Skip to main content

My e-Justice space

Danimarka
Danimarka
Flag of Denmark

Is-sit web http://www.borger.dk/ huwa l-Portal taċ-Ċittadini Nazzjonali Daniżi, li jipprovdi punt uniku ta’ aċċess għall-informazzjoni dwar l-awtoritajiet pubbliċi u s-servizzi online tagħhom.

Biex taċċessa s-self-services pubbliċi fuq http://www.borger.dk/ u fuq portali pubbliċi oħra, hija meħtieġa l-MitID. Il-MitID hija ID elettronika personali. Hija primarjament applikazzjoni telefonika (app) użata biex taċċessa s-self-services pubbliċi. Fuq l-app MitID, iċ-ċittadin jista’ jirreġistra b’numru tar-reġistrazzjoni ċivili (numru tar-Reġistrazzjoni Personali Ċentrali (numru CPR, Central Personal Registry)), kif ukoll passaport jew kard tal-identità, u joħloq kont b’ID tal-utent u kodiċi personali. Huwa possibbli wkoll li tirreġistra MitID fiżikament permezz taċ-Ċentru ta’ Servizz taċ-Ċittadini. Il-portal pubbliku self-service se jikkonnettja mal-app, u t-tentattiv ta’ lloggjar se jkollu jiġi vverifikat permezz tal-app jew bl-użu ta’ bijometrija, kodiċi QR jew OTP (One Time Password). Jekk ma tistax tuża l-app, hemm metodi alternattivi bħal tagħmir tal-kodiċi li jinżamm fl-idejn, qarrej awdjo tal-kodiċijiet jew ċippa MitID.  Kull persuna li tirrisjedi fid-Danimarka għal aktar minn 3 xhur tiġi rreġistrata fis-sistema tas-CPR. Is-sistema tipprovdi lil persuna b’numru ta’ identifikazzjoni personali (numru CPR).

Numru tas-CPR huwa pprovdut liċ-ċittadini b’indirizz permanenti fid-Danimarka mill-muniċipju fil-belt ta’ residenza. Iċ-ċittadini tan-Norveġja, l-Iżvezja, il-Finlandja u l-Iżlanda huma liberi li jaħdmu u jgħixu fid-Danimarka mingħajr dokument ta’ residenza.

Tista’ taqra messaġġi mill-awtoritajiet pubbliċi Daniżi direttament permezz tal-kaxxa postali diġitali personali tiegħek (Digital Post) li hija l-pjattaforma online, fejn isseħħ il-biċċa l-kbira tal-komunikazzjoni bil-miktub taċ-ċittadini mal-awtoritajiet pubbliċi. Iċ-ċittadini tal-UE b’MitID jew b’eID minn pajjiż ieħor tal-UE jistgħu jaċċessaw id-Digital Post. Id-Digital Post għandha diversi punti ta’ aċċess differenti, inklużi http://www.borger.dk/, http://www.mit.dk/, http://www.e-boks.dk/ u l-app Digital Post. L-app Digital Post u http://www.borger.dk/ huma amministrati mill-Aġenzija għall-Gvern Diġitali (Digitaliseringsstyrelsen).

Il-biċċa l-kbira tal-infrastruttura nazzjonali tas-servizzi diġitali (l-eID, NemKonto, nemLogin, MitID, id-Digital Post, l-App tal-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa u l-App tal-Liċenzji tas-Sewwieqa) huma amministrati mill-Aġenzija għall-Gvern Diġitali taħt il-Ministeru għall-Gvern Diġitali u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri. Il-Ministeru għall-Affarijiet Urbani, Rurali u Ekkleżjastiċi huwa responsabbli għal kwistjonijiet oħra relatati mar-reġistrazzjoni tal-individwi, ir-reġistrazzjonijiet tal-ismijiet u d-dokumenti għall-individwi. L-uffiċċji lokali tal-knisja jew il-muniċipji fil-post fejn jgħix l-individwu jamministraw il-kuntatt dirett maċ-ċittadini.

Iċ-ċertifikati msemmija hawn taħt, maħruġa online ma humiex iffirmati uffiċjalment u huma mingħajr timbru tal-awtorità uffiċjali. Jekk awtorità barranija teħtieġ awtorizzazzjoni, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin jista’, fuq talba, jassisti fl-Apostille u l-Legalizzazzjoni tad-dokument b’tariffa ta’ DKK 210 (madwar EUR 28). Id-dokumenti tal-kumpaniji maħruġa għal skopijiet ta’ kummerċ jistgħu jiġu legalizzati mingħajr ħlas.

Fil-qasam tal-Ġustizzja, il-biċċa l-kbira tas-servizzi pubbliċi online huma pprovduti mill-Amministrazzjoni tal-Qorti Daniża (Domstolsstyrelsen).

L-informazzjoni dwar il-negozji hija aċċessibbli fuq http://www.virk.dk/.

Ħoloq:

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna