QORTI TA' L-APPELL
ONOR. IMHALLEF
PHILIP SCIBERRAS
Seduta tat-18 ta' Gunju, 2010
Appell Civili Numru. 24/2009
Natasha Grech
vs
G.I. Trading Ltd
Il-Qorti,
Bis-sentenza taghha tas-7 ta’ Mejju 2010 din il-Qorti ddeterminat l-appell sottomess lilha mir-rikorrenti Natasha Grech billi sabet li t-Tribunal kien illedilha r-regola ta’ gustizzja naturali audi alteram partem u, konsegwentement, annullat is-sentenza. Il-prezenti decizjoni tikkoncerna l-mertu tat-talba mressqa mill-istess rikorrenti quddiem it-Tribunal u li permezz taghha ppretendiet ir-rimpjazzament tas-sett borom minnha komprati minghand is-socjeta` intimata jew ir-rifuzjoni talprezz imhallas ghall-akkwist taghhom;Jigi osservat illi l-borom hekk mixtrija fit-12 ta’ Gunju, 2006 kienu soggetti ghall-garanzija ta’ hamsa u ghoxrin (25) sena “on stainless steel only”. Ir-rikorrenti ilmentat illi wara xi zmien li bdiet tuzahom indunat li l-borom bdew isaddu u pprotestat dwar dan mal-kumpanija venditrici. Din minn naha taghha ddefendiet ruhha billi allegat illi lkonsegwenza tas-sadid kien leffett ta’ “over cooking” in kwantu r-rikorrenti ma segwietx l-istruzzjonijiet bil-miktub ghall-uzu taghhom waqt it-tisjiriet u li l-garanzija ma kienetx tkopri ghall-hruq taghhom;
Huwa mill-ewwel evidenti illi x-xorta ta’ azzjoni esperita mir-rikorrenti hi dik li l-borom minnha komprati ma kienux tal-kwalita mweghda. Fi kliem iehor hi qeghda tallega inadempjenza kontrattwali da parti tas-socjeta` intimata u, allura, qeghda tippretendi d-danni;
Kif osservat, in linea generali d-danni ghandhom tifsira x’aktarx allargata minn dik tassemplici restituzzjoni talprezz jew tar-rimpjazzament ta’ l-oggett mixtri. Dan, izda, ma jfisserx, imbaghad, illi d-danni ma humiex komprensivi tar-rifuzjoni tal-prezz jew tarrimpjazzament ta’ l-oggett jekk ix-xerrej ikun illimita ruhu ghal xi wahda jew ohra minn dawn l-opzjonijiet. Ara a propozitu d-decizjoni ta’ din il-Qorti fl-ismijiet “Karl Francica -vs- Luke Piscopo et”, 9 ta’ Jannar, 2009;
Premess dan, hu accettat illi meta l-bejgh ma jkunx skond dak imwieghed ossija l-oggett mixtri ma jkunx konformi ghall-ftehim appattwit jew ghax ukoll difformi ghallkampjun, ilkompratur jista’ jitlob ir-rizoluzzjoni tal-kuntratt avolja jkun rceva l-oggett tal-bejgh. Dan huwa hekk “in quanto che la cosa per cui consentiva risultò essere tutt’altra che quella dedotta in contratto ... una cosa diversa da quella che era contemplata nel contrattare, e per cioe` non si concederebbe una azione redibitoria ma quella di nullita`, avente per base la cosa pattuita nel consenso del compratore”. (“Commerciante Michele Grima -vs- Negoziante Arturo von Kohen”, Qorti tal- Kummerc, 28 ta’ Frar, 1884. Ara wkoll fejn si tratta ta’ bejgh mhux konformi ghall-kampjun is-sentenza fl-ismijiet “Joseph Hanauer nomine -vs- Giovanni Maria Debono”, Appell Kummercjali, 11 ta’ Ottubru, 1915);
Evidentement, il-qawwa ta’ din il-prospettazzjoni tinhass aktar f’materja ta’ rapport kummercjant- konsumatur skond ma jinzel mid-dispost ta’ l-Artikolu 73 (1) ta’ l-Att dwar l- Affarijiet tal-Konsumatur. L-intensita ta’ dan ilprovvediment ghat-tutela tal-konsumatur huwa talment estiz li joffri assikurazzjoni lix-xerrej billi jimponi obbligu fuq il-bejjiegh illi l-oggetti “ikunu konformi mad-deskrizzjoni moghtija mill-kummercjant u jkollhom il-karatteristici, ilfattizzi u l-kwalitajiet ta’ l-oggetti li l-kummercjant ikun wieghed jew xort’ohra ipprezenta lillkonsumatur bhala kampjun jew mudell (subpara. “a”), ikunu adatti ghalliskop partikulari li ghalih il-konsumatur ikun jehtieghom (subpara. “b”), ikunu adatti ghall-iskop li ghalih oggetti ta’ l-istess tip normalment jintuzaw (subpara “c”) u juru lkwalita u l-kapacita li huma normali f’oggetti ta’ l-istess tip u li l-konsumatur jista’ ragonevolment jistenna ... (subpara “d”);
Terga’ f’dan il-kaz specifiku l-borom hekk mixtrija mirrikorrenti kienu ggarantiti. Jinghad fiddecizjoni fl-ismijiet “Perito Architetto Vincenzo Zarb -vs- Barone Fc. Chapelle”, Appell Civili, 8 ta’ Jannar, 1912, illi “gli effetti della garanzia nella vendita possono essere per convenzione, estesi o ristretti”. Inoltre mbaghad jigi puntwalizzat illi “il-fatt li fuq id-dokument huma mnizzlin certi patti ta’ garanzija, bhal fil-kaz prezenti, ma huwiex bizzejjed, wahdu, biex jeskludi l-garanizji aktar ampji li taghti l-ligi, ghax jehtieg li c-cirkostanzi tal-kaz ikunu juru li l-partijiet fil-fatt riedu u kienu kuntenti b’dik il-limitazzjoni tal-garanzija ghal dik biss li jkun espress fid-dokument b’eskluzjoni tal-garanziji legali, jew inkella li lkondizzjonijiet taddokument ikun inkonciljabbli malgaranzija legali”. (Ara “Joseph Cefai -vs- Carmelo Petroni et nomine”, Appell Kummercjali, 28 ta’ Gunju, 1957. Ara wkoll s-sentenza ta’ din il-Qorti flismijiet “Christopher Falzon -vs- Noel Gauci”, 12 ta’ Gunju, 2009;
Fil-kaz prezenti, kif hekk kien ukoll il-kaz in re: “Dorianne Bartolo Vella -vs- Industrial Motors Limited”, Appell Inferjuri, 26 ta’ Jannar, 2005, il-garanzija konvenzjonali pattwita kienet tikkostitwixxi mezz ta’ tishih ghall-harsien tax-xerrej b’aggunta ghal dawk iggarantiti mil-ligi sija jekk mill-ottika ta’ l-Artikolu 1390 tal-Kodici Civili, sija jekk skond il-previzjoni tal-ligi specjali fl-Artikolu 73 (1) tal- Kapitolu 378 fuq riportat;
Affermati s-suesposti principji ta’ dritt din il-Qorti thoss b’konvinzjoni li ghandha tistqarr illi mhix sodisfatta mil-linja difensjonali tas-socjeta` intimata illi wara zmien pjuttost qasir mix-xiri u l-akkwist tal-borom, ankorke r-rikorrenti setghet kienet xi ftit dizattenta u ma kkonformatx ruhha fedelment ma’ l-istruzzjonijiet, dawn kienu ser isaddu minn taht u minn gewwa u jibdlu wkoll il-kulur. Mhux wisq verosimili jew plawsibbli illi oggett vendut bhala gdid kellu jissubixxi trasformazzjoni tant radikali li ma jibqax inerenti ghall-uzu li ghalih inxtara. Pjuttost, huwa indikattiv illi, tabilhaqq, il-borom ma kienux adatti ghall-karatteristici ta’ stainless steel, u wisq anqas tal-kwalita u tal-kapacita` ghal liema kellhom iservu. Fic-cirkostanzi, il-Qorti thoss li ghandha taccetta bhala legittimu u gustifikat l-ilment tarrikorrenti ghal liema ser tipprovdi lprovvediment infraskritt.
Ghal motivi senjalati din il-Qorti qed tilqa’ t-talba tarrikorrenti u konsegwentement tikkundanna lis-socjeta` venditrici tirrimpjazzalha l-borom b’ohrajn godda fi zmien hmistax-il jum millum. Jekk is-socjeta` intimata tonqos li taghmel dan fit-terminu lilha koncess hija ghandha tirrifondi lir-rikorrenti l-prezz imhallas ghax-xiri tas-sett ta’ borom. L-ispejjez ta’ din is-sentenza u ta’ dik l-ohra pronunzjata fis-7 ta’ Mejju, 2010 jitbatew mis-socjeta` intimata.