Skip to main content

Il-Karta tapplika għall-każ tiegħi

Jekk taħseb li qed jinkisru d-drittijiet fundamentali tiegħek, din it-taqsima se tgħinek tiskopri jekk il-Karta tal-UE tistax tipproteġik.

Introduzzjoni

Din il-lista ta’ verifika tista’ tgħinek tistabbilixxi jekk każ speċifiku huwiex kopert mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.

Il-Karta tapplika biss għal atti minn:

  • korpi tal-UE, jew
  • korpi nazzjonali ta’ pajjiżi tal-UE, meta jimplimentaw il-liġi tal-UE.

Il-lista ta’ kontroll tista’ tgħinek tiddetermina jekk l-atti mill-korpi nazzjonali humiex qegħdin jimplimentaw il-liġi tal-UE.

Tenħtieġ aktar dettalji?

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà

Din il-lista ta’ kontroll hija biss għall-finijiet ta’ gwida; din ma toffrix parir legali lill-individwi u aħna ma naċċettaw l-ebda responsabbiltà f’dan ir-rigward.

Jekk int individwu li qed tfittex pariri dwar il-bidu ta’ proċedimenti legali, għandek tfittex pariri legali professjonali fuq is-sitwazzjoni speċifika tiegħek.

Il-gwida tittratta biss il-kwistjoni dwar jekk il-Karta tistax fit-teorija tiġi applikata għal każ individwali. Jekk ir-risposta għal din id-domanda tkun fil-pożittiv, dan ma jimplikax awtomatikament li kien hemm ksur tal-Karta.

Lista ta’ kontroll

Charterclick steps

Pass 1 – Applikant

Min qed jilmenta dwar il-ksur ta’ dritt fundamentali?
Il-każ jinvolvi dritt fundamentali mogħti liċ-ċittadini tal-UE?
Ikkunsidra l-lista tad-dispożizzjonijiet tal-Karta li ġejja

Consider the following list of the Charter’s provisions

Il-każ jista’ jikkonċerna dritt fundamentali li l-Karta ma tagħtix liċ-ċittadini tal-UE (b’mod partikolari, tad-dritt għall-ażil skont l-Artikolu 18 tal-Karta). Alternattivament, din tista’ tkun tikkonċerna dritt li mhux mogħti bħala dritt fundamentali skont il-Karta.
Qabel ma tikkonkludi li d-drittijiet fundamentali tal-Unjoni mhumiex rilevanti għall-każ, jekk jogħġbok ikkunsidra li l-Karta mhix l-uniku sors għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fi ħdan l-UE. Mis-sebgħinijiet ’l hawn, fin-nuqqas ta’ Abbozz ta’ Liġi tal-UE dwar id-Drittijiet, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tat protezzjoni lil dawn id-drittijiet fundamentali billi għolliethom għal prinċipji ġenerali tal-liġi tal-UE. It-Trattat ta’ Lisbona jikkonferma lil dawn tal-aħħar fost is-sorsi tad-drittijiet fundamentali tal-UE. Ara aktar taħt it-Taqsima 2.3 tal-Parti I tat-tutorial.
Jekk il-każ jista’ jinvolvi dritt fundamentali mogħti bħala prinċipju ġenerali tal-liġi tal-UE, mur fil-mistoqsija li jmiss tal-Lista ta’ Kontroll. Bħall-Karta, il-prinċipji ġenerali tal-UE huma vinkolanti kemm fuq l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE, kif ukoll l-Istati Membri meta jimplimentaw il-liġi tal-UE.
B’kuntrast ma’ dan, jekk la d-drittijiet tal-Karta u lanqas il-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-UE mhuma rilevanti għall-każ, hu probabbli li l-każ ma jinvolvix ksur ta’ dritt fundamentali tal-UE (jew ksur ta’ dritt fundamentali kompletament).

Il-każ jinvolvi dritt fundamentali mogħti mill-UE lil ċittadini mhux tal-UE?

Consider the following list of the Charter’s provisions. Does the case involve one of the following fundamental rights listed?

Il-każ jista’ jikkonċerna dritt fundamentali li l-Karta ma tagħtix lil ċittadini li mhumiex tal-UE (partikolarment, id-drittijiet tal-vot u d-dritt tal-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u fl-elezzjonijiet muniċipali skont l-Artikoli 39-40 tal-Karta, u d-dritt għal protezzjoni diplomatika u konsulari, skont l-Artikolu 46). Alternattivament, din tista’ tkun tikkonċerna dritt li mhux mogħti bħala dritt fundamentali skont il-Karta.
Qabel ma tikkonkludi li d-drittijiet fundamentali tal-Unjoni mhumiex rilevanti għall-każ, jekk jogħġbok ikkunsidra li l-Karta mhix l-uniku sors għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fi ħdan l-UE. Mis-sebgħinijiet ’l hawn, fin-nuqqas ta’ Abbozz ta’ Liġi tal-UE dwar id-Drittijiet, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tat protezzjoni lil dawn id-drittijiet fundamentali billi tikkwalifikahom bħala prinċipji ġenerali tal-liġi tal-UE. It-Trattat ta’ Lisbona jikkonferma lil dawn tal-aħħar fost is-sorsi tad-drittijiet fundamentali tal-UE. Ara aktar taħt it-Taqsima 2.3 tal-Parti I tat-tutorial.
Jekk il-każ jista’ jinvolvi dritt fundamentali mogħti bħala prinċipju ġenerali tal-liġi tal-UE, mur fil-mistoqsija li jmiss tal-Lista ta’ Kontroll. Bħall-Karta, il-prinċipji ġenerali tal-UE huma vinkolanti kemm fuq l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE, u l-Istati Membri meta jimplimentaw il-liġi tal-UE.
B’kuntrast ma’ dan, jekk la d-drittijiet tal-Karta u lanqas il-prinċipji ġenerali tal-ligi tal-UE mhuma rilevanti għall-każ, hu probabbli li l-każ ta’ din ix-xorta ma jinvolvix ksur ta’ dritt fundamentali tal-UE (jew ksur ta’ dritt fundamentali kompletament).

Ikkunsidra l-lista tad-dispożizzjonijiet tal-Karta li ġejja. Il-każ jinvolvi kwalunkwe mid-drittijiet fundamentali elenkati?

Il-każ jikkonċerna dritt fundamentali li b’mod inerenti hu limitat għal persuni fiżiċi. Għaldaqstant, m’hemm ebda ksur ta’ dritt fundamentali mogħti lill-persuni legali taħt il-liġi tal-UE.

Ikkunsidra l-lista tad-dispożizzjonijiet tal-Karta li ġejja. Il-każ jinvolvi kwalunkwe mid-drittijiet fundamentali elenkati?

Il-każ jikkonċerna dritt fundamentali li hu mogħti mill-Karta; madankollu, mhux ċert jekk, taħt il-liġi tal-UE, il-protezzjoni tiegħu testendix ukoll għal persuni ġuridiċi. Tista’ tgħaddi għall-mistoqsija li jmiss, iżda, jekk tistabbilixxi li l-każ jaqa’ fl-ambitu tal-liġi tal-UE, ftakar li dan ma jindikax fih innifsu jekk il-persuna kkonċernata tistax tinvoka d-dritt fundamentali inkwistjoni. Mur għall-mistoqsija li jmiss.

Dan il-każ ma jirrigwardax dritt fundamentali mogħti mill-Karta.
Madankollu, qabel ma tikkonkludi li d-drittijiet fundamentali tal-Unjoni mhumiex rilevanti għall-każ, jekk jogħġbok ikkunsidra li l-Karta mhix l-uniku sors għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fi ħdan l-UE. Mis-sebgħinijiet ’l hawn, fin-nuqqas ta’ Abbozz ta’ Liġi tal-UE dwar id-Drittijiet, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tat protezzjoni lil dawn id-drittijiet fundamentali billi għolliethom għal prinċipji ġenerali tal-liġi tal-UE. It-Trattat ta’ Lisbona jikkonferma lil dawn tal-aħħar fost is-sorsi tad-drittijiet fundamentali tal-UE. Ara aktar taħt it-taqsima 2.3 tal-Parti I tat-Tutorial.
Jekk il-każ jista’ jinvolvi dritt fundamentali rikonoxxut bħala prinċipju ġenerali tal-liġi tal-UE, mur fil-mistoqsija li jmiss tal-Lista ta’ Kontroll. Bħall-Karta, il-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-UE huma vinkolanti kemm fuq l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE, u l-Istati Membri meta jimplimentaw il-liġi tal-UE.
B’kuntrast ma’ dan, jekk la d-drittijiet tal-Karta u lanqas il-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-UE mhuma rilevanti għall-każ, hu probabbli li l-każ ma jinvolvix ksur ta’ dritt fundamentali tal-UE.

Pass 2 – Kawża ta’ ksur

Min hu l-kawża ta’ dan l-allegat ksur?
Qabel ma tagħżel it-tweġiba, hu rrakkomandat li tikkonsulta t-taqsima rilevanti tat-tutorial, kif indikat hawn taħt:
L-allegat ksur irriżulta minn:
Fid-dawl tal-ispjegazzjoni mogħtija fit-Taqsima 2.1 tal-Parti II tat-tutorial, l-allegat ksur ta’ dritt fundamentali jikkonsisti fi:

Pass 3 – Data tal-ksur

Meta seħħew il-fatti li allegatament wasslu għal ksur tal-Karta tal-UE?

Il-Karta ma kinitx legalment vinkolanti meta seħħ il-ksur. Madankollu, f’dak iż-żmien, id-drittijiet fundamentali kienu protetti bħala prinċipji ġenerali tal-liġi tal-UE. Għandu mnejn ikun utli li wieħed jivverifika jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tat dan l-istatus lid-drittijiet fundamentali inkwistjoni fil-każ (ara aktar taħt it-taqsima 2.3 tal-Parti I tat-Tutorial). Jekk dan hu l-każ, mur għall-mistoqsija li jmiss. Fil-każ kuntrarju, hu probabbli li ma seħħ ebda ksur ta’ dritt fundamentali.

Il-Karta hi applikabbli. Mur għall-mistoqsija li jmiss biex jiġu identifikati l-mezzi disponibbli ta’ protezzjoni ġudizzjarja.

L-aġir materjali li allegatament jikser il-Karta seħħ:

Il-Karta ma kinitx legalment vinkolanti meta seħħ il-ksur. Madankollu, f’dak iż-żmien, id-drittijiet fundamentali kienu protetti bħala prinċipji ġenerali tal-liġi tal-UE. Għandu mnejn ikun utli li wieħed jivverifika jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tat dan l-istatus lid-drittijiet fundamentali inkwistjoni fil-każ (ara aktar taħt it-Taqsima 2.3 tal-Parti I tat-Tutorial). Jekk dan hu l-każ, mur għall-mistoqsija li jmiss. Fil-każ kuntrarju, hu probabbli li ma seħħ ebda ksur ta’ dritt fundamentali.

Il-Karta hi applikabbli. Mur għall-mistoqsija li jmiss biex jiġu identifikati l-mezzi disponibbli ta’ protezzjoni ġudizzjarja.

Meta seħħ l-allegat ksur?
The EU Charter has been legally binding since 1st December 2009, the date when the Lisbon Treaty entered into force. The alleged violation occurred:
B’mod partikolari, il-ksur seħħ:

Il-Karta ma kinitx legalment vinkolanti fiż-żmien tal-fatti. Madankollu d-drittijiet fundamentali kienu protetti bħala prinċipji ġenerali tal-liġi tal-UE. Għandu mnejn ikun utli li wieħed jivverifika jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tat dan l-istatus lid-dritt(ijiet) fundamentali inkwistjoni fil-każ (ara aktar dwar il-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-UE taħt it-Taqsima 2.3 tal-Parti I tat-Tutorial).
Jekk le, hu probabbli li ma seħħ ebda ksur tad-drittijiet fundamentali tal-UE.
Jekk iva, mur għall-mistoqsija li jmiss, sabiex tistabbilixxi jekk il-każ jaqax fl-ambitu tal-liġi tal-UE: bħall-Karta, il-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-UE japplikaw biss għal atti nazzjonali li jimplimentaw il-liġi tal-UE.

Il-każ jaqa’ fl-ambitu tal-liġi tal-UE?
According to Article 51(1), the Charter states that the provisions thereof are binding on the Member States “only when they are implementing EU law”. The national provision at issue:

Sabiex tkun tista’ tiġi invokata l-protezzjoni tal-Karta, mhux biżżejjed biex jingħad li l-każ jinvolvi ksur ta’ dritt fundamentali mogħti mill-Karta.
Wieħed irid jistabbilixxi jekk regola tal-liġi primarja jew sekondarja, minbarra d-dispożizzjoni(jiet) tal-Karta allegatament miksura, hix applikabbli għall-każ (fi kliem ieħor, il-fatti tal-każ jaqgħux fi ħdan l-ambitu personali, materjali u temporali ta’ din ir-regola). L-applikazzjoni ta’ din ir-regola wkoll tiskatta l-applikazzjoni tal-Karta.
It-Taqsima 2 tal-Parti III tat-Tutorial tipprovdi ħarsa ġenerali lejn is-sitwazzjonijiet l-aktar komuni li jaqgħu fl-ambitu tal-liġi tal-Unjoni, abbażi tal-każistika eżistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Il-mistoqsijiet li ġejjin għandhom l-għan li jagħtu xi għajnuna prattika biex jiġi stabbilit jekk il-każ inkwistjoni jaqax fl-ambitu tal-liġi tal-Unjoni.
Jekk jogħġbok innota li, jekk il-każ ma jaqax fl-ambitu tal-liġi tal-UE, dan ma jfissirx li kwalunkwe protezzjoni ta’ dawk id-drittijiet fundamentali allegatament miksurin hi disponibbli għall-individwu(i) kkonċernat(i). Madankollu, dik il-protezzjoni għandha tiġi mfittxija taħt is-sorsi domestiċi jew il-KEDB, aktar milli taħt il-Karta.

Il-każ jikkonċerna d-dritt mogħti lill-individwi mil-liġi tal-UE?

Skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, “fin-nuqqas ta’ regoli tal-liġi tal-UE li jirregolaw il-kwistjoni, hi s-sistema legali nazzjonali ta’ kull Stat Membru li għandha tindika l-qrati u t-tribunali li għandhom ġurisdizzjoni u li tistabbilixxi r-regoli proċedurali dettaljati li jirregolaw azzjonijiet li jissalvagwardjaw id-drittijiet li l-individwi jiksbu direttament mil-liġi tal-UE” (ara, pereżempju, il-Kawża C-276/01 Steffensen, § 60).
Il-Karta (b’mod partikolari, l-Artikolu 47 dwar il-protezzjoni ġudizzjarja effettiva) tapplika dispożizzjonijiet proċedurali nazzjonali li, irrispettivament minn jekk ikunux ġew adottati b’dan l-għan speċifiku, jirregolaw l-eżerċizzju quddiem il-qrati domestiċi tad-drittijiet mogħtija lill-individwi mil-liġi tal-UE.
Ara l-eżempju pprovdut fil-punt 3 tat-taqsima 2 tal-Parti III tat-Tutorial.
Għaldaqstant, għandek tivverifika jekk il-każ inkwistjoni jinvolvix dritt - minbarra d-dritt fundamentali allegatament miksur – li hu mogħti lill-individwi permezz ta’ att legalment vinkolanti tal-UE, jew permezz ta’ dispożizzjoni tad-dritt primarju tal-UE (jiġifieri, dispożizzjoni tat-Trattati tal-UE, bħad-dispożizzjonijiet dwar il-moviment liberu ta’ merkanzija, is-servizzi, il-kapital, il-ħaddiema u ċ-ċittadini tal-UE).

Il-każ jikkonċerna ksur ta’ obbligu tad-dritt tal-Unjoni?

Aktar u aktar ta’ spiss, miżuri tal-liġi tal-UE jeħtieġu li l-Istati Membri jipprovdu għal sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi għall-ksur ta’ obbligi speċifiċi stabbiliti minn dawk l-atti, jew permezz tal-leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni tagħhom.
L-Istati Membri jistgħu jwettqu dak id-dmir billi jadottaw sanzjonijiet speċifiċi, li għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali stabbiliti mill-Karta. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu wkoll jiddeċiedu li jiddependu fuq is-sanzjonijiet diġà pprovduti (paragunabbli) għall-offiżi nazzjonali. F’dan il-każ, il-karta tista’ tiġi invokata biss meta jiġu applikati dawn is-sanzjonijiet għal ksur ta’ obbligu li jirriżulta mil-liġi tal-UE. Ara l-eżempju pprovdut fil-punt 4 tat-taqsima 2 tal-Parti III tat-Tutorial.
Għaldaqstant, għandek tivverifika jekk il-każ inkwistjoni jikkonċernax ksur ta’ obbligu li jirriżulta minn att legalment vinkolanti tal-UE, jew permezz ta’ dispożizzjoni tal-liġi primarja tal-UE.

See the explanation of this situation in Section 2 Part III of the Tutorial, no. 7.
Hemm xi miżura legalment vinkolanti tal-UE li hi rilevanti għall-każ?
Mr X is a third country national who has legally resided in the Member State Y since 2005. In 2016, his application for a housing benefit was rejected, on the ground that the funds for third-country nationals were exhausted. The national law concerning the housing benefit at issue foresees different criteria as regards the granting of the benefit, depending on the personal status of the applicant; in particular, the criteria applied to third-country nationals are less favorable than those applied to EU citizens. Whilst no EU measure concerning specifically the granting of housing benefits, Article 11(1) of on the status of third-country nationals who are long-term residents stipulates: “‘Long-term residents shall enjoy equal treatment with nationals as regards: (d) social security, social assistance and social protection as defined by national law”. If Mr X enjoys the status of long-term resident under Directive 2003/109/EC, this Directive is relevant to the case and may trigger the application of the Charter. This example draws on Case C-571/10 Kamberaj
X’inhi r-relazzjoni bejn l-UE u d-dispożizzjoni nazzjonali kkonċernata?
See the explanation of this situation in Section 2 Part III of the Tutorial, no. 1.
See the explanation of this situation in Section 2 Part III of the Tutorial, no. 2.
See the explanation of this situation in Section 2 Part III of the Tutorial, no. 8.
Id-dispożizzjoni nazzjonali inkwistjoni tiddefinixxi kunċett/kategorija partikolari, misjuba fil-miżura tal-UE kkonċernata, li d-definizzjoni tagħha l-leġiżlatur tal-UE ħalla għall-Istati Membri.
Ara l-ispjegazzjoni ta’ din is-sitwazzjoni fit-Taqsima 2 tal-Parti III tat-Tutorial, nru 6.

Pass 4 – Konklużjoni

KONKLUŻJONI
Il-Karta hi applikabbli.
Madankollu, dan ma jimplikax li l-każ inkwistjoni jinvolvi ksur tal-Karta. B’mod partikolari, il-biċċa l-kbira tad-drittijiet fundamentali mogħtija mill-Karta mhumiex assoluti. Dan ifisser li d-dritt jista’ jkun suġġett għal limitazzjonijiet, skont ir-rekwiżiti tal-Karta. It-taqsimiet 4 sa 6 tal-Parti III tat-Tutorial jipprovdu xi gwida utli biex wieħed jifhem jekk fil-fatt seħħx ksur tal-Karta.
Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hi l-unika korp li tista’ tiddikjara li att tal-UE, jew dispożizzjoni minnu, hu inkompatibbli mal-Karta. Dan il-kontroll jista’ jiġi skattat permezz ta’ rikors għal annullament jew permezz ta’ deċiżjoni preliminari għall-validità. Aktar informazzjoni dwar dawn il-mezzi ta’ kontroll ġudizzjarju hi pprovduta taħt it-taqsima 4 tal-Parti I tat-Tutorial.
Jekk taħseb li att tal-UE, jew dispożizzjoni tiegħu hi inkompatibbli mal-Karta, għandek tiċċekkja d-data tal-pubblikazzjoni jew tan-notifika tal-att ikkonċernat. Fin-nuqqas ta’ dan, iċċekkja l-jum li fih il-persuna li qed tinvoka ksur ta’ dritt fundamentali saret taf bl-att.
Jekk mid-data ta’ ksur għaddew aktar minn xahrejn, l-iskadenza biex jiġi ppreżentat rikors għal annullament kontra l-att tkun skadiet. L-att dwar il-validità jista’ jiġi sfidat permezz ta’ referenza għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja.
Aktar informazzjoni dwar mezzi differenti ta’ protezzjoni ġudizzjarja u mhux ġudizzjarja disponibbli biex tirreaġixxi għall-allegat ksur hi disponibbli taħt it-taqsima 4 u 5 tal-Parti I tat-Tutorial.
Jekk mid-data ta’ ksur għaddew anqas minn xahrejn, l-iskadenza biex jiġi ppreżentat rikors għal annullament (Artikolu 263 tat-TFUE) kontra l-att ma tkunx skadiet.
Iċċekkja jekk il-kundizzjonijiet l-oħra (notevolment, ir-regoli eżistenti) humiex sodisfatti. Ara t-taqsima 4 tal-Parti I għal aktar informazzjoni.
Jekk le, l-att dwar il-validità jista’ jiġi sfidat permezz ta’ referenza għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja. Ara mill-ġdid it-taqsima 4 tal-Parti I għal aktar informazzjoni.

KONKLUŻJONI
L-allegat ksur seħħ meta l-liġi tal-UE ma kinitx tapplika għall-Istat Membru kkonċernat. Għaldaqstant, la l-Karta u lanqas id-drittijiet fundamentali protetti bħala prinċipji ġenerali tal-liġi tal-UE mhuma applikabbli. Il-protezzjoni għandha tkun mitluba taħt sorsi domestiċi ta’ protezzjoni tad-drittijiet fundamentali jew il-KEDB.

KONKLUŻJONI
Hu probabbli li l-Karta hi applikabbli.
Ftakar li din il-Lista ta’ Kontroll tindirizza l-mistoqsija preliminari dwar jekk il-Karta hix applikabbli għal każ speċifiku. Madankollu, il-fatt li l-Karta hi applikabbli ma jfissirx neċessarjament li seħħ ksur tal-Karta. Xi informazzjoni dwar kif jiġi stabbilit jekk seħħx ksur hi pprovduta mit-taqsimiet 4 sat-taqsima 6 tal-Parti III tat-Tutorial.
Il-qrati nazzjonali huma kompetenti biex joffru protezzjoni fil-każ ta’ vjolazzjoni tal-Karta li tirriżulta minn dispożizzjoni nazzjonali. L-indikazzjonijiet dwar liema tip ta’ protezzjoni li qorti nazzjonali tista’ tipprovdi jinstabu taħt it-taqsima 7 tal-Parti III tat-Tutorial.

KONKLUŻJONI
Hu probabbli li l-Karta mhix applikabbli għall-każ.
Jekk jogħġbok, ftakar li din il-Lista ta’ Kontroll hi għal finijiet ta’ informazzjoni biss. Hi ma tipprovdi ebda parir vinkolanti. Barra minn hekk, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-ambitu ta’ applikazzjoni tal-Karta hi dinamika.

KONKLUŻJONI
Skont l-Artikolu 288 TFUE, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jistgħu jadottaw l-atti legalment vinkolanti li ġejjin: regolamenti, direttivi u deċiżjonijiet.
Kategorija oħra ta’ atti legalment vinkolanti hi d-deċiżjonijiet qafas. Qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona (fl-1 ta’ Diċembru 2009), atti bħal dawn kienu użati għal leġiżlazzjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija f’materji kriminali.
It-Trattat ta’ Lisbona neħħa din il-kategorija, iżda xi deċiżjonijiet qafas għadhom fis-seħħ. Pereżempju, id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri, u d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI tat-28 ta’ Novembru 2008 dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta’ razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali.
Id-deċiżjonijiet qafas huma simili għal direttivi, sa fejn dawn jimponu fuq l-Istati Membri li jilħqu riżultat mingħajr ma jispeċifikaw il-mezzi ta’ kif dan jista’ jinkiseb; madankollu, id-dispożizzjonijiet tagħhom ma jistax ikollhom effett dirett (ma jistgħux jiġu invokati biex titwarrab dispożizzjoni nazzjonali konfliġġenti).

KONKLUŻJONI
“Rilevanti għall-każ” tfisser miżura tal-UE li tikkonċerna s-suġġett tal-każ. Għandha tingħata attenzjoni għaċ-ċirkostanzi kollha tiegħu: ara dan l-eżempju qabel tagħżel it-tweġiba, ikkunsidra dan l-eżempju.
Is-Sur X hu ċittadin mhux tal-UE li ilu legalment resident fi Stat Membru Y mill-2005. Fl-2016, l-applikazzjoni tiegħu għal għajnuna għall-akkomodazzjoni ġiet miċħuda, minħabba li l-fondi għal ċittadini li mhumiex mill-UE ġew eżawriti. Il-liġi nazzjonali li tikkonċerna l-akkomodazzjoni inkwistjoni tipprevedi kriterji differenti fir-rigward tal-għoti ta’ benefiċċju, skont l-istatus personali tal-applikant; b’mod partikolari, il-kriterji applikati lil ċittadini li mhumiex tal-UE huma anqas favorevoli minn dawk applikati għal ċittadini tal-UE.
Filwaqt li ebda miżura tal-UE ma’ tikkonċerna speċifikament l-għoti ta’ benefiċċji għall-akkomodazzjoni, l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2003/109/KE dwar l-istatus ta’ persuni li mhumiex ċittadini tal-UE li huma residenti għat-tul jistipula: “Ir-residenti għat-tul għandhom igawdu trattament ugwali ma' dak taċ-ċittadini fir-rigward ta’: (d) sigurtà soċjali, assistenza soċjali u protezzjoni soċjali kif definiti bil-liġi nazzjonali”.
Jekk is-Sur X igawdi l-istatus ta’ resident fit-tul skont id-Direttiva 2003/109/KE, din id-Direttiva hi rilevanti għall-każ u tista’ tiskatta l-applikazzjoni tal-Karta.

KONKLUŻJONI
Jekk ma tafx jekk hemmx regoli legalment vinkolanti tal-UE applikabbli għall-każ tiegħek, tista’ tikkonsulta l-Eur-lex, il-bażi tad-data uffiċjali tal-liġi tal-UE.
Hi rrakkomandata tfittxija permezz tal-leġiżlazzjoni tal-UE, billi tuża l-opzjoni “Suġġett” taħt il-filtru “Tema”. Din l-opzjoni tipprovdi lista ta’ suġġetti koperti mil-leġiżlazzjoni tal-UE. Il-mogħdija ssuġġerita għal din it-tfittxija hi:
EUR-Lex → il-liġijiet tal-UE u d-dokumenti relatati → leġiżlazzjoni tal-UE → Fittex fil-leġiżlazzjoni.
Imbagħad skrollja ‘l isfel sal-filtru “Tema” u agħżel “Suġġett”. Issib is-suġġetti differenti taħt il-buttuna +. Wara li tagħżel it-tema(i), agħfas il-buttuna “Fittex”.
Ftakar li għandek tagħżel biss strumenti legalment vinkolanti tal-UE (regolamenti, direttivi u deċiżjonijiet) u dejjem iċċekkja jekk l-istrument magħżul hux fis-seħħ (dawl aħdar jew aħmar għandu jidher taħt it-titolu tal-istrument magħżul: dan jindika jekk id-dokument għadux fis-seħħ fil-mument ta’ tfittxija; tista’ ssib id-data meta d-dokument ikun daħal fis-seħħ f’waħda mid-dispożizzjonijiet finali tiegħu). Fil-każ ta’ direttiva, inti għandek tivverifika wkoll jekk l-iskadenza għall-implimentazzjoni fis-sistemi legali domestiċi tkunx għaddiet (għandek issib din l-iskadenza f’waħda mid-dispożizzjonijiet finali tad-direttiva).

KONKLUŻJONI
1. Bħala l-ewwel pass, agħżel id-dritt fundamentali kkonċernat fit-test tal-Karta.
Ikkunsidra l-lista ta’ miżuri tal-UE li għalihom id-dispożizzjoni magħżula hi partikolarment rilevanti: kwalunkwe minnhom hi applikabbli għall-każ?
Ikkunsidra l-każistika rilevanti: hemm xi każ li jirrigwarda sitwazzjoni simili għal dik li taffettwa l-każ tiegħek?
2. Bħala t-tieni pass, estendi t-tfittxija għal Curia, il-bażi tad-data tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Segwi din il-mogħdija: Curia; Fittex; imbagħad, fil-formola ta’ tfittxija agħżel:
- taħt “Fejn waslet il-kawża”: kawżi magħluqa;
- taħt “Qorti”: Qorti tal-Ġustizzja
- taħt “Referenzi għall-ġurisprudenza jew il-leġiżlazzjoni”/“Kategorija”: It-Trattat, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, imbagħad agħżel l-Artikolu li qed tfittex.
Ikkunsidra l-każistika rilevanti: hemm xi każ li jirrigwarda sitwazzjoni simili għal dik li taffettwa l-każ tiegħek?
3. Bħala t-tielet pass, estendi t-tfittxija għall-Eur-lex, il-bażi tad-data tal-Liġi tal-UE, billi ssegwi din il-mogħdija: Eur-lex; Il-liġi tal-UE u dokumenti relatati; Leġiżlazzjoni; Fittex fil-leġiżlazzjoni; Tema; Suġġett.

KONKLUŻJONI
Dan il-każ għandu jiġi ttrattat fuq livell nazzjonali.

Irrapporta problema teknika/tal-kontenut jew agħti feedback dwar din il-paġna