ kuntatt tar-reġistru nazzjonali:

L-indirizz:
Onda Building,

Triq Aldo Moro,

Il-Marsa

Telefon: (+ 356) 2590 4230

Indirizz tal-posta elettronika: pubreg.civilstatus@gov.mt

  • Hemm reġistri reġjonali?

Iva, wieħed f’Għawdex. L-Artikolu 2 tal-Att dwar ir-Reġistru Pubbliku (Kap. 56 tal-Liġijiet ta’ Malta) jipprovdi li għandu jkun hemm biss “Uffiċċju ta’ Reġistru Pubbliku f’Malta u ieħor f’Għawdex”.

  • Ir-reġistri reġjonali huma interkonnessi?

Kopja tar-reġistrazzjonijiet kollha fir-Reġistru Pubbliku (Malta) tintbagħat lir-Reġistru Pubbliku (Għawdex) u viċe versa. Madankollu, it-tnejn jitqiesu bħala entitajiet separati skont il-liġi.

  • Ir-reġistri reġjonali jistgħu jiġu kkuntattjati mill-awtoritajiet minn Stat Membru ieħor?

Ir-Reġistru Pubbliku (Malta) jista’ jiġi kkuntattjat mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru ieħor dwar id-dettalji ta’ kuntatt indikati hawn fuq.

  • L-informazzjoni miżmuma fir-reġistru hija disponibbli għall-pubbliku jew hemm restrizzjonijiet fuq l-aċċess?

Iva, l-Artikolu 251(1) tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16 tal-Liġijiet ta’ Malta) jistipula li “Ir-reġistri, l-atti u d-dokumenti msemmija fl-artikoli ta’ qabel dan, jista’ jarahom kull min irid”.

  • Jekk hemm restrizzjonijiet fuq l-aċċess, min huwa intitolat li jitlob l-informazzjoni?

Ir-restrizzjonijiet japplikaw biss f’każijiet ta’ adozzjonijiet. F’każijiet bħal dawn, il-persuna adottata jew il-ġenitur adottiv biss ikunu intitolati li jitolbu informazzjoni.

  • L-awtorità li qed iżżomm ir-reġistru hija awtorizzata skont il-liġi nazzjonali biex tipprovdi informazzjoni lil awtorità nazzjonali oħra?

Iva, madankollu f’każijiet limitati biss.

Jekk iva, liema informazzjoni tista’ tipprovdi l-awtorità tar-reġistru lil awtorità nazzjonali oħra skont il-liġi nazzjonali?

Hemm ċerti awtoritajiet (normalment għal kwalunkwe investigazzjoni jew statistika) li huma intitolati bil-liġi li jiksbu kwalunkwe informazzjoni meħtieġa rreġistrata fi kwalunkwe att ta’ twelid/żwieġ/unjoni ċivili/mewt. F’dawn il-każijiet, qabel ma jipprovdi d-data mitluba, ir-Reġistru Pubbliku (Malta) jitlob id-dispożizzjoni legali speċifika li skontha dik l-awtorità nazzjonali hija intitolata titlob id-data.

Għal liema raġunijiet l-awtorità tar-reġistru tista’ tirrifjuta li tipprovdi informazzjoni lil awtorità nazzjonali oħra?

Għal raġunijiet ta’ protezzjoni tad-data, ir-Reġistru Pubbliku (Malta) ma jipprovdi data lil ebda persuna jew awtorità li ma hijiex intitolata bil-liġi li titlob tali data. Madankollu, kwalunkwe awtorità nazzjonali tista’, jew billi tapplika online jew billi żżur direttament il-bini tar-Reġistru Pubbliku fil-Belt Valletta, titlob kwalunkwe ċertifikat tat-twelid/żwieġ/unjoni ċivili jew mewt jekk ikollha d-dettalji meħtieġa (bħall-isem, il-kunjom, in-numru tal-ID u d-data tat-twelid, żwieġ, unjoni ċivili jew mewt).

  • B’mod partikolari, fir-rigward ta’ testmenti rreġistrati, l-awtoritajiet li għandhom informazzjoni dwar testmenti fl-Istat Membru tiegħek jistgħu jiżvelaw il-kontenut ta’ testment lill-awtoritajiet fi Stat Membru ieħor? Jekk le, spjega jekk hemmx mekkaniżmu alternattiv jew proċedura speċifika biex tinkiseb l-informazzjoni, inkluż jekk werriet jistax jikseb kopja tat-testment, u kif

Mhux applikabbli.

  • X’informazzjoni għandha tipprovdi l-awtorità rikjedenti ta’ Stat Membru ieħor biex l-awtorità tar-reġistru li ssirilha t-talba tkun tista’ tfittex fir-reġistru? Pereżempju, l-isem tad-deċedut, in-numru tal-ID tad-deċedut, id-data tat-twelid tad-deċedut, ir-residenza tad-deċedut, oħrajn

Bħala minimu, l-awtorità rikjedenti jkollha tipprovdi l-isem u l-kunjom tal-persuna inkwistjoni, in-numru tal-ID, u d-data rispettiva tat-twelid/żwieġ/unjoni ċivili/mewt.

  • L-awtorità rikjedenti għandha tipprovdi xi evidenza ta’ sostenn tal-informazzjoni pprovduta dwar id-deċedut?

Le, ma hemmx bżonn li l-awtorità rikjedenti tipprovdi xi evidenza ta’ sostenn tal-informazzjoni pprovduta dwar il-mejjet.

  • L-awtorità rikjedenti għandha tipprovdi evidenza li qed titlob l-informazzjoni skont l-Artikolu 66(5)? Pereżempju, kopja tal-applikazzjoni għal Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni

Le, sabiex jinkiseb ċertifikat ta’ twelid/żwieġ/unjoni ċivili/mewt, ma hemmx bżonn li jiġi enfasizzat il-fatt li l-informazzjoni hija mitluba skont l-Artikolu 66(5).

  • Liema mezzi jistgħu jintużaw biex tintalab u tiġi pprovduta l-informazzjoni? Pereżempju posta elettronika, mezzi oħra ta’ trażmissjoni elettronika

L-awtorità rikjedenti tista’ titlob lir-Reġistru Pubbliku biex joħroġ ċertifikat tat-twelid/taż-żwieġ/tal-unjoni ċivili jew tal-mewt permezz ta’ applikazzjoni online, bl-użu tal-link li ġejja: https://certifikati.identita.gov.mt/mt/Home

  • B’liema lingwa tista’ tintalab l-informazzjoni?

L-informazzjoni tista’ tintalab jew bil-Lingwa Maltija jew bil-Lingwa Ingliża.

  • F’liema forma se tiġi pprovduta l-informazzjoni? Pereżempju, kopja ċċertifikata jew mhux iċċertifikata, silta ċċertifikata jew mhux iċċertifikata, kopja stampata, kopja elettronika.

Iċ-ċertifikati maħruġa mir-Reġistru Pubbliku huma kopja vera tal-oriġinal irreġistrat u ppreservat fl-arkivji tar-Reġistru Pubbliku. Fuq talba li ssir permezz ta’ applikazzjoni online, iċ-ċertifikat rispettiv jinħareġ f’forma stampata u jintbagħat bil-posta fuq l-indirizz indikat fl-applikazzjoni online.

  • B’liema lingwa tista’ tiġi pprovduta l-informazzjoni?

L-informazzjoni hija pprovduta kemm bil-Lingwa Maltija kif ukoll b’dik Ingliża. Barra minn hekk, f’każ fejn tintalab il-formola multilingwi taċ-ċertifikat, ir-Reġistru Pubbliku jkun jista’ joħroġ biss il-verżjoni sħiħa ta’ tali ċertifikat (u mhux il-verżjoni estratta).

  • L-awtorità rikjedenti għandha tħallas tariffa biex tikseb l-informazzjoni mitluba? Kif tista’ titħallas it-tariffa?

Sabiex tinkiseb il-verżjoni sħiħa taċ-ċertifikat mitlub, it-tariffa tkun ta’ €9.95 filwaqt li sabiex tinkiseb verżjoni estratta (li jkun fiha l-aktar informazzjoni importanti) it-tariffa tkun ta’ €2.50. F’każ li tintalab il-formola multilingwi, ikollhom jitħallsu €10 addizzjonali flimkien mat-tariffa ta’ €9.95 taċ-ċertifikat sħiħ. It-tariffi jitħallsu online.

  • Liema huma r-rekwiżiti formali u sostanzjali biex tiġi rreġistrata bidla fis-sjieda ta’ proprjetà rreġistrata li tirriżulta minn suċċessjoni? Pereżempju, dokumenti tat-taxxa, lista ta’ drittijiet in rem, evidenza dwar drittijiet in rem, prova ta’ aċċettazzjoni, oħrajn.

Mhux applikabbli.

  • X’informazzjoni hija meħtieġa sabiex l-awtorità tar-reġistru tidentifika l-assi rreġistrat u tkun tista’ tirreġistra bidla fis-sjieda wara suċċessjoni?

Pereżempju, fil-każ ta’ proprjetà immobbli: indirizz eżatt, roqgħa art jew numru katastali, deskrizzjoni tal-proprjetà

Mhux applikabbli.

  • X’inhu l-valur legali fl-Istat Membru tiegħek tal-informazzjoni miżmuma fir-reġistru? Jekk jogħġbok indika b’mod partikolari jekk, skont il-liġi nazzjonali tiegħek, ir-reġistrazzjoni tipprovdix evidenza ta’ titolu legali.

Mhux applikabbli.

Reġistru tar-reġimi tal-proprjetà matrimonjali – Reġistru tar-reġimi tal-proprjetà ta’ sħubijiet reġistrati

  • X’informazzjoni tinżamm fir-reġistru?

L-informazzjoni miżmuma fir-reġistru hija speċifikata fl-Artikolu 28 tal-Att dwar il-Professjoni Nutarili u l-Arkivji Nutarili, Kapitolu 55 tal-Liġijiet ta’ Malta.

  • Dettalji ta’ kuntatt tar-reġistru nazzjonali:

Indirizz: It-Taqsima tar-Riċerki tar-Reġistru Pubbliku, 34, Triq L-Arċisqof, Il-Belt Valletta.

  • Hemm reġistri reġjonali?

Iva, wieħed f’Għawdex.

  • Ir-reġistri reġjonali huma interkonnessi?

Iva.

  • Ir-reġistri reġjonali jistgħu jiġu kkuntattjati mill-awtoritajiet minn Stat Membru ieħor?

Le.

  • L-informazzjoni miżmuma fir-reġistru hija disponibbli għall-pubbliku jew hemm restrizzjonijiet fuq l-aċċess?

L-informazzjoni hija disponibbli għall-pubbliku.

  • Jekk hemm restrizzjonijiet fuq l-aċċess, min huwa intitolat li jitlob l-informazzjoni?

Ebda restrizzjoni.

  • L-awtorità li qed iżżomm ir-reġistru hija awtorizzata skont il-liġi nazzjonali biex tipprovdi informazzjoni lil awtorità nazzjonali oħra?

Iva.

Jekk iva, liema informazzjoni tista’ tipprovdi l-awtorità tar-reġistru lil awtorità nazzjonali oħra skont il-liġi nazzjonali?

Riċerka bil-persuna għat-trasferiment, l-obbligazzjonijiet u l-fidi

Għal liema raġunijiet l-awtorità tar-reġistru tista’ tirrifjuta li tipprovdi informazzjoni lil awtorità nazzjonali oħra?

Id-Direttur huwa marbut li jagħti lil kwalunkwe persuna li tapplika għal riċerka, ċertifikat tar-reġistrazzjonijiet kollha tal-kawżi ta’ preferenza mdaħħla fir-reġistru kontra kwalunkwe individwu, jew tar-reġistrazzjonijiet ta’ atti li għalihom tali individwu kien parti. L-unika raġuni li għaliha ordni ma tistax tiġi pproċessata hija jekk l-informazzjoni meħtieġa biex issir tfittxija ma tkunx biżżejjed.

  • B’mod partikolari, fir-rigward ta’ testmenti rreġistrati, l-awtoritajiet li għandhom informazzjoni dwar testmenti fl-Istat Membru tiegħek jistgħu jiżvelaw il-kontenut ta’ testment lill-awtoritajiet fi Stat Membru ieħor? Jekk le, spjega jekk hemmx mekkaniżmu alternattiv jew proċedura speċifika biex tinkiseb l-informazzjoni, inkluż jekk werriet jistax jikseb kopja tat-testment, u kif.

Din l-unità ma żżommx kopja tal-kontenut tat-testmenti, in-nutar jippreżenta nota tat-testment li jkun fiha d-data u n-natura tal-att u l-ħatra tat-testatur. Sabiex tinkiseb informazzjoni dwar il-kontenut ta’ testment wieħed irid jikkuntattja lin-nutar li ppubblika t-testment.

  • X’informazzjoni għandha tipprovdi l-awtorità rikjedenti ta’ Stat Membru ieħor biex l-awtorità tar-reġistru li ssirilha t-talba tkun tista’ tfittex fir-reġistru? Pereżempju, l-isem tad-deċedut, in-numru tal-ID tad-deċedut, id-data tat-twelid tad-deċedut, ir-residenza tad-deċedut, oħrajn.

L-isem u l-kunjom tad-deċedut, l-isem u l-kunjom tal-missier, l-isem tal-omm u l-kunjom tax-xbubija, il-post tat-twelid. L-awtorità għandha tispeċifika wkoll perjodu ta’ żmien għat-tfittxija.

  • L-awtorità rikjedenti għandha tipprovdi xi evidenza ta’ sostenn tal-informazzjoni pprovduta dwar id-deċedut?

Le.

  • L-awtorità rikjedenti għandha tipprovdi evidenza li qed titlob l-informazzjoni skont l-Artikolu 66(5)? Pereżempju, kopja tal-applikazzjoni għal Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni.
  • Liema mezzi jistgħu jintużaw biex tintalab u tiġi pprovduta l-informazzjoni? Pereżempju posta elettronika, mezzi oħra ta’ trażmissjoni elettronika.

Ordni għal tfittxija tista’ ssir fuq il-portal online tagħna.

  • B’liema lingwa tista’ tintalab l-informazzjoni?

Bl-Ingliż.

  • F’liema forma se tiġi pprovduta l-informazzjoni? Pereżempju, kopja ċċertifikata jew mhux iċċertifikata, silta ċċertifikata jew mhux iċċertifikata, kopja stampata, kopja elettronika.

Kopja stampata ċċertifikata.

  • B’liema lingwa tista’ tiġi pprovduta l-informazzjoni?

Il-fattura u l-ordni huma bl-Ingliż madankollu r-riċerka proprja tikkonsisti f’noti ppreżentati bl-Ingliż jew bil-Malti.

  • L-awtorità rikjedenti għandha tħallas tariffa biex tikseb l-informazzjoni mitluba? Kif tista’ titħallas it-tariffa?

Iva, hemm tariffa u wieħed jista’ jħallas jew bi flus kontanti, b’kard, b’ċekk jew online.

  • Liema huma r-rekwiżiti formali u sostanzjali biex tiġi rreġistrata bidla fis-sjieda ta’ proprjetà rreġistrata li tirriżulta minn suċċessjoni? Pereżempju, dokumenti tat-taxxa, lista ta’ drittijiet in rem, evidenza dwar drittijiet in rem, prova ta’ aċċettazzjoni, oħrajn.

Wieħed irid jikkuntattja lil nutar pubbliku.

  • X’informazzjoni hija meħtieġa sabiex l-awtorità tar-reġistru tidentifika l-assi rreġistrat u tkun tista’ tirreġistra bidla fis-sjieda wara suċċessjoni?

Pereżempju, fil-każ ta’ proprjetà immobbli: indirizz eżatt, roqgħa art jew numru katastali, deskrizzjoni tal-proprjetà

Wieħed irid jikkuntattja lil nutar pubbliku.

  • X’inhu l-valur legali fl-Istat Membru tiegħek tal-informazzjoni miżmuma fir-reġistru? Jekk jogħġbok indika b’mod partikolari jekk, skont il-liġi nazzjonali tiegħek, ir-reġistrazzjoni tipprovdix evidenza ta’ titolu legali.

Mhux applikabbli.

Ir-Reġistru tat-Testmenti

  • X’informazzjoni tinżamm fir-reġistru?

L-informazzjoni miżmuma fir-reġistru hija speċifikata fl-Artikolu 28 tal-Att dwar il-Professjoni Nutarili u l-Arkivji Nu

tarili, Kapitolu 55 tal-Liġijiet ta’ Malta.

Reġistru għaċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni

Ma hemm l-ebda restrizzjoni.

Kopja ċċertifikata u stampata.

Ir-Reġistru tal-Bastimenti

  • X’informazzjoni tinżamm fir-reġistru?

Dettalji rreġistrati tal-bastiment, is-sjieda rreġistrata u l-piżijiet irreġistrati

  • Dettalji ta’ kuntatt tar-reġistru nazzjonali:

Reġistratur Ġenerali tal-Bastimenti Merkantili u l-Baħħara

Direttorat tal-Bastimenti Merkantili

Awtorità għat-Trasport f’Malta

Ħal Lija LJA 2021

  • Hemm reġistri reġjonali?

Le.

  • Ir-reġistri reġjonali huma interkonnessi?

Mhux applikabbli.

  • Ir-reġistri reġjonali jistgħu jiġu kkuntattjati mill-awtoritajiet minn Stat Membru ieħor?

Mhux applikabbli.

  • L-informazzjoni miżmuma fir-reġistru hija disponibbli għall-pubbliku jew hemm restrizzjonijiet fuq l-aċċess?

L-informazzjoni miżmuma fir-reġistru hija pubblika.

  • Jekk hemm restrizzjonijiet fuq l-aċċess, min huwa intitolat li jitlob l-informazzjoni?

Mhux applikabbli.

  • L-awtorità li qed iżżomm ir-reġistru hija awtorizzata skont il-liġi nazzjonali biex tipprovdi informazzjoni lil awtorità nazzjonali oħra?

Ma hija meħtieġa l-ebda awtorizzazzjoni biex tiġi pprovduta informazzjoni li tkun pubblika.

Jekk iva, liema informazzjoni tista’ tipprovdi l-awtorità tar-reġistru lil awtorità nazzjonali oħra skont il-liġi nazzjonali?

L-informazzjoni kollha li hija pubblika.

Għal liema raġunijiet l-awtorità tar-reġistru tista’ tirrifjuta li tipprovdi informazzjoni lil awtorità nazzjonali oħra?

Meta l-informazzjoni inkwistjoni ma tkunx fid-dominju pubbliku, tali informazzjoni tista’ tiġi pprovduta biss lil awtorità nazzjonali oħra b’ordni ta’ Qorti tal-Ġustizzja f’Malta jew fuq talba tal-pulizija lokali.

  • B’mod partikolari, fir-rigward ta’ testmenti rreġistrati, l-awtoritajiet li għandhom informazzjoni dwar testmenti fl-Istat Membru tiegħek jistgħu jiżvelaw il-kontenut ta’ testment lill-awtoritajiet fi Stat Membru ieħor? Jekk le, spjega jekk hemmx mekkaniżmu alternattiv jew proċedura speċifika biex tinkiseb l-informazzjoni, inkluż jekk werriet jistax jikseb kopja tat-testment, u kif.

Mhux applikabbli.

  • X’informazzjoni għandha tipprovdi l-awtorità rikjedenti ta’ Stat Membru ieħor biex l-awtorità tar-reġistru li ssirilha t-talba tkun tista’ tfittex fir-reġistru? Pereżempju, l-isem tad-deċedut, in-numru tal-ID tad-deċedut, id-data tat-twelid tad-deċedut, ir-residenza tad-deċedut, oħrajn.

Isem u Kunjom tal-individwu, Numru tal-Passaport u/jew Numru tal-Karta tal-Identità.

  • L-awtorità rikjedenti għandha tipprovdi xi evidenza ta’ sostenn tal-informazzjoni pprovduta dwar id-deċedut?

Preferibbilment, kopja tal-Passaport u/jew tal-Karta tal-Identità.

  • L-awtorità rikjedenti għandha tipprovdi evidenza li qed titlob l-informazzjoni skont l-Artikolu 66(5)? Pereżempju, kopja tal-applikazzjoni għal Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni.

Mhux neċessarjament. It-talba se tiġi ttrattata.

  • Liema mezzi jistgħu jintużaw biex tintalab u tiġi pprovduta l-informazzjoni? Pereżempju posta elettronika, mezzi oħra ta’ trażmissjoni elettronika.

Posta elettronika.

  • B’liema lingwa tista’ tintalab l-informazzjoni?

Il-lingwa Ingliża.

  • F’liema forma se tiġi pprovduta l-informazzjoni? Pereżempju, kopja ċċertifikata jew mhux iċċertifikata, silta ċċertifikata jew mhux iċċertifikata, kopja stampata, kopja elettronika.

Kopja elettronika.

  • B’liema lingwa tista’ tiġi pprovduta l-informazzjoni?

Bl-Ingliż.

  • L-awtorità rikjedenti għandha tħallas tariffa biex tikseb l-informazzjoni mitluba? Kif tista’ titħallas it-tariffa?

Ma hemm l-ebda tariffa, sakemm ma tintalabx traskrizzjoni uffiċjali tar-reġistru minn awtorità barranija.

  • Liema huma r-rekwiżiti formali u sostanzjali biex tiġi rreġistrata bidla fis-sjieda ta’ proprjetà rreġistrata li tirriżulta minn suċċessjoni? Pereżempju, dokumenti tat-taxxa, lista ta’ drittijiet in rem, evidenza dwar drittijiet in rem, prova ta’ aċċettazzjoni, oħrajn.

Dan huwa rregolat mill-Artikolu 35 tal-Att dwar il-Bastimenti Merkantili, Kapitolu 234 tal-Liġijiet ta’ Malta. Id-dokumenti li ġejjin huma meħtieġa wkoll:

  1. Dikjarazzjoni Nutarili li tikkonferma l-aħħar testment tad-deċedut, il-werrieta tiegħu/tagħha, il-proporzjon tal-ishma miżmuma minn kull werriet. Id-dikjarazzjoni għandha tkun apostillata.
  2. Kopja tal-aħħar testment.
  3. Dikjarazzjoni ta’ Trażmissjoni.
  • X’informazzjoni hija meħtieġa sabiex l-awtorità tar-reġistru tidentifika l-assi rreġistrat u tkun tista’ tirreġistra bidla fis-sjieda wara suċċessjoni?

Pereżempju, fil-każ ta’ proprjetà immobbli: indirizz eżatt, roqgħa art jew numru katastali, deskrizzjoni tal-proprjetà

L-isem tal-vapur.

  • X’inhu l-valur legali fl-Istat Membru tiegħek tal-informazzjoni miżmuma fir-reġistru? Jekk jogħġbok indika b’mod partikolari jekk, skont il-liġi nazzjonali tiegħek, ir-reġistrazzjoni tipprovdix evidenza ta’ titolu legali.

Ir-reġistrazzjoni tipprovdi evidenza ta’ titolu legali, abbażi tad-dokumenti oriġinali prodotti mis-sid tal-vapur.

Reġistru tas-Soċjetajiet Kummerċjali

  • X’informazzjoni tinżamm fir-reġistru?

Ir-reġistru fih informazzjoni dwar it-tipi kollha ta’ soċjetajiet kummerċjali kif previst skont l-Att dwar il-Kumpaniji, Kapitolu 386 tal-Liġijiet ta’ Malta.

L-informazzjoni tinkludi l-isem tas-soċjetà kummerċjali, in-numru fir-reġistru, l-indirizz irreġistrat, id-data tal-inkorporazzjoni, l-ammont ta’ kapital azzjonarju, li barra minn hekk huwa diviż fl-ammont ta’ kapital azzjonarju awtorizzat u l-kapital azzjonarju maħruġ; l-ammont ta’ ishma miżmuma minn kull azzjonist u l-perċentwal imħallas tal-ishma rispettivi; l-isem, l-indirizz, in-numru ta’ identifikazzjoni nazzjonali u n-nazzjonalità tal-uffiċjali tal-kumpanija; l-isem, l-indirizz, in-numru ta’ identifikazzjoni nazzjonali u n-nazzjonalità, l-isem tar-rappreżentant legali u ġudizzjarju, l-indirizz, in-numru ta’ identifikazzjoni nazzjonali u n-nazzjonalità, l-istatus tal-kumpanija (kemm jekk attiva, fil-proċess ta’ fużjoni, fil-proċess ta’ konverżjoni, fix-xoljiment jew mħassra), id-dettalji tal-awditur tal-kumpanija, in-numru u l-indirizz taċ-ċertifikat, l-avviżi kollha mibgħuta lir-reġistratur għar-reġistrazzjoni u l-pubblikazzjonijiet kollha. Fil-każ ta’ kumpaniji fix-xoljiment, il-portal ser ikollu wkoll l-isem tal-likwidatur u l-indirizz.

L-isem, id-data tat-twelid, in-nazzjonalità, il-pajjiż tar-residenza, il-pajjiż tal-ħruġ ta’ kull informazzjoni dwar is-sid benefiċjarju tas-soċjetajiet kummerċjali kollha.

  • Dettalji ta’ kuntatt tar-reġistru nazzjonali:

Reġistru tan-Negozju ta’ Malta, AM Business Centre, Triq il-Labour, Iż-Żejtun ZTN 2401 – Malta

T: (+ 356) 22582300

Sit: https://mbr.mt/

Portal: https://registry.mbr.mt/ROC/

  • Hemm reġistri reġjonali?

Le – reġistru nazzjonali biss

  • Ir-reġistri reġjonali huma interkonnessi?

Mhux applikabbli.

  • Ir-reġistri reġjonali jistgħu jiġu kkuntattjati mill-awtoritajiet minn Stat Membru ieħor?

Ir-reġistru nazzjonali Malti tas-soċjetajiet kummerċjali juża l-infrastruttura tal-Unjoni Ewropea u fil-fatt huwa konness mas-Sistema ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistri Kummerċjali (BRIS). Din l-interkonnessjoni se tissaħħaħ aktar u se jkun fiha informazzjoni aktar dettaljata għat-trasferiment tal-informazzjoni kif permissibbli u meħtieġa. Dan kollu se jkun possibbli wara t-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/1151 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1132 fir-rigward tal-użu ta’ għodod u proċessi diġitali fil-liġi dwar il-kumpaniji.

  • L-informazzjoni miżmuma fir-reġistru hija disponibbli għall-pubbliku jew hemm restrizzjonijiet fuq l-aċċess?

L-informazzjoni hija disponibbli għall-pubbliku permezz ta’ dan il-portal: https://registry.mbr.mt/ROC/

  • Jekk hemm restrizzjonijiet fuq l-aċċess, min huwa intitolat li jitlob l-informazzjoni?

L-aċċess għad-data huwa mingħajr ħlas. L-aċċess għall-informazzjoni miżmuma fir-Reġistru tas-soċjetajiet kummerċjali dwar dokumenti u informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja huwa disponibbli bi ħlas ta’ tariffi minimi.

Ir-restrizzjonijiet fuq ir-reġistru tas-sidien benefiċjarji ta’ soċjetajiet kummerċjali japplikaw fuq bażi ta’ każ b’każ meta l-aċċess jesponi lis-sid benefiċjarju għar-riskju ta’ frodi, ħtif, rikatt, vjolenza jew intimidazzjoni, jew fejn is-sid benefiċjarju jkun minorenni jew b’xi mod ieħor inkapaċi. Tali restrizzjonijiet huma konformi mal-Ħames Direttiva kontra l-Ħasil tal-Flus.

  • L-awtorità li qed iżżomm ir-reġistru hija awtorizzata skont il-liġi nazzjonali biex tipprovdi informazzjoni lil awtorità nazzjonali oħra?

Iva, il-MBR daħal f’memorandum ta’ qbil ma’ għadd ta’ awtoritajiet kompetittivi għall-kondiviżjoni tad-data tiegħu. Id-data qed tiġi pprovduta permezz ta’ aċċess dirett permezz ta’ Interfaċċa tal-Programm tal-Applikazzjoni.

Jekk iva, liema informazzjoni tista’ tipprovdi l-awtorità tar-reġistru lil awtorità nazzjonali oħra skont il-liġi nazzjonali?

Il-portal tal-MBR jista’ jiġi aċċessat madwar id-dinja. L-avviżi statutorji kollha mibgħuta lir-Reġistratur tal-Kumpaniji għar-reġistrazzjoni huma disponibbli għall-pubbliku.

Għal liema raġunijiet l-awtorità tar-reġistru tista’ tirrifjuta li tipprovdi informazzjoni lil awtorità nazzjonali oħra?

Ir-restrizzjoni fir-rigward tar-reġistru tas-sidien benefiċjarji speċifikata hawn fuq biss.

  • B’mod partikolari, fir-rigward ta’ testmenti rreġistrati, l-awtoritajiet li għandhom informazzjoni dwar testmenti fl-Istat Membru tiegħek jistgħu jiżvelaw il-kontenut ta’ testment lill-awtoritajiet fi Stat Membru ieħor? Jekk le, spjega jekk hemmx mekkaniżmu alternattiv jew proċedura speċifika biex tinkiseb l-informazzjoni, inkluż jekk werriet jistax jikseb kopja tat-testment, u kif.

Mhux applikabbli – Ir-reġistru tas-soċjetajiet kummerċjali ma fihx informazzjoni dwar testmenti rreġistrati.

  • X’informazzjoni għandha tipprovdi l-awtorità rikjedenti ta’ Stat Membru ieħor biex l-awtorità tar-reġistru li ssirilha t-talba tkun tista’ tfittex fir-reġistru? Pereżempju, l-isem tad-deċedut, in-numru tal-ID tad-deċedut, id-data tat-twelid tad-deċedut, ir-residenza tad-deċedut, oħrajn.

L-interkonnessjoni tar-reġistri kummerċjali tiffaċilita t-tfittxijiet ibbażati fuq id-dettalji tas-soċjetajiet kummerċjali, inkluż l-isem u n-numru rreġistrati.

Peress li r-reġistru MBR huwa r-Reġistru tas-Soċjetajiet Kummerċjali (u mhux reġistru ta’ persuni fiżiċi) u l-involvimenti kollha fis-soċjetajiet kummerċjali rispettivi għandhom in-numru tal-identità personali u l-indirizz residenzjali tagħhom elenkati fir-Reġistru, minħabba r-rekwiżiti tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR), il-portal ma jistax joffri kriterji ta’ tiftix ibbażati fuq persuni fiżiċi individwali. Jekk ikun hemm bażi legali għal tali eżenzjoni, ir-Reġistratur ikun jista’ jagħti tali informazzjoni.

  • L-awtorità rikjedenti għandha tipprovdi xi evidenza ta’ sostenn tal-informazzjoni pprovduta dwar id-deċedut?

Biex tfittex il-portal permezz ta’ soċjetà kummerċjali m’hemmx bżonn ta’ dokumenti ta’ sostenn. Jekk tkun meħtieġa tfittxija skont il-persuna u r-Reġistratur ikun sodisfatt li t-tfittxija ma tkunx qed tikser il-GDPR, allura jkun meħtieġ ċertifikat tal-mewt flimkien ma’ opinjoni legali maħruġa minn avukat lokali li din it-tfittxija tkun konformi mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data.

  • L-awtorità rikjedenti għandha tipprovdi evidenza li qed titlob l-informazzjoni skont l-Artikolu 66(5)? Pereżempju, kopja tal-applikazzjoni għal Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni.

Kwalunkwe tfittxija dwar soċjetajiet kummerċjali hija possibbli peress li l-informazzjoni hija disponibbli għall-pubbliku. F’każijiet ta’ għoti ta’ informazzjoni mill-persuna, tkun meħtieġa kopja tal-applikazzjoni.

  • Liema mezzi jistgħu jintużaw biex tintalab u tiġi pprovduta l-informazzjoni? Pereżempju posta elettronika, mezzi oħra ta’ trażmissjoni elettronika.

Il-portal tal-MBR kif speċifikat hawn fuq. F’każ ta’ talbiet speċifiċi, tista’ tintbagħat posta elettronika lil legal.enforcement@mbr.mt u din għandha tiġi segwita minn kopja oriġinali lill-uffiċċju tal-MBR.

  • B’liema lingwa tista’ tintalab l-informazzjoni?

Bil-lingwa Maltija jew Ingliża

  • F’liema forma se tiġi pprovduta l-informazzjoni? Pereżempju, kopja ċċertifikata jew mhux iċċertifikata, silta ċċertifikata jew mhux iċċertifikata, kopja stampata, kopja elettronika.

Dan jiddependi fuq it-talba. Jekk kopja elettronika tkun biżżejjed għall-awtorità rikjedenti, il-MBR jibgħat kopja elettronika. Jekk tkun meħtieġa xi forma oħra se nagħmlu l-almu tagħna biex naderixxu ma’ tali talba.

  • B’liema lingwa tista’ tiġi pprovduta l-informazzjoni?

Bil-lingwa Maltija jew Ingliża

  • L-awtorità rikjedenti għandha tħallas tariffa biex tikseb l-informazzjoni mitluba? Kif tista’ titħallas it-tariffa?

Ma hemm l-ebda tariffa għall-informazzjoni. Jekk ikun hemm dokumenti mitluba li jeħtieġu pagament, tali pagament jista’ jsir bl-użu ta’ “Top-up Account” jekk utent tas-sistema jkollu kont bil-portal tal-MBR, jew permezz ta’ karta ta’ kreditu jekk ma jkunx utent irreġistrat. Għal servizzi oħra, il-pagamenti jistgħu jsiru wkoll permezz ta’ trasferiment bankarju jew ċekk.

  • Liema huma r-rekwiżiti formali u sostanzjali biex tiġi rreġistrata bidla fis-sjieda ta’ proprjetà rreġistrata li tirriżulta minn suċċessjoni? Pereżempju, dokumenti tat-taxxa, lista ta’ drittijiet in rem, evidenza dwar drittijiet in rem, prova ta’ aċċettazzjoni, oħrajn.

Il-mandat tal-MBR huwa limitat għal ishma f’soċjetajiet kummerċjali, f’liema każ il-kumpanija kkonċernata trid tippreżenta avviż li l-ishma ġew ittrasferiti causa mortis fi żmien xahar mid-data li fiha tali ishma jkunu ġew irreġistrati f’isem il-persuna intitolata li tiġi rreġistrata bħala d-detentur tagħhom. F’tali avviż hemm indikati l-ismijiet u l-indirizzi tal-persuni intitolati għall-ishma trażmessi causa mortis. Barra minn hekk, notifika ta’ bidla fir-reġistru tas-sidien benefiċjarji tal-kumpanija jeħtieġ li tiġi ppreżentata wkoll flimkien ma’ kopja attestata tad-dokument ta’ identifikazzjoni tas-sid benefiċjarju. Il-Kummissarju għad-Dħul jeħtieġ li jiġi nnotifikat dwar it-trasferiment tal-ishma.

  • X’informazzjoni hija meħtieġa sabiex l-awtorità tar-reġistru tidentifika l-assi rreġistrat u tkun tista’ tirreġistra bidla fis-sjieda wara suċċessjoni?

Wara l-proċedura deskritta fil-mistoqsija preċedenti, in-nutar inkarigat mill-ftuħ tat-testment tad-deċedut huwa meħtieġ li jikkuntattja lill-MBR u dan tal-aħħar jipprovdi lil tali nutar bl-involvimenti kollha tad-deċedut.

  • X’inhu l-valur legali fl-Istat Membru tiegħek tal-informazzjoni miżmuma fir-reġistru? Jekk jogħġbok indika b’mod partikolari jekk, skont il-liġi nazzjonali tiegħek, ir-reġistrazzjoni tipprovdix evidenza ta’ titolu legali.

Kull dokument, ċertifikat, jew kwalunkwe dokument partikolari ieħor li jkun meħtieġ li jiġi kkonsenjat, mogħti jew innotifikat lir-Reġistratur tal-Kumpaniji għar-reġistrazzjoni jista’ jiġi invokat mis-soċjetà kummerċjali kontra partijiet terzi biss wara li jkun ġie ppubblikat debitament fuq il-portal tal-MBR, sakemm is-soċjetà kummerċjali ma tagħtix prova li partijiet terzi jkunu jafu b’dan, f’liema każ, is-soċjetà kummerċjali tista’ tibbaża ruħha fuq kwalunkwe tali dokument, ċertifikat jew xi ħaġa partikolari oħra minkejja li tkun għadha ma ġietx ippubblikata b’dan il-mod.

Ir-Reġistru tal-Insolvenza

  • X’informazzjoni tinżamm fir-reġistru?

Lista ta’ kumpaniji rreġistrati f’Malta li saru insolventi u data rilevanti skont l-Artikolu 24 tar-Regolament tal-UE 2015/848, inkluż:

  • Id-data tal-ftuħ tal-proċedimenti ta’ insolvenza;
  • Il-qorti li tiftaħ il-proċedimenti ta’ insolvenza u n-numru ta’ referenza tal-kawża, jekk jeżisti;
  • It-tip ta’ proċedimenti ta’ insolvenza li nfetħu u, fejn applikabbli, kwalunkwe sottotip rilevanti ta’ tali proċedimenti miftuħa f’konformità mal-liġi nazzjonali;
  • jekk il-ġuriżdizzjoni għall-ftuħ tal-proċedimenti hijiex ibbażata fuq l-Artikolu 3(1), 3(2) jew 3(4) tar-Regolament tal-UE 2015/848;
  • L-isem, in-numru ta’ reġistrazzjoni, u l-indirizz postali tad-debitur;
  • L-isem, l-indirizz postali jew l-indirizz tal-posta elettronika, jekk jeżistu, tal-prattikant fl-insolvenza maħtur fil-proċedimenti;
  • Il-limitu ta’ żmien biex jitressqu l-pretensjonijiet, jekk jeżistu, jew referenza għall-kriterji għall-kalkolu ta’ dak il-limitu ta’ żmien;
  • Id-data tal-għeluq tal-proċedimenti prinċipali ta’ insolvenza, jekk teżisti;
  • Il-qorti li quddiemha u, fejn applikabbli, il-limitu ta’ żmien li fih għandha tiġi ppreżentata kontestazzjoni tad-deċiżjoni li tiftaħ il-proċedimenti ta’ insolvenza, jew referenza għall-kriterji għall-kalkolu ta’ dak il-limitu ta’ żmien.
  • Dettalji ta’ kuntatt tar-reġistru nazzjonali:

L-Uffiċċju tar-Riċevitur Uffiċjali,

AM Business Centre,

Triq il-Labour,

Iż-Żejtun ZTN2401,

Malta;

Telefon: 00356 22582300;

Posta elettronika: ingrid.fenech@officialreceiver.com

  • Hemm reġistri reġjonali?

Hemm reġistru nazzjonali wieħed biss.

  • Ir-reġistri reġjonali huma interkonnessi?

Mhux applikabbli.

  • Ir-reġistri reġjonali jistgħu jiġu kkuntattjati mill-awtoritajiet minn Stat Membru ieħor?

Mhux applikabbli.

  • L-informazzjoni miżmuma fir-reġistru hija disponibbli għall-pubbliku jew hemm restrizzjonijiet fuq l-aċċess?

L-informazzjoni kollha fir-reġistru hija disponibbli mingħajr ħlas għall-pubbliku. Kull min jixtieq jaċċessa l-informazzjoni jeħtieġ biss li joħloq kont tal-utent, mingħajr ħlas, sabiex jingħata aċċess mhux ristrett għad-data kollha.

  • Jekk hemm restrizzjonijiet fuq l-aċċess, min huwa intitolat li jitlob l-informazzjoni?

Mhux applikabbli.

  • L-awtorità li qed iżżomm ir-reġistru hija awtorizzata skont il-liġi nazzjonali biex tipprovdi informazzjoni lil awtorità nazzjonali oħra?

Le

Jekk iva, liema informazzjoni tista’ tipprovdi l-awtorità tar-reġistru lil awtorità nazzjonali oħra skont il-liġi nazzjonali?

Mhux applikabbli.

Għal liema raġunijiet l-awtorità tar-reġistru tista’ tirrifjuta li tipprovdi informazzjoni lil awtorità nazzjonali oħra?

Mhux applikabbli.

  • B’mod partikolari, fir-rigward ta’ testmenti rreġistrati, l-awtoritajiet li għandhom informazzjoni dwar testmenti fl-Istat Membru tiegħek jistgħu jiżvelaw il-kontenut ta’ testment lill-awtoritajiet fi Stat Membru ieħor? Jekk le, spjega jekk hemmx mekkaniżmu alternattiv jew proċedura speċifika biex tinkiseb l-informazzjoni, inkluż jekk werriet jistax jikseb kopja tat-testment, u kif.

Ir-Reġistru tal-Insolvenza ma għandu l-ebda informazzjoni dwar testmenti.

  • X’informazzjoni għandha tipprovdi l-awtorità rikjedenti ta’ Stat Membru ieħor biex l-awtorità tar-reġistru li ssirilha t-talba tkun tista’ tfittex fir-reġistru? Pereżempju, l-isem tad-deċedut, in-numru tal-ID tad-deċedut, id-data tat-twelid tad-deċedut, ir-residenza tad-deċedut, oħrajn.

Mhux applikabbli.

  • L-awtorità rikjedenti għandha tipprovdi xi evidenza ta’ sostenn tal-informazzjoni pprovduta dwar id-deċedut?

Mhux applikabbli.

  • L-awtorità rikjedenti għandha tipprovdi evidenza li qed titlob l-informazzjoni skont l-Artikolu 66(5)? Pereżempju, kopja tal-applikazzjoni għal Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni.

Mhux applikabbli.

  • Liema mezzi jistgħu jintużaw biex tintalab u tiġi pprovduta l-informazzjoni? Pereżempju posta elettronika, mezzi oħra ta’ trażmissjoni elettronika.

Kwalunkwe talba oħra għal informazzjoni tista’ ssir billi jiġi kkuntattjat l-Uffiċċju tar-Riċevitur Uffiċjali bil-posta konvenzjonali, bil-posta elettronika jew bit-telefon bl-użu tal-informazzjoni ta’ kuntatt imsemmija hawn fuq.

  • B’liema lingwa tista’ tintalab l-informazzjoni?

L-informazzjoni tista’ tintalab bil-lingwa Maltija jew Ingliża.

  • F’liema forma se tiġi pprovduta l-informazzjoni? Pereżempju, kopja ċċertifikata jew mhux iċċertifikata, silta ċċertifikata jew mhux iċċertifikata, kopja stampata, kopja elettronika.

Ir-Reġistru tal-Insolvenza ma jinkludix dokumenti online u għalhekk ma jipprovdix kopji jew siltiet. Kwalunkwe dokumentazzjoni rreġistrata li tikkonċerna l-kumpaniji insolventi tista’ tinstab fir-Reġistru Kummerċjali ta’ Malta u r-Reġistratur tal-Qrati.

  • B’liema lingwa tista’ tiġi pprovduta l-informazzjoni?

Mhux applikabbli.

  • L-awtorità rikjedenti għandha tħallas tariffa biex tikseb l-informazzjoni mitluba? Kif tista’ titħallas it-tariffa?

Mhux applikabbli.

  • Liema huma r-rekwiżiti formali u sostanzjali biex tiġi rreġistrata bidla fis-sjieda ta’ proprjetà rreġistrata li tirriżulta minn suċċessjoni? Pereżempju, dokumenti tat-taxxa, lista ta’ drittijiet in rem, evidenza dwar drittijiet in rem, prova ta’ aċċettazzjoni, oħrajn.

Mhux applikabbli.

  • X’informazzjoni hija meħtieġa sabiex l-awtorità tar-reġistru tidentifika l-assi rreġistrat u tkun tista’ tirreġistra bidla fis-sjieda wara suċċessjoni?

Pereżempju, fil-każ ta’ proprjetà immobbli: indirizz eżatt, roqgħa art jew numru katastali, deskrizzjoni tal-proprjetà

Mhux applikabbli.

  • X’inhu l-valur legali fl-Istat Membru tiegħek tal-informazzjoni miżmuma fir-reġistru? Jekk jogħġbok indika b’mod partikolari jekk, skont il-liġi nazzjonali tiegħek, ir-reġistrazzjoni tipprovdix evidenza ta’ titolu legali.

Mhux applikabbli.

Reġistru ta’ Fondi tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet

  • X’informazzjoni tinżamm fir-reġistru?

In-numru tal-karta tal-ID, l-introjtu riċevut mill-applikant u l-għadd ta’ kontribuzzjonijiet imħallsa.

  • Dettalji ta’ kuntatt tar-reġistru nazzjonali:

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali

38, Triq L-Ordinanza, Il-Belt Valletta VLT 1021

Tel.: Freephone 153 Klijenti Internazzjonali + 356 21255153 (Dan mhuwiex numru bla ħlas)

Posta elettronika: social.security@gov.mt

Sit web: http://www.socialsecurity.gov.mt/

Unità tar-Relazzjonijiet Internazzjonali

38, Triq L-Ordinanza, Il-Belt Valletta VLT 1021

Tel.: + 356 25903420

Posta elettronika – iru.admit@gov.mt

Sit web – http://www.socialsecurity.gov.mt/

  • Hemm reġistri reġjonali?

Le.

  • Ir-reġistri reġjonali huma interkonnessi?

Mhux applikabbli.

  • Ir-reġistri reġjonali jistgħu jiġu kkuntattjati mill-awtoritajiet minn Stat Membru ieħor?

Mhux applikabbli.

  • L-informazzjoni miżmuma fir-reġistru hija disponibbli għall-pubbliku jew hemm restrizzjonijiet fuq l-aċċess?

L-informazzjoni hija aċċessibbli biss mis-suġġett tad-data fuq talba.

  • Jekk hemm restrizzjonijiet fuq l-aċċess, min huwa intitolat li jitlob l-informazzjoni?

Is-suġġett tad-data u l-awtoritajiet tal-qorti jistgħu jitolbu informazzjoni.

  • L-awtorità li qed iżżomm ir-reġistru hija awtorizzata skont il-liġi nazzjonali biex tipprovdi informazzjoni lil awtorità nazzjonali oħra?

Le.

Jekk iva, liema informazzjoni tista’ tipprovdi l-awtorità tar-reġistru lil awtorità nazzjonali oħra skont il-liġi nazzjonali?

Mhux applikabbli.

Għal liema raġunijiet l-awtorità tar-reġistru tista’ tirrifjuta li tipprovdi informazzjoni lil awtorità nazzjonali oħra?

Mhux applikabbli.

  • B’mod partikolari, fir-rigward ta’ testmenti rreġistrati, l-awtoritajiet li għandhom informazzjoni dwar testmenti fl-Istat Membru tiegħek jistgħu jiżvelaw il-kontenut ta’ testment lill-awtoritajiet fi Stat Membru ieħor? Jekk le, spjega jekk hemmx mekkaniżmu alternattiv jew proċedura speċifika biex tinkiseb l-informazzjoni, inkluż jekk werriet jistax jikseb kopja tat-testment, u kif.

Mhux applikabbli.

  • X’informazzjoni għandha tipprovdi l-awtorità rikjedenti ta’ Stat Membru ieħor biex l-awtorità tar-reġistru li ssirilha t-talba tkun tista’ tfittex fir-reġistru? Pereżempju, l-isem tad-deċedut, in-numru tal-ID tad-deċedut, id-data tat-twelid tad-deċedut, ir-residenza tad-deċedut, oħrajn.

In-numru tal-karta tal-ID tad-deċedut, kif ukoll l-isem u l-kunjom.

  • L-awtorità rikjedenti għandha tipprovdi xi evidenza ta’ sostenn tal-informazzjoni pprovduta dwar id-deċedut?

Iva.

  • L-awtorità rikjedenti għandha tipprovdi evidenza li qed titlob l-informazzjoni skont l-Artikolu 66(5)? Pereżempju, kopja tal-applikazzjoni għal Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni.

Mhux applikabbli.

  • Liema mezzi jistgħu jintużaw biex tintalab u tiġi pprovduta l-informazzjoni? Pereżempju posta elettronika, mezzi oħra ta’ trażmissjoni elettronika.

Posta elettronika jew ittra indirizzata lid-Dipartiment.

  • B’liema lingwa tista’ tintalab l-informazzjoni?

Il-Malti jew l-Ingliż.

  • F’liema forma se tiġi pprovduta l-informazzjoni? Pereżempju, kopja ċċertifikata jew mhux iċċertifikata, silta ċċertifikata jew mhux iċċertifikata, kopja stampata, kopja elettronika.

Kopja Elettronika.

  • B’liema lingwa tista’ tiġi pprovduta l-informazzjoni?

Il-Malti jew l-Ingliż.

  • L-awtorità rikjedenti għandha tħallas tariffa biex tikseb l-informazzjoni mitluba? Kif tista’ titħallas it-tariffa?

Mhux applikabbli.

  • Liema huma r-rekwiżiti formali u sostanzjali biex tiġi rreġistrata bidla fis-sjieda ta’ proprjetà rreġistrata li tirriżulta minn suċċessjoni? Pereżempju, dokumenti tat-taxxa, lista ta’ drittijiet in rem, evidenza dwar drittijiet in rem, prova ta’ aċċettazzjoni, oħrajn.

Mhux applikabbli.

  • X’informazzjoni hija meħtieġa sabiex l-awtorità tar-reġistru tidentifika l-assi rreġistrat u tkun tista’ tirreġistra bidla fis-sjieda wara suċċessjoni?

Pereżempju, fil-każ ta’ proprjetà immobbli: indirizz eżatt, roqgħa art jew numru katastali, deskrizzjoni tal-proprjetà

Mhux applikabbli.

  • X’inhu l-valur legali fl-Istat Membru tiegħek tal-informazzjoni miżmuma fir-reġistru? Jekk jogħġbok indika b’mod partikolari jekk, skont il-liġi nazzjonali tiegħek, ir-reġistrazzjoni tipprovdix evidenza ta’ titolu legali.

Mhux applikabbli.

3 Id-disponibbiltà ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet bankarji

  • Hemm awtorità fl-Istat Membru tiegħek li żżomm lista ta’ kontijiet bankarji? (pereżempju, il-bank ċentrali)

Le.

4 Id-disponibbiltà ta’ reġistru tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali

  • Fl-Istat Membru tiegħek, l-informazzjoni dwar id-drittijiet tal-PI tinżamm minn awtorità jew entità?

L-informazzjoni relatata mat-Trademarks, il-Privattivi u d-Disinji tinżamm fid-Dipartiment tal-Kummerċ bħala parti mill-proċess ta’ reġistrazzjoni u tista’ tkun faċilment aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali fil-bażijiet tad-data online tagħna.

Id-data relatata mad-drittijiet tal-awtur ma tinżammx fid-Dipartiment tal-Kummerċ u bħalissa ma hemm l-ebda bażi tad-data li tiġbor l-informazzjoni relatata mad-drittijiet tal-awtur f’Malta.

Fir-rigward tad-data dwar ċertifikati ta’ protezzjoni supplimentari, mudelli ta’ utilità, topografiji ta’ prodotti semikondutturi u varjetajiet ta’ pjanti, id-Dipartiment tal-Kummerċ ma jżommx tali informazzjoni.

  • Jekk it-tweġiba hija iva, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji ta’ kuntatt (inkluża link jekk disponibbli) tal-awtorità jew l-entità nazzjonali kompetenti (pereżempju, l-uffiċċju nazzjonali għall-proprjetà intellettwali) li tista’ tinforma dwar ir-rekwiżiti fuq l-aċċess għar-rekords dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

Id-Dipartiment tal-Kummerċ

Id-Direttorat tar-Reġistrazzjonijiet tal-Proprjetà Industrijali,

Sur ta’ Lascaris,

Daħlet Ġnien is-Sultan,

Il-Belt Valletta

Tel.: + 356 2122 6688 jew + 356 2569 0100

Indirizz tal-posta elettronika: ipoffice@gov.mt

Link: https://commerce.gov.mt/mt/Pages/Home.aspx

5 Reġistri oħra b’informazzjoni rilevanti għas-suċċessjonijiet

L-ebda waħda.

6 Id-disponibbiltà ta’ informazzjoni dwar testmenti sigrieti u testmenti mhux soġġetti għar-reġistrazzjoni

  • Liema awtoritajiet jew persuni jistgħu jżommu t-testment?

Skont l-Artikolu 528 tal-Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta’ Malta, ir-Reġistratur (il-Qrati Ċivili u t-Tribunali Ċivili) għandu, fil-preżenza tal-Imħallef tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni ta’ Ġurisdizzjoni Volontarja), jirċievi kwalunkwe testment sigriet ippreżentat lilu minn kwalunkwe testatur jew nutar fir-Reġistru tal-Qorti Ċivili, Sezzjoni ta’ Ġurisdizzjoni Volontarja. Ir-Reġistratur jinnota d-dettalji stabbiliti mil-liġi. Nota ta’ dawn id-dettalji għandha tiġi ffirmata mir-Reġistratur, u kontrofirmata mit-testatur jew nutar li jkun ippreżenta t-testment u mill-Imħallef. Ir-Reġistratur għandu, fi żmien 24 siegħa, jirreġistra dawn id-dettalji fi ktieb li huwa għandu jżomm għal dan l-għan.

  • Dawn l-awtoritajiet jew persuni huma legalment obbligati li jiżvelaw il-kontenut tat-testment wara l-mewt tat-testatur?

Skont l-Artikolu 533 tal-Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta’ Malta, meta jkun se jinfetaħ testment (wara l-mewt tat-testatur) il-Qorti ta’ Ġurisdizzjoni Volontarja għandha permezz ta’ digriet, mal-applikazzjoni ta’ kwalunkwe parti interessata ppreżentata fir-Reġistru tal-qorti msemmija, tappunta l-jum, il-ħin u l-post għall-ftuħ u l-pubblikazzjoni tat-testment, u tordna li l-partijiet interessati kollha jiġu mħarrka. It-testment għandu jinfetaħ mir-Reġistratur fil-preżenza tal-imħallef fil-ħin u fil-post appuntat bid-digriet tal-Qorti tal-Ġurisdizzjoni Volontarja.

  • Quddiem min għandhom dawn l-awtoritajiet jew persuni jiżvelaw il-kontenut tat-testment?

Skont l-Artikolu 534 tal-Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta’ Malta, wara l-ftuħ tat-testment, dan għandu jiġi ppubblikat fil-preżenza tal-Imħallef u tar-Reġistratur, min-nutar li jkun ippreżentah jew, jekk dan in-nutar ikun mejjet jew assenti, jew ma jkunx jista’ jattendi minħabba mard jew għal kwalunkwe raġuni oħra, jew jekk it-testment ikun ġie ppreżentat mit-testatur innifsu, minn nutar li għandu jintgħażel mill-parti li tkun għamlet it-talba għall-ftuħ tat-testment.

  • Min jista’ jitlob l-iżvelar tat-testment?

Skont l-Artikolu 533 tal-Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta’ Malta, kwalunkwe parti interessata tista’ tagħmel rikors fil-Qorti Ċivili, Sezzjoni ta’ Ġurisdizzjoni Volontarja għall-ftuħ u l-pubblikazzjoni tat-testment sigriet.

  • Taħt liema kundizzjonijiet u proċeduri għandu jiġi żvelat il-kontenut?

Skont l-Artikolu 534 tal-Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta’ Malta, wara l-ftuħ tat-testment, dan għandu jiġi ppubblikat fil-preżenza tal-imsemmi Imħallef u tar-Reġistratur, min-nutar li jkun ippreżentah jew, jekk dan in-nutar ikun mejjet jew assenti, jew ma jkunx jista’ jattendi minħabba mard jew għal kwalunkwe raġuni oħra, jew jekk it-testment ikun ġie ppreżentat mit-testatur innifsu, minn nutar li għandu jintgħażel mill-parti li tkun għamlet it-talba għall-ftuħ tat-testment.

Skont l-Artikolu 535 tal-Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta’ Malta, meta jiġi ppubblikat it-testment, dan għandu jiġi kkonsenjat lin-nutar minn min ikun għamel il-pubblikazzjoni tat-testment. In-nutar għandu, fil-preżenza tal-Imħallef, jiffirma rċevuta fil-ktieb miżmum mir-Reġistratur u din l-irċevuta għandha tiġi kontrofirmata mill-Imħallef.

Skont l-Artikolu 32 tal-Kapitolu 55 tal-Liġijiet ta’ Malta, in-nutar li jippubblika testment sigriet għandu jżomm rekord ta’ tali pubblikazzjoni u għandu jżomm u jirreġistra tali rekord bħal fil-każ ta’ att inter vivos.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna