Skip to main content

L-ispazju tiegħi tal-Ġustizzja elettronika

Irlanda
Irlanda
Flag of Ireland

Diversi servizzi pubbliċi fil-qasam tal-ġustizzja huma disponibbli online fl-Irlanda. Is-sit web Citizens Information jipprovdi informazzjoni estensiva dwar servizzi online, bit-telefown, b’email u fuq il-post disponibbli għal negozji u ċittadini fl-Irlanda.

Dan jinkludi servizzi biex titlob online ċertifikati tat-twelid, taż-żwieġ, tal-unjoni ċivili, tal-mewt, tal-adozzjoni u ta’ trabi mwielda mejta. Dawn id-dokumenti jistgħu jinkisbu permezz ta’ talbiet online fuq is-sit web Health Service Executive (HSE) (ma hija meħtieġa l-ebda awtentikazzjoni). Il-General Register Office huwa responsabbli għall-amministrazzjoni ġenerali tas-servizz ta’ reġistrazzjoni ċivili fl-Irlanda, filwaqt li l-HSE huwa responsabbli għat-twassil ta’ kuljum tas-servizz permezz tal-uffiċċji tas-Civil Registration Service. Huwa possibbli wkoll li jintalbu passaport Irlandiż u kard tal-passaport Irlandiż permezz tas-servizz tad-Department of Foreign Affairs.

Iddedikat għal dak l-iskop (Passport Online). Dokumenti pubbliċi oħrajn, bħal ċertifikati tal-pulizija pereżempju, ma jistgħux jintalbu online.

Huwa possibbli wkoll li tippreżenta applikazzjoni għal għajnuna legali online (Legal Aid Board) u li tiftaħ kawża ċivili online (District Court Offices) fl-Irlanda. Firxa ta’ servizzi relatati mal-provvista ta’ informazzjoni dwar kumpaniji u mal-formazzjoni tal-kumpaniji huma disponibbli wkoll permezz tas-sit web tal-Companies Registration Office (CRO) iddedikat għal dawn l-iskopijiet (CORE).

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna