Skip to main content

L-ispazju tiegħi tal-Ġustizzja elettronika

Malta
Malta
Flag of Malta

Malta hija meqjusa bħala mexxejja fis-servizzi elettroniċi tal-gvern fl-Ewropa.[1] Is-sistema online tagħha tiġi aċċessata permezz ta’ kont tal-e-ID, li huwa konness mal-e-IDs tar-residenti. Skont l-awtorità kompetenti u t-tip ta’ servizz, is-servizzi jistgħu jiġu aċċessati permezz ta’ siti web differenti. Barra minn hekk, xi talbiet iridu jintbagħtu bl-email minflok b’formoli elettroniċi.

Il-kont tal-e-ID jista’ jintalab bl-email, bit-telefown jew personalment. Meta indirizz elettroniku ma jkunx ġie pprovdut mill-klijent, jew tkun meħtieġa bidla fl-email, it-talba għall-kont tal-eID u t-talba għall-bidla fl-email personali jistgħu jsiru biss personalment. Il-kont tal-eID huwa rekwiżit biex jintużaw is-Servizzi elettroniċi tal-Gvern. Iċ-ċittadini Maltin kollha u d-detenturi ta’ dokument elettroniku ta’ residenza li għandhom aktar minn 14-il sena jistgħu jirreġistraw għall-kont tal-e-ID. Aktar informazzjoni hija disponibbli hawn.

Is-sit web servizz.gov huwa gwida online għas-servizzi tal-gvern li jistgħu jiġu aċċessati kemm online kif ukoll fuq il-post. 

 

[1] Ara l-Parametru Referenzjarju tal-Gvern Elettroniku għall-2021: https://www.gov.mt/en/Government/DOI/Press%20Releases/Pages/2021/November/12/pr212032en.aspx; u l-Parametru Referenzjarju tal-Gvern Elettroniku għall-2022: https://digital-strategy.ec.europa.eu/mt/library/egovernment-benchmark-2022

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna